Aqbeż għall-kontentut

Park Nazzjonali tal-Grand Canyon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Iż-żerniq fuq il-Grand Canyon mix-xifer tan-Nofsinhar.

Il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon, li jinsab fil-Majjistral tal-Arizona, huwa l-15-il sit fl-Istati Uniti li ġie rikonoxxut bħala park nazzjonali. L-attrazzjoni ċentrali tal-park huwa l-Grand Canyon, fondoq tax-xmara Colorado, li spiss jitqies bħala wieħed mill-Għeġubijiet tad-Dinja. Il-park, li jkopri 1,217,262 akru (1,901.972 mil kwadru; 4,926.08 km2) ta' żona mhux inkorporata fil-kontej ta' Coconino u ta' Mohave, laqa' iktar minn 4.7 miljun viżitatur għar-rikreazzjoni fl-2023.[1] Il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.[2] Il-park iċċelebra l-100 anniversarju tiegħu fis-26 ta' Frar 2019.[3]

Poster tal-park tal-1938.

Il-Grand Canyon sar magħruf sew mal-Amerikani fis-snin 80 tas-seklu 19 wara li nbnew il-linji ferrovjarji u wara li l-pijunieri żviluppaw l-infrastruttura u t-turiżmu bikri. Fl-1903, il-President Theodore Roosevelt żar is-sit u stqarr:[4][5]

"Il-Grand Canyon jgħaġġibni. Huwa imparagunabbli — bil-kemm jista' jiġi deskritt; bla dubju li ma jħaqqaqha miegħu xejn madwar id-dinja ... Ejja nħallu dan il-post tal-għaġeb tan-natura jibqa' kif inhu issa. Tagħmlu xejn li jista' jnaqqas mill-kobor, mis-sublimità u mis-sbuħija tiegħu. Ma fihx x'ittejjeb. Iżda nistgħu nħalluh għal uliedna, għal ulied uliedna, u għal dawk li jiġu warajna, bħala l-unika post tal-għaġeb li kull Amerikan għandu jara".

Minkejja l-entużjażmu ta' Roosevelt u l-interess qawwi fil-preservazzjoni tal-art għall-użu pubbliku, il-Grand Canyon ma ġiex iddeżinjat bħala park nazzjonali minnufih. L-ewwel abbozz ta' liġi biex jiġi stabbilit il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon ġie introdott fl-1882 mis-Senatur ta' dak iż-żmien Benjamin Harrison, li kieku stabbilixxa l-Grand Canyon bħala t-tielet park nazzjonali fl-Istati Uniti, wara Yellowstone u Mackinac. Harrison reġa' introduċa l-abbozz ta' liġi mingħajr suċċess fl-1883 u fl-1886; wara l-elezzjoni tiegħu għall-Presidenza, huwa stabbilixxa r-Riżerva Forestali tal-Grand Canyon fl-1893. Theodore Roosevelt ħoloq ir-Riżerva tal-Annimali Selvaġġi tal-Grand Canyon permezz ta' proklamazzjoni fit-28 ta' Novembru 1906, u l-Monument Nazzjonali tal-Grand Canyon fil-11 ta' Jannar 1908. Abbozzi oħra ta' liġi tas-Senat biex is-sit jiġi stabbilit bħala park nazzjonali ġew introdotti u ma għaddewx fl-1910 u fl-1911, qabel l-iffirmar finali tal-Att tal-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon (65–277) mill-President Woodrow Wilson fis-26 ta' Frar 1919. Is-Servizz tal-Parks Nazzjonali, stabbilit fl-1916, ħa ħsieb l-amministrazzjoni tal-park.[6]

Munita tal-kwart ta' dollaru Amerikan bil-Grand Canyon fuq il-wiċċ ta' wara.

Il-ħolqien tal-park kien suċċess bikri tal-moviment tal-konservazzjoni. L-istatus ta' park nazzjonali jaf għen kontra l-proposti favur diga għax-xmara Colorado fil-konfini tiegħu. Iktar 'il quddiem, id-Diga ta' Glen Canyon inbniet fin-naħa ta' fuq tax-xmara. It-tieni Monument Nazzjonali tal-Grand Canyon lejn il-Punent ġie pproklamat fl-1932. Fl-1975, dak il-monument u l-Monument Nazzjonali tal-Kanjon tal-Irħam, li ġie stabbilit fl-1969 u li kien isegwi x-xmara Colorado lejn il-Grigal mill-Grand Canyon sa Lees Ferry, saru parti mill-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon. Fl-1979 is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-Att dwar it-Titjiriet fuq il-Parks Nazzjonali sab li "L-istorbju assoċjat mat-titjiriet tal-inġenji tal-ajru fuq il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon kien qed jikkawża effett tassew avvers fuq il-kwiet u l-esperjenza naturali tal-park. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet attwali tal-inġenji tal-ajru fil-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon qajmu tħassib serju rigward is-sikurezza pubblika, inkluż tħassib rigward is-sikurezza tal-utenti tal-park".[7]

Fl-2010, il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon ġie onorat bil-munita tiegħu stess skont il-programm tal-Kwart ta' Dollari tal-Attrazzjonijiet Sbieħ tal-Amerka. Fis-26 ta' Frar 2019, il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon iċċelebra l-100 sena mid-deżinjazzjoni tas-sit bħala park nazzjonali.[8]

Il-Grand Canyon kien parti mir-Reġjun Intermuntanjuż tas-Servizz tal-Parks Nazzjonali sal-2018. Illum il-ġurnata, il-Grand Canyon huwa parti mir-Reġjun 8, magħruf ukoll bħala l-Baċir tan-Naħa ta' Isfel tax-xmara Colorado.

Kronoloġija tal-istorja legali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1882: l-ewwel tentattiv mingħajr suċċess biex jiġi stabbilit il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon;
  • 1893: is-sit ġie ddeżinjat bħala "riżerva forestali" mill-President Benjamin Harrison (permezz tal-Proklamazzjoni Presidenzjali #45);
  • 1908: is-sit ġie stabbilit bħala l-Monument Nazzjonali tal-Grand Canyon mill-President Theodore Roosevelt (permezz tal-Proklamazzjoni Presidenzjali #794);
  • 1919: id-deżinjazzjoni tal-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon permezz ta' att tal-Kungress fis-26 ta' Frar (40 Stat 1175);
  • 1975: it-twessigħ tal-park permezz tal-Att dwar it-Twessigħ tal-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon tal-Kungress fit-3 ta' Jannar (88 Stat 2089);
  • 1979: id-deżinjazzjoni bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-26 ta' Ottubru.[2]

Amministraturi

[immodifika | immodifika s-sors]
  • William Harrison Peters (sostitut): Awwissu 1919 – Settembru 1920;
  • Dewitt L. Raeburn: Ottubru 1920 – Diċembru 1921;
  • John Roberts White (sostitut): Diċembru 1921 – Frar 1922;
  • Walter Wilson Crosby: Frar 1922 – Jannar 1924;
  • George C. Bolton (sostitut): Jannar 1923 – Ġunju 1923;
  • John Ross Eakin: Jannar 1924 – April 1927;
  • Miner Raymond Tillotson: April 1927 – Diċembru 1938;
  • James V. Lloyd (sostitut): Diċembru 1938 – Frar 1939;
  • Harold Child Bryant (sostitut): Frar 1939 – Jannar 1940;
  • James V. Lloyd (sostitut): Jannar 1940 – Awwissu 1940;
  • Frank Alvah Kittredge: Awwissu 1940 – Lulju 1941;
  • Harold Child Bryant: Awwissu 1941 – Marzu 1954;
  • Preston P. Patraw: Mejju 1954 – Lulju 1955;
  • John Sherman McLaughlin: Awwissu 1955 – Marzu 1964;
  • Howard B. Stricklin: Marzu 1964 – Frar 1969;
  • Robert R. Lovegren: April 1969 – Lulju 1972;
  • Merle E. Stitt: Awwissu 1972 – Jannar 1980;
  • Bruce W. Shaw (sostitut): Jannar 1980 – Mejju 1980;
  • Richard W. Marks: Mejju 1980 – Diċembru 1988;
  • John C. Reed (sostitut): Diċembru 1988 – Jannar 1989;
  • John H. Davis: Jannar 1989 – Awwissu 1991;
  • Robert Chandler: Ottubru 1991 – Ottubru 1993;
  • Boyd Evison (sostitut): Jannar 1994 – Lulju 1994;
  • Robert L. Arnberger: Lulju 1994 – Ottubru 2000;
  • Dave Uberauga: 2011 - Mejju 2016;
  • Christine Lehnertz: Awwissu 2016 - Marzu 2019;
  • Ed Keable: April 2020 - preżent.[9]
Mappa reġjonali tal-Grand Canyon.

Il-Grand Canyon, flimkien mas-sistema estensiva ta' kanjons tributarji tiegħu, huwa impressjonanti għad-daqs, għall-fond u għas-saffi esposti ta' blat ikkulurit tiegħu li jmorru lura għaż-żminijiet Pre-Kambrijani. Il-kanjon innifsu nħoloq mill-inċiżjoni tax-xmara Colorado u tat-tributarji tagħha wara l-olzar naturali tal-Promontorju ta' Colorado, li kkawża l-iżvilupp tas-sistema tax-xmara Colorado tul il-mogħdija attwali tagħha.

Iż-żoni pubbliċi primarji tal-park huma magħrufa bħala x-Xifer tan-Nofsinhar u x-Xifer tat-Tramuntana, u ż-żoni ta' biswit il-kanjon innifsu. Il-kumplament tal-park huwa ferm imħarbat u remot, għalkemm bosta postijiet huma aċċessibbli permezz ta' diversi mogħdijiet u toroq rurali sekondarji. Ix-Xifer tan-Nofsinhar huwa iktar aċċessibbli mix-Xifer tat-Tramuntana u jżuruh 90 % tal-viżitaturi tal-park.

Is-sede tal-park tinsab fil-Villaġġ tal-Grand Canyon, mhux wisq 'il bogħod mid-Daħla tan-Nofsinhar tal-park, qrib waħda mill-veduti l-iktar popolari tal-park.

Xifer tan-Nofsinhar

[immodifika | immodifika s-sors]
Ix-xifer tan-Nofsinhar mill-Punt ta' Powell.

Il-biċċa l-kbira tal-viżitaturi tal-park iżuru x-Xifer tan-Nofsinhar, u jaslu permezz tar-Rotta Statali 64 tal-Arizona. L-awtostrada tidħol fil-park permezz tad-Daħla tan-Nofsinhar, qrib Tusayan, Arizona, u tibqa' sejra lejn il-Lvant, qabel ma titlaq mill-park permezz tad-Daħla tal-Lvant. It-triq interstatali 40 tagħti aċċess għaż-żona min-Nofsinhar. Mit-Tramuntana, ir-Rotta 89 tal-Istati Uniti tikkollega lil Utah, Colorado, u lix-Xifer tat-Tramuntana max-Xifer tan-Nofsinhar. B'kollox, xi 30 mil tax-Xifer tan-Nofsinhar huma aċċessibbli bit-triq.

Il-Villaġġ tal-Grand Canyon huwa ż-żona primarja tas-servizzi għall-viżitaturi fil-park. Huwa komunità bis-servizzi kollha, inkluż l-akkomodazzjoni, il-fjuwil, l-ikel, it-tifkiriet, l-isptar, il-knejjes, l-aċċess għall-mogħdijiet bil-mixi kif ukoll l-aċċess għall-mixjiet u għat-taħditiet iggwidati.

Akkomodazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Diversi faċilitajiet tal-akkomodazzjoni huma disponibbli tul ix-Xifer tan-Nofsinhar. Fost il-lukandi u akkomodazzjonijiet oħra hemm El Tovar, Bright Angel Lodge, Kachina Lodge, Thunderbird Lodge, u Maswik Lodge, li kollha jinsabu fil-Villaġġ tal-Grand Canyon, u Phantom Ranch, li jinsab fi ħdan il-kanjon stess. Hemm ukoll RV Park magħruf bħala l-Villaġġ tat-Trailers. Dawn il-faċilitajiet kollha huma ġestiti minn Xanterra Parks & Resorts, filwaqt li l-Yavapai Lodge (li jinsab ukoll fl-inħawi tal-villaġġ) huwa ġestit minn Delaware North.

Xifer tat-Tramuntana

[immodifika | immodifika s-sors]
Inżul ix-xemx f'Cape Royal Point, ix-Xifer tat-Tramuntana. Il-formazzjoni tat-Tron ta' Wotans.

L-inħawi tal-park fix-Xifer tat-Tramuntana jinsabu fuq il-Promontorju ta' Kaibab u l-Promontorju ta' Walhalla, eżatt fuq in-naħa l-oħra tal-Grand Canyon miż-żoni prinċipali tal-viżitaturi fix-Xifer tan-Nofsinhar. Iż-żona prinċipali tal-viżitaturi fix-Xifer tat-Tramuntana huma ċċentrati madwar Bright Angel Point. Ix-Xifer tat-Tramuntana huwa ogħla bħala elevazzjoni mix-Xifer tan-Nofsinhar, b'elevazzjoni ta' iktar minn 8,000 pied (2,400 metru). Peress li huwa daqstant ogħla mix-Xifer tan-Nofsinhar, kull sena jkun magħluq mill-1 ta' Diċembru sal-15 ta' Mejju, minħabba ż-żieda tal-probabbiltà ta' borra f'dak l-għoli. Is-servizzi tal-viżitaturi jkunu magħluqa jew limitati wara l-15 ta' Ottubru ta' kull sena. Il-ħin tas-sewqan mix-Xifer tan-Nofsinhar sax-Xifer tat-Tramuntana huwa ta' madwar 4.5 sigħat tul 220 mil (350 kilometru).

Fix-Xifer tat-Tramuntana hemm l-akkomodazzjoni storika tal-Grand Canyon Lodge, ġestita minn Forever Resorts, kif ukoll post għall-kampeġġi fil-qrib, ġestit mill-persunal tal-park nazzjonali.

Skont is-sistema tal-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon fih ħames żoni klimatiċi; Kiesħa Semiarida (BSk), Sajf Kiesaħ Niexef Kontinentali Umduż (Dsb), Sajf Sħun Kontinentali Umduż (Dsa), Sajf Sħun Mediterran (Csb), u Sajf Sħun Ħafna Mediterran (Csa). Iż-żona tal-ebusija tal-pjanti fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Grand Canyon hija ta' 7a, b'temperatura minima estrema annwali medja ta' 3.3 °F (−15.9 °C).

Data klimatika għall-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon, Arizona, temp. normali fl-1991–2020, temp. estremi fl-1976–2012
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 64

(18)

69

(21)

77

(25)

82

(28)

92

(33)

101

(38)

97

(36)

97

(36)

93

(34)

89

(32)

74

(23)

65

(18)

101

(38)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 57.1

(13.9)

59.4

(15.2)

65.9

(18.8)

74.4

(23.6)

83.0

(28.3)

90.9

(32.7)

94.0

(34.4)

90.1

(32.3)

85.3

(29.6)

76.1

(24.5)

65.9

(18.8)

58.2

(14.6)

94.0

(34.4)

Temp. għolja medja ta' kuljum f'°F (°C) 44.3

(6.8)

46.3

(7.9)

53.6

(12.0)

60.9

(16.1)

69.9

(21.1)

82.0

(27.8)

84.9

(29.4)

82.1

(27.8)

75.8

(24.3)

64.6

(18.1)

53.2

(11.8)

43.0

(6.1)

63.4

(17.4)

Temp. medja ta' kuljum f'°F (°C) 31.7

(−0.2)

33.7

(0.9)

39.3

(4.1)

44.9

(7.2)

52.8

(11.6)

62.5

(16.9)

67.7

(19.8)

65.9

(18.8)

59.8

(15.4)

49.0

(9.4)

39.0

(3.9)

30.6

(−0.8)

48.1

(8.9)

Temp. baxxa medja ta' kuljum f'°C (°F)°F (°C) 19.2

(−7.1)

21.1

(−6.1)

25.0

(−3.9)

28.8

(−1.8)

35.6

(2.0)

43.0

(6.1)

50.4

(10.2)

49.8

(9.9)

43.7

(6.5)

33.3

(0.7)

24.7

(−4.1)

18.2

(−7.7)

32.7

(0.4)

Temp. baxxa medja f'°F (°C) 0.0

(−17.8)

3.1

(−16.1)

10.6

(−11.9)

18.2

(−7.7)

25.1

(−3.8)

31.2

(−0.4)

41.0

(5.0)

41.6

(5.3)

32.7

(0.4)

20.8

(−6.2)

7.6

(−13.6)

1.9

(−16.7)

−3.6

(−19.8)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −17

(−27)

−20

(−29)

−1

(−18)

8

(−13)

17

(−8)

25

(−4)

35

(2)

35

(2)

24

(−4)

8

(−13)

−6

(−21)

−20

(−29)

−20

(−29)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 1.76

(45)

1.23

(31)

1.85

(47)

0.64

(16)

0.40

(10)

0.22

(5.6)

2.33

(59)

2.19

(56)

1.50

(38)

1.23

(31)

0.77

(20)

1.25

(32)

15.37

(390)

Medja ta' jiem bil-borra f'pulzieri (cm) 12.9

(33)

7.8

(20)

8.1

(21)

2.8

(7.1)

0.1

(0.25)

0.0

(0.0)

0.0

(0.0)

0.0

(0.0)

0.0

(0.0)

1.1

(2.8)

2.2

(5.6)

8.0

(20)

43.0

(109)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.01 in) 6.4 6.1 5.9 3.5 2.6 1.7 7.0 10.1 5.7 5.1 4.0 6.0 64.1
Medja ta' jiem bil-borra (≥ 0.1 in) 4.0 3.3 2.9 1.2 0.1 0.0 0.0 0.0 0.0 0.7 1.3 3.5 17.0
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 217.0 226.0 279.0 330.0 372.0 390.0 341.0 341.0 300.0 279.0 240.0 217.0 3,532
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum 7 8 9 11 12 13 11 11 10 9 8 7 10
Medja ta' sigħat ta' dawl kuljum 10.0 10.9 12.0 13.1 14.1 14.6 14.3 13.5 12.4 11.3 10.3 9.8 12.2
Persentaġġ tal-possibbiltà ta' temp bnazzi 70 73 75 84 85 89 77 81 81 80 78 71 79
Indiċi ultravjola medju 3 4 6 8 10 11 11 10 8 5 3 2 7
Sors 1: NOAA (temp. massimi u minimi medji fl-1981–2010)[10]
Sors 2: Weather Atlas (data dwar ix-xemx)[11]

Xifer tat-Tramuntana

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta mill-Irdum ta' Toroweap fix-Xifer tat-Tramuntana.

Ma tantx hemm toroq fix-Xifer tat-Tramuntana, iżda hemm xi veduti notevoli aċċessibbli bil-vetturi, fosthom Point Imperial, Roosevelt Point u Cape Royal. Ir-rikbiet bil-ħmir huma disponibbli wkoll f'varjetà ta' postijiet, inkluż diversi eluf ta' piedi 'l isfel fil-kanjon.

Bosta viżitaturi tax-Xifer tat-Tramuntana jagħżlu li jużaw varjetà ta' mogħdijiet bil-mixi, fosthom il-Mogħdija ta' Widforss, il-Mogħdija taz-Ziju Jim, il-Mogħdija tat-Transett, u l-Mogħdija tat-Tramuntana ta' Kaibab. Din tal-aħħar tista' tiġi segwita sal-aħħar sax-xmara Colorado, u hija kkollegata man-naħa l-oħra tax-xmara mal-Mogħdija tan-Nofsinhar ta' Kaibab u mal-Mogħdija ta' Bright Angel, li jkomplu telgħin max-Xifer tan-Nofsinhar tal-Grand Canyon.

Il-Veduta tal-Irdum ta' Toroweap tinsab fin-naħa tal-Punent tal-park max-Xifer tat-Tramuntana. L-aċċess huwa permezz ta' toroq mhux pavimentati mir-Rotta 389 fil-Punent ta' Fredonia, Arizona. It-toroq iwasslu għall-Monument Nazzjonali tal-Grand Canyon–Parashant u għall-irdum.

Xifer tan-Nofsinhar

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta minn Desert View fix-Xifer tan-Nofsinhar.

Hemm diversi attivitajiet li l-viżitaturi tal-park jistgħu jagħmlu fix-Xifer tan-Nofsinhar. Mawra bil-karozza (ta' 35 mil (56 kilometru)) tul ix-Xifer tan-Nofsinhar hija maqsuma f'żewġ segmenti. Is-segment tal-Punent sa Hermit's Point fih tmien mili (13-il kilometru) b'diversi veduti, li jinkludu il-Punt ta' Mohave, il-Punt ta' Hopi, u l-Mafkar ta' Powell. Minn Marzu sa Diċembru, l-aċċess għal Hermit's Rest ikun ristrett għal servizz ta' vettura pubblika b'xejn ipprovduta mis-Servizz tal-Parks Nazzjonali. Is-segment tal-Lvant sa Desert View fih 25 mil (40 kilometru), u huwa miftuħ għall-vetturi privati s-sena kollha.

Fost il-mogħdijiet bil-mixi hemm il-Mogħdija tax-Xifer, lejn il-Punent mill-veduta ta' Pipe Creek għal madwar tmien mili (13-il kilometru) ta' toroq pavimentati, u seba' mili (11-il kilometru) ta' toroq mhux pavimentati sa Hermit's Rest. Wieħed jista' jibda jimxi tul din il-mogħdija prattikament minn fejn irid, u vettura pubblika tista' terġa' tieħu lill-viżitaturi lura mill-punt minn fejn ikunu bdew il-mixja tagħhom. Il-Punt ta' Mather, l-ewwel veduta li l-biċċa l-kbira tan-nies jaslu għaliha meta jidħlu mid-daħla tan-Nofsinhar, hija post popolari minn fejn wieħed jista' jibda jimxi.

Titjiriet privati fuq il-Grand Canyon jiġu pprovduti minn ħelikopters u ajruplani żgħar li jitilqu minn Las Vegas, Phoenix, u mill-Ajruport tal-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon. Minħabba ħabta fis-snin 90 tas-seklu 20, it-titjiriet xeniċi ma għadhomx jitħallew itiru iktar viċin minn 1,500 pied (460 metru) mix-xifer fi ħdan il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon. It-titjiriet fi ħdan il-Grand Canyon għadhom disponibbli 'l barra mill-konfini tal-park.

Entità tal-Konservazzjoni tal-Grand Canyon

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Assoċjazzjoni tal-Grand Canyon (GCA) huwa l-imsieħeb uffiċjali mingħajr skop ta' qligħ tas-Servizz tal-Parks Nazzjonali. Tiġbor fondi privati għall-benefiċċju tal-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon permezz ta' ħwienet u ċentri tal-viżitaturi fi ħdan il-park, u tipprovdi opportunitajiet edukattivi dwar l-istorja naturali u kulturali tar-reġjun. L-għanijiet tagħha jinkludu:

  • il-ħolqien ta' siti kulturali intertribali;
  • il-preservazzjoni tas-smewwiet imdallma;
  • l-iskoperta u l-esplorazzjoni tal-park;
  • il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-mogħdijiet bil-mixi.
Veduta mill-Punt ta' Hopi.

Binjiet Storiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Distrett Storiku tal-Villaġġ

[immodifika | immodifika s-sors]

Attrazzjonijiet:

  • id-Dar ta' Hopi (1905) tal-arkitett Mary Jane Colter;
  • iċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta' Verkamp;
  • il-Venda Ferrovjarja;
  • il-Lukanda El Tovar;
  • ir-Residenza ta' Bright Angel (1935) tal-arkitett Mary Jane Colter;
  • il-Kabina ta' Buckey O'Neill (1890) tal-arkitett William "Buckey" O'Neill;
  • il-Lookout Studio (1914) tal-arkitett Mary Jane Colter;
  • il-Kolb Studio (1904) tal-arkitetti Ellsworth Kolb u Emery Kolb.

Attrazzjonijiet:

  • il-Hermit's Rest (1914) tal-arkitett Mary Jane Colter;
  • il-Phantom Ranch (1922) tal-arkitett Mary Jane Colter;
  • id-Desert View Watchtower (1932) tal-arkitett Mary Jane Colter.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Ix-Xifer tan-Nofsinhar.

Il-Park Nazzjonali tal-Grand Canyon ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[2]

  1. ^ "Top 10 most visited national parks". Travel (bl-Ingliż). 2024-03-27. Miġbur 2024-06-13.
  2. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Grand Canyon National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-13.
  3. ^ Waxman, Olivia B. (2019-02-26). "'You Can't Push the Land Too Hard.' How Mapping the Grand Canyon Shaped a Vision of Climate Trouble to Come". TIME (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-13.
  4. ^ Anderson, Michael. "Polishing the Jewel: An Administrative History of Grand Canyon National Park" (PDF). Grand Canyon Association.
  5. ^ Canyon, Mailing Address: PO Box 129 Grand; Us, AZ 86023 Phone: 928-638-7888 Contact. "Grand Canyon National Park Presents Living History Performance of President Theodore Roosevelt - Grand Canyon National Park (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-13.
  6. ^ Yanagihara, Wendy; Denniston, Jennifer (2008). Grand Canyon National Park. Lonely Planet. p. 95. ISBN 978-1741044836.
  7. ^ Canyon, Mailing Address: PO Box 129 Grand; Us, AZ 86023 Phone: 928-638-7888 Contact. "Overflights - Documents - Grand Canyon National Park (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-13.
  8. ^ Canyon, Mailing Address: PO Box 129 Grand; Us, AZ 86023 Phone: 928-638-7888 Contact. "100th Anniversary Celebration Took Place in 2019 - Grand Canyon National Park (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-13.
  9. ^ Canyon, Mailing Address: PO Box 129 Grand; Us, AZ 86023 Phone: 928-638-7888 Contact. "Management - Grand Canyon National Park (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-13.
  10. ^ US Department of Commerce, NOAA. "Climate". www.weather.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-13.
  11. ^ U.S, Weather. "Yearly & Monthly weather - Grand Canyon National Park, AZ". Weather U.S. (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-13.