Nicolaus I Bernoulli
Nicolaus I Bernoulli (Bażel, 21 ta' Ottubru 1687 - Bażel, 29 ta' Novembru 1759; imsejjaħ ukoll Nicolas jew Nikolas), kien matematiku Żvizzeru u wieħed mill-matematiċi prominenti ħafna fil-familja Bernoulli.
Kien bin Nicolaus Bernoulli, pittur u membru tal-kunsill ta' Bażel. Fl-1704 ħa l-lawrja mill-Università ta' Bażel taħt is-superviżjoni ta' Jakob Bernoulli u kiseb id-dottorat fil-liġi ħames snin wara b'teżi fuq it-teorija tal-probabbiltà. Fl-1716 ingħata l-katedra ta' Galileo fl-Università ta' Padova, fejn ħadem fuq l-ekwazzjonijiet differenzjali u l-Ġeometrija. Fl-1722 irritorna lejn l-Iżvizzera u ħa l-katedra tal-Loġika fil-Università ta' Bażel.
Ġie kien elett Fellow tar-Royal Society ta' Londra f'Marzu tal-1714. [1].
Il-kontribuzzjonijiet l-aktar importanti tiegħu insibuhom fl-ittri tiegħu, l-iżjed f'dawk li kiteb lil Pierre Rémond de Montmort. F'dawn l-ittri, huwa introduċa b'mod partikolari l-Paradoss ta' San Pietruburgu. Ikkorisponda wkoll ma' Gottfried Wilhelm Leibniz u Leonhard Euler.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
Aktar qari[immodifika | immodifika s-sors]
- J.O. Fleckenstein, Bernoulli, Nikolaus I, Vol. 2, Paġni 56-57.
Jacob il-kbir (1598-1634) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nicolaus (1623-1708) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
![]() Jacob I (1654-1705) | ![]() Johann I (1667-1748) | Nicolaus (1662-1716) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
![]() Nicolaus II (1695-1726) | Anne Catherine (1698-1784) | ![]() Daniel (1700-1782) | Johann II (1710-1790) | Nicolaus I (1687-1759) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
![]() Johann III (1744-1807) | Daniel II (1751-1834) | ![]() Jacob II (1759-1789) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||