Aqbeż għall-kontentut

Park Nazzjonali ta' Teide

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Park Nazzjonali ta' Teide

Il-Park Nazzjonali ta' Teide (bl-Ispanjol: Parque nacional del Teide, pronunzjata [ˈpaɾke naθjoˈnal de ˈtejðe]) huwa park nazzjonali li jinsab f'Tenerife, il-Gżejjer Kanarji, Spanja.

Il-park nazzjonali huwa ċċentrat fuq il-vulkan Teide, l-ogħla muntanja ta' Spanja (għolja 3,718 metru) kif ukoll l-ogħla vulkan fil-gżejjer tal-Oċean Atlantiku u t-tielet l-ogħla vulkan fid-dinja mill-bażi tiegħu fil-qiegħ tal-oċean (għoli 7,500 metru). Pico Viejo, inkluż ukoll fil-limiti tal-park nazzjonali, huwa t-tieni l-ogħla vulkan fil-Gżejjer Kanarji b'quċċata ta' 3,135 metru. Il-vulkani Teide u Pico Viejo huma l-unika żewġ qċaċet fil-Gżejjer Kanarji li jaqbżu l-livell ta' 3,000 metru.

Il-park għandu erja ta' 18,990 ettaru u jinsab fil-muniċipalità ta' La Orotava. Sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-28 ta' Ġunju 2007.[1] Mill-aħħar tal-2007, ġie meqjus bħala wieħed mit-12-il Teżor ta' Spanja. Fuq irdum, fil-Lvant ta' Teide, hemm it-teleskopji tal-Osservatorju ta' Teide.

Il-Park Nazzjonali ta' Teide huwa l-iżjed park nazzjonali viżitat fi Spanja u sal-2015 kien it-tmien l-iktar wieħed li żaruh nies fid-dinja[2], b'madwar tliet miljun viżitatur fis-sena. Fl-2016, żaruh 4,079,823 viżitatur u turist, li kien rekord storiku li qatt ma ntlaħaq qabel.[3][4]

Kuljum, filgħodu u filgħaxija, jiġu organizzati mawriet fil-park nazzjonali bil-karozzi tal-linja, u jitilqu minn diversi żoni fin-Nofsinhar tal-irħula turistiċi ta' Tenerife. L-aċċess sal-quċċata jirrikjedi permess b'xejn li jeħtieġ jiġi rriżervat bil-quddiem.[5]

Veduta tridimensjonali tal-Park Nazzjonali ta' Teide

Il-Park Nazzjonali ta' Teide għandu valur storiku kbir. Dan il-post kellu importanza spiritwali importanti għall-aboriġini Guanches u ġew skoperti siti arkeoloġiċi importanti fil-park. Għall-Guanches, Teide kien post ta' qima, u kienu jemmnu li kien id-daħla għall-infern (Echeyde).[6]

L-istatus ta' park nazzjonali ġie ddikjarat fit-22 ta' Jannar 1954, u kien it-tielet wieħed fi Spanja. Fl-1981 il-park ġie kklassifikat mill-ġdid u ġie stabbilit b'reġim legali speċjali. Fl-1989, il-Kunsill tal-Ewropa tatu l-ogħla premju tagħha, id-Diploma Ewropea taż-Żoni Protetti. Dan ir-rikonoxximent u l-ġestjoni tal-konservazzjoni ġew imġedda sussegwentement fl-1994, fl-1999 u fl-2004.

Bħala ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju tat-trasformazzjoni tiegħu f'park nazzjonali, fl-2002 tfasslet id-dokumentazzjoni biex il-park jiġi ddikjarat Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fit-28 ta' Ġunju 2007, wara ħames snin ta' ħidma u sforzi, l-UNESCO ddeċidiet li tiddikjara l-Park Nazzjonali ta' Teide bħala Sit ta' Wirt Dinji fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO li saret f'Christchurch, in-New Zealand. Il-Park Nazzjonali ta' Teide ġie ddikjarat ukoll bħala wieħed mit-12-il Teżor ta' Spanja fl-aħħar tal-2007.

Il-Park Nazzjonali ta' Teide huwa komplementari għall-Park Nazzjonali tal-Vulkani ta' Hawaii.[7] Dan l-iktar għaliex fiż-żewġ parks jiġu rrappreżentati l-istrutturi vulkaniċi u l-formazzjonijiet inqas evoluti tal-magma ta' gżejjer (Hawaii) u iktar evoluti u differenzjati (Teide).[8] Barra minn hekk, il-Park Nazzjonali ta' Teide jikkondividi karatteristiċi xeniċi simili mal-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon f'Arizona, l-Istati Uniti.

Ġeografija u klima

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Park Nazzjonali ta' Teide ġeneralment għandu klima niexfa u miti, b'ħafna xemx. Il-klimi ewlenin li jinstabu fil-Park Nazzjonali ta' Teide huma l-klima Mediterranja (Csa/Csb) u l-klima semiarida (BSk).[9]

L-Osservatorju ta' Teide ta' Izaña, li jinsab 2,371 metru (7,779 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar jirreġistra temperatura medja annwali ta' 10.2 °C (50.4 °F) u kważi 3,500 siegħa ta' xemx fis-sena. Il-biċċa l-kbira tal-jiem tas-sajf ikunu b'sema bla sħab.[10]

Data klimatika għall-Osservatorju ta' Izaña (altitudni: 2,371 metru (7,779 pied))
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord high f'°C (°F) 18.3

(64.9)

19.9

(67.8)

22.0

(71.6)

23.0

(73.4)

26.0

(78.8)

27.7

(81.9)

30.4

(86.7)

29.6

(85.3)

27.2

(81.0)

23.0

(73.4)

20.8

(69.4)

20.1

(68.2)

30.4

(86.7)

Temp. medja f'°C (°F) 7.5

(45.5)

8.0

(46.4)

10.2

(50.4)

11.8

(53.2)

14.5

(58.1)

18.9

(66.0)

23.0

(73.4)

22.6

(72.7)

18.6

(65.5)

14.3

(57.7)

11.1

(52.0)

8.8

(47.8)

14.1

(57.4)

Temp. medja kuljum f'°C (°F) 4.3

(39.7)

4.7

(40.5)

6.4

(43.5)

7.6

(45.7)

10.1

(50.2)

14.4

(57.9)

18.5

(65.3)

18.2

(64.8)

14.5

(58.1)

10.6

(51.1)

7.8

(46.0)

5.6

(42.1)

10.2

(50.4)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 1.1

(34.0)

1.3

(34.3)

2.7

(36.9)

3.5

(38.3)

5.8

(42.4)

9.9

(49.8)

14.0

(57.2)

13.8

(56.8)

10.4

(50.7)

6.9

(44.4)

4.5

(40.1)

2.4

(36.3)

6.4

(43.5)

Temp. baxxa relord f'°C (°F) −8.0

(17.6)

−9.8

(14.4)

−9.1

(15.6)

−8.2

(17.2)

−5.1

(22.8)

−1.4

(29.5)

−0.2

(31.6)

1.2

(34.2)

0.0

(32.0)

−3.0

(26.6)

−4.0

(24.8)

−6.8

(19.8)

−9.8

(14.4)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 47

(1.9)

67

(2.6)

58

(2.3)

18

(0.7)

7

(0.3)

1

(0.0)

0

(0)

5

(0.2)

13

(0.5)

37

(1.5)

54

(2.1)

60

(2.4)

367

(14.5)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 5 4 4 3 1 0 0 1 2 4 4 6 34
Umdità relattiva medja (%) 50 54 48 45 40 32 25 30 43 55 54 52 44
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 226 223 260 294 356 382 382 358 295 259 220 218 3,473
Sors: medji tal-1981-2010 u estremi tal-1920-2021. L-Aġenzija Statali tal-Meteoroloġija.[11][12]

Flora u fawna

[immodifika | immodifika s-sors]
Echium wildpretii

Il-flussi tal-lava fuq ix-xaqlibiet tal-vulkan Teide jittieklu sa ma jsiru saff irqiq ħafna ta' ħamrija mimlija nutrijenti u minerali. Din il-ħamrija ssostni għadd kbir ta' speċijiet ta' pjanti. Il-flora vaskulari tikkonsisti minn 168 speċi ta' pjanti; 33 minnhom huma endemiċi għal Tenerife.[13]

Foresti taż-żnuber tal-Gżejjer Kanarji (Pinus canariensis) jokkorru f'altitudni ta' 1,000-2,100 metru, u jiksu x-xaqlibiet medji tal-vulkan, b'kopertura Alpina 1,000 metru iktar baxxa minn dik tal-muntanji kontinentali b'latitudni simili.[14] F'altitudnijiet ogħla, il-krater ta' Las Cañadas jipprovdi biżżejjed kenn biex jikbru speċijiet iktar fraġli bħaċ-ċedru tal-Gżejjer Kanarji (Juniperus cedrus) u ż-żnuber tal-Gżejjer Kanarji (Pinus canariensis).[15]

L-iżjed speċijiet ta' pjanti dominanti fil-Park Nazzjonali ta' Teide huma l-ġinestra bajda ta' Teide (Spartocytisus supranubius), li tarmi fjuri bojod u roża; il-ġiżi tal-Gżejjer Kanarji (Erysimum scoparium), li tarmi fjuri bojod u vjola; u l-buglossa ta' Teide (Echium wildpretii), li tarmi fjuri ħomor li jiffurmaw piramida għolja sa tliet metri. Il-margerita ta' Teide (Argyranthemum teneriffae) tista' tinstab f'altitudnijiet qrib it-3,600 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Il-vjola ta' Teide (Viola cheiranthifolia) tista' tinstab sal-quċċata tal-vulkan, u b'hekk hija l-pjanta li tarmi fjuri fl-ogħla altitudni fi Spanja.[16]

Dawn il-pjanti adattaw għall-kundizzjonijiet ambjentali diffiċli tal-vulkan bħall-altitudni għolja, ix-xemx qawwija, il-varjazzjonijiet estremi fit-temperaturi, u n-nuqqas ta' ndewwa. L-adattamenti jinkludu l-għamliet semisferiċi tagħhom, l-għata 'l isfel jew bix-xama' tagħhom, it-tnaqqis tal-weraq espost tagħhom, u l-produzzjoni kbira ta' fjuri tagħhom.[15][17] Dawn l-ispeċijiet ta' pjanti jarmu l-fjuri lejn l-aħħar tar-rebbiegħa jew fil-bidu tas-sajf, fix-xhur ta' Mejju u ta' Ġunju.[13]

Il-Park Nazzjonali ta' Teide fih firxa wiesgħa ta' invertebrati, u iktar minn 40 % minnhom huma speċijiet endemiċi. 70 speċi jinstabu biss fil-park nazzjonali. Fost dawn l-invertebrati hemm brimb, ħanfus, dipterani, emipterani, u imenopteri.[18]

Il-gremxula tan-Nofsinhar ta' Tenerife (Gallotia galloti galloti)

B'kuntrast ma' dan, il-Park Nazzjonali ta' Teide għandu varjetà limitata ta' vertebrati. Għaxar speċijiet ta' għasafar ibejtu fil-park. Dawn jinkludu l-isponsun tal-Gżejjer Kanarji (Fringilla teydea teydea); id-diżż ta' Berthelot (Anthus berthelotii berthelotii); il-kanarin tal-Atlantiku (Serinus canaria); u sottospeċi ta' spanjulett (Falco tinnunculus canariensis).[18][19][20]

Fil-park hemm ukoll tliet speċijiet ta' rettili endemiċi – il-gremxula tal-Gżejjer Kanarji (Gallotia galloti galloti), il-wiżgħa tal-Gżejjer Kanarji (Tarentola delalandii), u x-xaħmet l-art tal-Gżejjer Kanarji (Chalcides viridanus viridanus).[18][21]

L-unika mammiferi nativi tal-park huma l-friefet il-lejl. L-iżjed speċi komuni huwa l-farfett il-lejl ta' Leisler (Nyctalus leisleri). Mammiferi oħra bħall-muflun (nagħġa selvaġġa), il-fenek, il-ġurdien, il-far iswed, il-qattus selvaġġ, u l-qanfud Alġerin kollha ġew introdotti fil-park.[22]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Park Nazzjonali ta' Teide ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[1]

Veduta tal-Caldera de las Cañadas fil-Park Nazzjonali ta' Teide

Għeliem xjentifiku

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-similarità bejn il-kundizzjonijiet ambjentali u ġeoloġiċi fil-Park Nazzjonali ta' Teide u l-pjaneta Marte wasslu biex dan il-park jitqies bħala punt ta' referenza vulkanika b'rabta mal-pjaneta l-ħamra.[23]

Din is-similarità bejniethom wasslu biex il-park jitqies bħala post ideali għall-ittestjar tal-istrumenti li jintbagħtu lejn Marte biex jiżvelaw xi ħajja tal-imgħoddi jew tal-preżent fuq il-pjaneta l-ħamra. Fl-2010, tim tar-riċerka f'Las Cañadas del Teide ttestja l-istrument ta' Raman li mbagħad intuża fl-ispedizzjoni ExoMars tal-ESA-NASA lejn Marte.[23]

Fl-2017, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) ittestjat vetturi (rovers) planetarji f'żona tal-park magħrufa bħala Las Minas de San José.[24]

Parks ġemellati

[immodifika | immodifika s-sors]

Barra minn hekk, il-Park Nazzjonali ta' Teide jipparteċipa f'programmi internazzjonali differenti u jiskambja l-konsulenzi ma' parks nazzjonali oħra fid-dinja, speċjalment fl-Amerka Ċentrali, fl-Amerka t'Isfel u fl-Ewropa. In regard to international cooperation, the Teide National Park has provided technical support to the Souss-Massa National Park located in southwestern of Morocco.[26]

Films li nġibdu fil-park u kurżitajiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Brian May kiteb il-kanzunetta tal-Queen "Tie Your Mother Down" fl-Osservatorju ta' Teide ta' Izaña (f'altitudni ta' 7,770 pied), fil-ħarifa tal-1971, waqt li kien qed jaħdem fuq it-teżi tal-lawrja tiegħu.[27]
  • Dan ix-xenarju drammatiku deher f'films bħal One Million Years B.C. (1966), Intacto (2002), Clash of the Titans (2010) u Wrath of the Titans (2012).
  • Il-poster ta' Raquel Welch ta' One Million Years B.C. li taħdem rwol sinifikanti fil-film tal-1994 The Shawshank Redemption inġibed fil-vulkan Teide.
  • Mike Oldfield inkluda fil-kompilazzjoni tiegħu The Complete fel tal-1985, il-kanzunetta Mount Teide ddedikata lill-vulkan famuż ta' Tenerife.
  • Fit-8 ta' Diċembru 2008, fuq inizjattiva mill-komunità Lhudija tal-Gżejjer Kanarji, bandiera ta' Iżrael tpoġġiet ħdejn il-quċċata tal-vulkan Teide.[28]
  • Il-park għandu kappella żgħira ddedikata lill-Madonna tal-Borra (bl-Ispanjol: Virgen de las Nieves) li hija l-ogħla kapppella/knisja Kristjana fi Spanja.
  • Tenerife kien il-post fejn L. Ron Hubbard (il-fundatur tal-Knisja tax-Xjentoloġija) sejjaħ xi materjali li ġabar bħala "materjali OT-III", li skont din id-duttrina juru li wieħed mill-vulkani li nxteħtu fit-tetani 75 miljun sena ilu kien il-vulkan Teide, flimkien ma' vulkani oħra fid-dinja, l-iktar minn Hawaii.
  • Fl-24 ta' Ġunju 1989, l-istazzjon tar-radju Espacio en Blanco tar-Radiocadena Española sejjaħ "Allerta tal-UFOs" fil-Park Nazzjonali ta' Teide sabiex jikseb xi tip ta' kuntatt ma' ħlejqiet ekstraterrestri. Dan l-avveniment attendew għalih madwar erbgħin elf ruħ.
  • Fit-8 ta' Jannar 1998, membri ta' setta mmexxija mill-psikologu Ġermaniż Heide Fittkau Garthe ġew arrestati, meta ppruvaw iwettqu suwiċidju ritwali fuq il-vulkan Teide.
  • Il-kompożitur tal-Kanarji Benito Cabrera ġie ispirat mill-pajsaġġ tal-vulkan Teide għall-kanzunetta famuża tiegħu Nube de Hielo.[29]
  • Is-sitt film ta' The Fast and the Furious tal-protagonista Vin Diesel u tar-reġista Justin Lin, uża l-vulkan Teide għall-biċċa l-kbira tal-vjaġġi bl-ajruplani.
  • Il-Park Nazzjonali ta' Teide sar post popolari għat-taħriġ qalb iċ-ċiklisti professjonisti ewlenin, peress li jippermettilhom jitħarrġu f'altitudni filwaqt li jkollhom aċċess ukoll għal terren fuq il-livell tal-baħar għal taħriġ ta' intensità kbira, f'kundizzjonijiet stabbli tat-temp, bi ftit distrazzjonijiet minħabba l-pożizzjoni iżolata tiegħu. Xi timijiet użaw il-park għat-taħriġ, fosthom Team Sky, Liquigas u Team Astana.[30]
  • Fl-2017, il-Park Nazzjonali ta' Teide kien it-tmien l-iktar sit li żaruh nies virtwalment fuq il-pjattaforma Google Street View, b'total ta' 8.6 miljun viżitatur, u ħaqqaqha ma' postijiet famużi oħra bħat-Taj Mahal, Mont Blanc, il-Piramidi Eġizzjani, Angkor Wat jew Stonehenge.
  • Fl-2018, it-territorju madwar il-Park Nazzjonali ta' Teide ospita parti mill-ġbid tal-film Amerikan Rambo: Last Blood, li ħadmu fih Sylvester Stallone u Paz Vega fost oħrajn.[31]
  1. 1 2 3 Centre, UNESCO World Heritage. "Teide National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
  2. "En las entrañas del volcán". El Español (bl-Ispanjol). 2016-03-21. Miġbur 2022-03-19.
  3. España, El Periódico de. "El Periódico de España | epe.es". elperiodicodeespana (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-03-19.
  4. Press, Europa (2017-04-11). "El Teide bate su récord de visitantes en 2016, con más de cuatro millones". www.europapress.es. Miġbur 2022-03-19.
  5. "Mount Teide Cable Car Prices and Timetable | Volcano Teide". www.volcanoteide.com. Miġbur 2022-03-19.
  6. Carracedo, Juan Carlos; Troll, Valentin R., eds. (2013). Teide Volcano: Geology and Eruptions of a Highly Differentiated Oceanic Stratovolcano. Active Volcanoes of the World. Berlin Heidelberg: Springer-Verlag. ISBN 978-3-642-25892-3.
  7. Carracedo, J. C. (Juan Carlos). The geology of the Canary Islands. Troll, V. R. Amsterdam, in-Netherlands. ISBN 978-0-12-809664-2.
  8. "El Parque Nacional del Teide, Patrimonio Mundial: Valores geológicos determinantes" (PDF).
  9. Meteorología, Agencia Estatal de. "Standard climate Values - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
  10. Meteorología, Agencia Estatal de. "Izaña: Izaña - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
  11. Meteorología, Agencia Estatal de. "Izaña: Izaña - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
  12. Meteorología, Agencia Estatal de. "Izaña: Izaña - Absolute extreme values - Selector - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
  13. 1 2 Dupont, Yoko L., Dennis M., Olesen, Jens M., Structure of a plant-flower-visitor network in the high altitude sub-alpine desert of Tenerife, Canary Islands, Ecography. 26(3), 2003, pp. 301–310.
  14. Gieger, Thomas and Leuschner, Christoph, Altitudinal change in needle water relations of the Canary pine (Pinus Canariensis) and possible evidence of a drought-induced alpine timberline on Mt. Teide, Tenerife, Flora - Morphology, Distribution, Functional Ecology of Plants, 199(2), 2004, pp. 100-109.
  15. 1 2 J.M. Fernandez-Palacios, Climatic response of plant species on Tenerife, the Canary islands, J. Veg. Sci. 3, 1992, pp. 595–602.
  16. J.M. Fernandez-Palacios and J.P de Nicolas, Altitudinal pattern of vegetation variation on Tenerife, J. Veg. Sci. 6, 1995, pp. 183–190.
  17. C. Leuschner, Timberline and alpine vegetation on the tropical and warm-temperate oceanic islands of the world: elevation, structure and floristics, Vegetatio 123, 1996, pp. 193–206.
  18. 1 2 3 Thorpe, R.S., McGregor, D.P., Cumming, A.M., and Jordan, W.C., DNA evolution and colonisation sequence of island lizards in relation to geological history: MTDNA RFLP, cytochrome B, cytochrome oxidase, 123 RRNA sequence, and nuclear RAPD analysis, evolution, 48(2), 1994, pp. 230-240.
  19. Lack, D., and H.N. Southern. 1949. Birds of Tenerife. Ibis, 91:607-626.
  20. P.R. Grant, "Ecological compatibility of bird species on islands", Amer. Nat., 100(914), 1966, pp. 451–462.
  21. P.R. Grant, "Ecological compatibility of bird species on islands", Amer. Nat., 100(914), 1966, pp. 451–462.
  22. Nogales, M., Rodríguez-Luengo, J.L. & Marrero, P. (2006) "Ecological effects and distribution of invasive non-native mammals on the Canary Islands" Mammal Review, 36, 49–65.
  23. 1 2 "Tenerife se convierte en un laboratorio marciano | Ciencia | elmundo.es". www.elmundo.es. Miġbur 2022-03-19.
  24. "Rovers drive through Tenerife darkness". www.esa.int (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
  25. "España: Cooperación en Parques Nacionales" (PDF).
  26. 1 2 "Cooperación internacional entre parques nacionales" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2013-10-04. Miġbur 2022-03-19.
  27. "Answers - The Most Trusted Place for Answering Life's Questions". Answers (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-19.
  28. "La bandera de Israel ondea en el Teide (Islas Canarias)". ישראל גרפית ISRAEL GRÁFICO. Miġbur 2022-03-19.
  29. "Benito Cabrera: "Hay tantos Teide como estados de ánimo". web.archive.org. 2016-07-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-17. Miġbur 2022-03-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  30. "Volcano gives Bradley Wiggins the fire for assault on Tour de France". the Guardian (bl-Ingliż). 2012-05-22. Miġbur 2022-03-19.
  31. Press, Europa (2018-11-13). "'Rambo V' dejará en Tenerife más de ocho millones de euros". www.europapress.es. Miġbur 2022-03-19.