SV Zulte Waregem

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Zulte Waregem)
Jump to navigation Jump to search
Zulte Waregem
Zulte Waregem.png
Isem sħiħ Sportvereniging Zulte Waregem
Ismijiet oħra Essevee
Fundazzjoni 1950
Grawnd Regenboogstadion,
Waregem
(Jesa': 10,200)
President Willy Naessens
Kowċ Francky Dury
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
2012–13 2ni
Sit elettroniku http://www.svzw.be
Darhom
Barra minn darhom
It-tielet flokk
Arma antika ta' Zulte Waregem.

Sportvereniging Zulte Waregem, komunement magħrufa bħala Zulte Waregem jew mill-laqam tagħhom Essevee, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Waregem, Fjandri tal-Punent. Attwalment, il-klabb jikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana. L-ogħla finitura tagħhom fl-ogħla livell kienet il-ħames post fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana 2008-09. S'issa huma rebħu t-Tazza Belġjana darba. Sussegwentement huma kwalifikaw għat-Tazza UEFA 2006-07, dan kien biss l-uniku staġun Ewropew tagħhom, huma tilfu biss fir-rawnd tal-aħħar 32 kontra Newcastle United.

Il-klabb huwa prodott ta' sħubija fl-2001 bejn Zultse VV u KSV Waregem, tim preċedenti tal-ewwel diviżjoni. L-ebda għaqda ma ġiet applikata. Zulte Waregem laħqu l-ogħla livell għall-ewwel darba fl-istaġun 2004-05 bir-rebħ tat-Tieni Diviżjoni. Il-kuluri tradizzjonali tal-klabb huma aħdar u aħmar. Huma jilagħbu l-logħbiet tagħhom ġewwa r-Regenboogstadion, il-grawnd preċedenti ta' KSV Waregem.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klabb kien twaqqaf fis-sena 1950 u direttament sar membru tal-assoċjazzjoni nazzjonali (matricule n° 5381). Il-klabb Zultse VV (bl-istess numru tal-matricule) kien beda wara l-għaqda fl-1976 bejn Zulte Sportief u SK Zulte. Fl-2001, it-tim ingħaqad ma' KSV Waregem, li lagħbu fl-ewwel diviżjoni għal ħafna snin. L-ebda tim minn Zulte kiseb il-promozzjoni għat-tieni diviżjoni qabel SV Zulte Waregem fl-2002. Għalkemm Zultse VV kisbu l-aċċess għat-tielet diviżjoni fl-1995. Il-klabb spiċċaw l-14 minn 16 għal żewġ staġuni u kien relegati għat-tieni darba wara l-playoff.

Fl-1999, l-istaġun li fih daħlu lura, Zultse spiċċaw ir-4 f'din id-diviżjoni. Sentejn wara, il-klabb il-ġdid sar ċampjin tat-Tielet Diviżjoni A. L-uffiċċju reġistrat ta' Zulte Waregem jinsab f'Zulte iżda l-klabb huwa bbażat fil-grawnd ta' KSV Waregem f'Waregem u l-kuluri ħomor u bojod ta' KSV Waregem pprevalu.

Il-klabb kiseb ċans li jikkompetti fl-Ewropa matul l-istaġun 2006-07, huma ġew eliminati fl-aħħar 32 tat-Tazza UEFA , minn klabb Ingliż Newcastle United, għalkemm tilfu 4-1 bl-aggregat.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Parteċipazzjoni fl-Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away Aggregat
2006–07 Tazza UEFA L-ewwel rawnd Russja Lokomotiv Moscow 2–0 1–2 3–2 Symbol keep vote.svg
Grupp F Awstrija Austria Wien 4–1 3rd Symbol keep vote.svg
Repubblika Ċeka Sparta Prague 3–1
Spanja Espanyol 2–6
Pajjiżi l-Baxxi Ajax 0–3
L-aħħar 32 Ingilterra Newcastle United 1–3 0–1 1–4 Symbol delete vote.svg
2013–14 UEFA Champions League It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni Pajjiżi l-Baxxi PSV Eindhoven 0–3 0–2 0–5 Symbol delete vote.svg
2013–14 UEFA Europa League Play-off Ċipru APOEL 1–1 2–1 3–2 Symbol keep vote.svg

Skwadra[immodifika | immodifika s-sors]

Aġġornata fil-15 ta' Awwissu 2013

N. Poż. Plejer
1 Belġju G Sammy Bossut
2 Belġju D Davy De Fauw (kaptan)
3 Belġju D Steve Colpaert
5 Belġju D Bryan Verboom
7 Repubblika Ċentru-Afrikana A Habib Habibou
8 Belġju M Thorgan Hazard (taħt self minn Chelsea)
9 Senegal A Mbaye Leye
10 Franza M Franck Berrier
12 Repubblika tal-Maċedonja A Aleksandar Trajkovski
13 Mali M Mamoutou N'Diaye
14 Belġju M Jens Naessens
15 Belġju D Niels Vandenbroucke
16 Iżlanda M Ólafur Ingi Skúlason
N. Poż. Plejer
17 Ginea M Ibrahima Conte
18 Franza D Frédéric Duplus
20 Belġju A Frédéric Gounongbe
21 Belġju D Bruno Godeau
22 Belġju G Sébastien Bruzzese
23 Perù M Hernán Hinostroza
24 Belġju D Karel D'Haene
25 Belġju G Salvatore Crimi
26 Belġju A Klaas De Rock
27 Belġju A Theo Bongonda
28 Belġju D Junior Malanda (taħt self minn Wolfsburg)
29 Franza A Julien Toudic

Plejers barra f'self[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
Senegal M Mansour Diop (ma' R. White Star Bruxelles)
Senegal D Ouzin Ndoye (ma' R. White Star Bruxelles)

Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]

Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]