Johann III Bernoulli
Johann III Bernoulli (4 ta' Novembru 1744, Basel – 13 ta' Lulju 1807, Berlin-Köpenick) kien matematiku u fiżiku Żvizzeru. Missieru kien Johann II Bernoulli u nannuh Johann Bernoulli.
Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]
Studja f'Basel u Neuchâtel. Meta kellu tlettax-il sena ħa dottorat fil-filosofija. Ta' 19-il sena nħatar astronomu rjali ta' Berlin. Xi snin war żar il-Ġermanja, Franza u l-Ingilterra u wara l-Italja, ir-Russja u l-Polonja. Meta mar lura Berlin, inħatar direttur tad-dipartiment tal-matematika tal-Akkademja.
Fl-1774 ppubblika traduzzjoni għall-Franċiż tal-Elementi tal-Aġebra ta' Leonhard Euler u fl-istess sena ġie elett membru barrani tal-Akkademja Rjali tal-Isvezja. Kiteb ukoll dwar il-grupp etniku Pollakk tal-Kaxubi.
Kien wieħed mill-aħħar membri famużi tal-familja Bernouili.
Xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]
- Recueil pour les astronomes. 3 volumi u 1 suppliment, Berlin 1771–1779
- Reisen durch Brandenburg, Pommern, Preussen, Curland, Russland und Pohlen in den Jahren 1777 und 1778. Bd. 1, Leipzig: C. Fritsch 1779
- Sammlung kurzer Reisebeschreibungen (Ġabra ta' deskrizzjoni tal-vjaġġi). 18-il volum, Berlin 1781–1878
- Archiv zur neueren Geschichte, Geographie, Natur- und Menschenkenntnis. 8 volumi, Leipzig 1783–1788
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- MacTutor History of Mathematics archive
- Jean Bernoulli (1744-1807) fid-Dizzjunarju Storiku tal-iŻvizzera
Jacob il-kbir (1598-1634) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nicolaus (1623-1708) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
![]() Jacob I (1654-1705) | ![]() Johann I (1667-1748) | Nicolaus (1662-1716) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
![]() Nicolaus II (1695-1726) | Anne Catherine (1698-1784) | ![]() Daniel (1700-1782) | Johann II (1710-1790) | Nicolaus I (1687-1759) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
![]() Johann III (1744-1807) | Daniel II (1751-1834) | ![]() Jacob II (1759-1789) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||