Portal:Matematika
“ Il-Matematika, jekk inħarsu lejha sewwa, naraw li fiha mhux biss il-verità, imma sbuħija suprema, sbuħija kiesħa u awstera, bħal dik tal-iskultura. ”
—Bertrand Russell (1872-1970)
“ Il-Matematika nistgħu niddefinuha bħala s-suġġett fejn qatt ma nafu fuqhiex qed nitkellmu, u lanqas jekk hux veru dak li qed ngħidu. ”
—Friedrich Nietzsche (1844-1900)
Matematika
Il-kelma Matematika ġejja mill-Grieg μαθηματικά (máthema), li tfisser "tagħlim", jew "xjenza"; μαθηματικός (mathematikós) tfisser "wieħed li jrid jitgħallem".
Fid-dixxiplina tal-matematika jiġu studjati problemi dwar il-kwantità, estensjoni u figuri spazjali, moviment tal-korpi, u l-istrutturi kollha fejn dawn l-aspetti jistgħu jiġu analizzati b'mod ġenerali.
Il-matematika għandha tradizzjoni qadima fil-ġnus kollha; kienet l-ewwel dixxiplina li adottat metodi rigorużi ħafna, u b'hekk laħqet l-istatus ta' xjenza; progressivament il-metodi tagħha żviluppaw u nfirxu ma' ħafna oqsma fejn jistgħu jkunu ta' għajnuna fil-komputazzjoni u l-imudellar.
Artiklu fil-Vetrina
Kategoriji relatati
Artikli riċenti
Il-familja Bernoulli kienet familja ta' negozjanti u studjużi minn Bażel, fl-Iżvizzera. Il-fundatur tal-familja, Leon Bernoulli, emigra lejn Bażel minn Antwerp fi Fjandri fis-seklu 16 biex jaħrab l-oppressjoni Spanjola.
Il-familja Bernoulli ipproduċiet artisti u xjenzati notevoli, b'mod partikulari numru ta' matematiċi famużi fis-seklu 18:
- Jacob Bernoulli (1654–1705; magħruf ukoll bħala Jacques) li n-numri ta' Bernoulli huma msemmija għalih.
- Nicolaus Bernoulli (1662–1716)
- Johann Bernoulli (1667–1748; magħruf ukoll bħala Jean)
- Nicolaus I Bernoulli (1687–1759)
- Nicolaus II Bernoulli (1695–1726)
- Daniel Bernoulli (1700–1782) żviluppatur tal-prinċipju ta' Bernoulli u l-paradoss ta' Pietruburgu
- Johann II Bernoulli (1710–1790; magħruf ukoll bħala Jean)
- Johann III Bernoulli (1744–1807; magħruf ukoll bħala Jean)
- Jacob II Bernoulli (1759–1789; magħruf ukoll bħala Jacques)
Il-moviment Brownjan hu deskrizzjoni matematika ta' moviment każwali ta' partiċella "tqila" mgħaddsa fi fluwidu u li m'għandhiex fuqha interazzjonijiet oħra ħlief il-ħbit fuqha tal-molekuli "ħfief" tal-fluwidu ta' madwarha. Minn dan jirriżulta li l-partiċella t-tqila timxi b'moviment irregolari ħafna, li ġie deskritt għall-ewwel darba fl-1827 mill-botanista Robert Brown waqt li kien qiegħed josserva ċ-ċaqlieq ta' partiċelli fil-fluwidu fil-ġewwieni ta' trab tal-pollin.
Id-deskrizzjoni fiżika l-iżjed elementari ta' dan il-fenomenu hi din:
- bejn żewġ ħabtiet, il-partiċella l-kbira timxi f'linja dritta b'veloċità kostanti;
- il-partiċella l-kbira taċċelera meta taħbat ma' molekula tal-fluwidu jew xi ħajt.
Permezz ta' dan il-moviment nistgħu niddeskrivu l-imġieba termodinamika tal-gasijiet (teorija ċinetika tal-gasijiet), kif ukoll il-fenomenu tad-diffużjoni. Huwa użat ħafna wkoll fil-mudelli tal-matematika finanzjarja.