Jacob II Bernoulli: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
m r2.7.1) (Bot Żieda: ro:Jakob II Bernoulli
Linja 20: Linja 20:
{{Familja Bernoulli}}
{{Familja Bernoulli}}


[[en:Jakob II Bernoulli]]
{{DEFAULTSORT:Bernoulli, Jakob II Bernoulli}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1759]]
[[Kategorija:Mietu fl-1789]]
[[Kategorija:Matematiċi]]

[[de:Jakob II. Bernoulli]]
[[de:Jakob II. Bernoulli]]
[[en:Jakob II Bernoulli]]
[[fr:Jacques Bernoulli (1759-1789)]]
[[fr:Jacques Bernoulli (1759-1789)]]
[[it:Jakob Bernoulli II]]
[[it:Jakob Bernoulli II]]
[[pt:Jacob II Bernoulli]]
[[pt:Jacob II Bernoulli]]
[[ro:Jakob II Bernoulli]]
[[ru:Бернулли, Якоб II]]
[[ru:Бернулли, Якоб II]]

{{DEFAULTSORT:Bernoulli, Jakob II Bernoulli}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1759]]
[[Kategorija:Mietu fl-1789]]
[[Kategorija:Matematiċi]]

Reviżjoni ta' 05:03, 16 Mejju 2012

Jakob II Bernoulli

Jakob II Bernoulli (17 ta' Ottubru 1759, Basel – 3 ta' Lulju 1789, San Pietruburgu[1], kien matematiku Żvizzeru, membru tal-familja Bernoulli. Johann II Bernoulli kien missieru, Johann Bernoulli kien nannuh u Johann III Bernoulli kien ħuh ikbar minnu.

Bijografija

Wara li spiċċa l-istudji letterarji tiegħu intbgħat Neuchâtel biex jiġu jipperfezzjona l-Franċiż. Meta mar lura ħa l-lawrja fil-liġi, iżda dawn l-istudji ma taffulux il-passjoni ereditarja li kellu għall-ġeometrija, il-matematika u l-fiżika.

Ħa l-ewwel lezzjonijiet f'dawn l-oqsma minn missieru u kompla taħt id-direzzjoni ta' zijuh Daniel. Tant avvanza fix-xjenza li fl-età ta 21 sena, talbuh jieħu l-katedra tal-fiżika sperimentali fl-Università ta' Basel, li kien ħa jirtira minnha zijuh minħabba l-età avvanzata[2].

Wara, aċċetta l-kariga ta'segretarju tal-Konti ta' Brenner, li tagħtu l-opportunità li jżur il-Ġermanja u l-Italja. Fl-Italja sar ħabib ta' Antonio Maria Lorgna, professur tal-matematika f'Verona u fundatur tal-għaqda li aktar tard saret l-Accademia Nazionale delle Scienze.

Ġie elett ukoll maħtur membru tas-Società Reale di Torino u matul iż-żjara tiegħu f'Venezja, ġie ammess permezz tal-rakkomandazzjoni ta' Nicolaus von fuss, fl-Akkademja tax-Xjenzi tar-Russja, fejn fl-1788 inħatar professur tal-matematika. Fir-Russja għamel riċerka importanti, speċjalment fl-oqsma tal-balistika u l-elastiċità[3].

Xahrejn qabel ma għalaq tletin, għereq fix-xmara Neva f'Lulju tal-1789, ftit xhur wara li żżewweġ lin-neputija ta' Leonhard Euler.

Ħafna mill-kitbiet tiegħu jinsabu fl-ewwel sitt volumi ta' Nova Acta Academiae Scientiarum Imperialis Petropolitanae, fl-Acta Helvetica, fil-Mémoires des Académies de Berlin et Turin u fil-pubblikazzjonijiet ta' ħuh Johann[4].

Referenzi

  1. ^ Fritz Nagel, Bernoulli, Jacques, 2005
  2. ^ [1] MacTutor History of Mathematics
  3. ^ Richard B. Hetnarski u Józef Ignaczak (2004). Taylor & Francis (ed.). Mathematical theory of elasticity. ISBN 9781591690207.
  4. ^ Bernoulli, Classic encyclopedia