Aqbeż għall-kontentut

Angkor Wat

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-faċċata tat-tempju prinċipali ta' Angkor Wat

Angkor Wat (/ˌæŋkɔːr ˈwɒt/; bil-Khmer: អង្គរវត្ត "Belt it-Tempji"[1]) huwa kumpless ta' tempji fil-Kambodja u l-ikbar monument reliġjuż fid-dinja bħala erja ta' art (1,626 km2).[2] L-isem jirreferi kemm għall-kumpless ta' diversi tempji kif ukoll għat-tempju ewlieni. Dan tal-aħħar, oriġinarjament inbena bħala tempju Ħinduista ddedikat lil Vishnu fil-bidu tas-seklu 12[3], u lejn tmiem is-seklu ġie kkonvertit f'tempju Buddist u għadu hekk sa llum.[4]

It-tempju nbena mir-Re Khmer Suryavarman II[5] fil-bidu tas-seklu 12 f'Yaśodharapura (bil-Khmer: យសោធរបុរៈ), il-belt kapitali tal-Imperu Khmer, bħala t-tempju statali għall-Imperu.[6]

Bħala l-iktar tempju ppreservat tajjeb fil-kumpless ta' tempji, huwa l-uniku tempju li baqa' jintuża bħala ċentru reliġjuż sinifikanti mit-twaqqif tiegħu 'l hawn. It-tempju jirrappreżenta l-quċċata tal-istil klassiku għoli tal-arkitettura Khmer. Illum, huwa wkoll wieħed mill-iktar siti importanti ta' pellegrinaġġ għall-Buddisti fil-Kambodja u fid-dinja kollha.[7] Angkor Wat sar simbolu tal-Kambodja[8], jidher fuq il-bandiera nazzjonali, u huwa l-attrazzjoni turistika prinċipali tal-pajjiż. It-tempju kellu rwol importanti fil-konverżjoni tal-Kambodja għall-Buddiżmu.

Angkor Wat jgħaqqad flimkien żewġ pjanti bażiċi tal-arkitettura Khmer tat-tempji: it-tempju f'għamla ta' muntanja u t-tempju bil-galleriji. Id-disinn tiegħu huwa maħsub biex jirrappreżenta l-Muntanja Meru, kenn id-devi fil-kożmoloġija Ħindu u Buddista. Mad-dawra tat-tempju hemm ħondoq twil iktar minn ħames kilometri u ħajt estern ta' 3.6 kilometri.[9] It-tempju fih tliet galleriji rettangolari, waħda fuq l-oħra. Fiċ-ċentru tat-tempju hemm ħames torrijiet f'għamla ġeometrika bħal fuq dada, b'erba' torrijiet fl-irkejjen ta' kwadrat u l-ħames wieħed fin-nofs. Għad-differenza tal-biċċa l-kbira tal-kumpless ta' tempji ta' Angkor, it-tempju ewlieni ta' Angkor Wat huwa orjentat lejn il-Punent. L-istudjużi ma jaqblux bejniethom x'inhi t-tifsira ta' dan. It-tempju jiġi ammirat għall-kobor u għall-armonija tal-arkitettura tiegħu, għar-riljevi mnaqqxin estensivi tiegħu, u għall-istatwi tal-Buddha u tad-Devi.

L-isem modern Angkor Wat (bil-Khmer: អង្គរវត្ត; isem alternattiv: Nokor Wat, bil-Khmer: នគរវត្ត)[10] ifisser "Belt it-Tempji". Angkor (bil-Khmer: អង្គរ), li tfisser "belt" jew "belt kapitali", hija l-forma vernakolari tal-kelma nokor (bil-Khmer: នគរ), li ġejja mill-kelma nagara bis-Sanskritu/bil-Pali (Devanāgarī: नगर).[11] Wat (bil-Khmer: វត្ត), li tfisser "art it-tempji", oriġinat ukoll mill-kelma vāṭa bis-Sanskritu/bil-Pali (Devanāgarī: वाट), li tfisser "għeluq tal-art".[1]

L-isem oriġinali tat-tempju kien Vrah Viṣṇuloka jew Parama Viṣṇuloka bis-Sanskritu (bil-Khmer: បរមវិស្ណុលោក – Barom Visnulōk) li kien l-isem il-fundatur irjali tat-tempju wara mewtu.[12]

Angkor Wat tinsab 5.5 kilometri fit-Tramuntana tal-belt moderna ta' Siem Reap, u ftit bogħod fin-Nofsinhar u kemxejn fil-Lvat tal-belt kapitali preċedenti, li kienet iċċentrata f'Baphuon. Dan it-tempju huwa l-iktar wieħed fin-Nofsinhar tal-kumpless ta' tempji antiki.

Skont leġġenda, il-kostruzzjoni ta' Angkor Wat ġiet ordnata minn Indra biex iservi bħala palazz għal ibnu Precha Ket Mealea.[13] Skont il-vjaġġatur Ċiniż Zhou Daguan tas-seklu 13, uħud kienu jemmnu li t-tempju ġie mibni f'lejla waħda minn arkitett divin.[14]

Id-disinn u l-kostruzzjoni inizjali tat-tempju seħħew fl-ewwel nofs tas-seklu 12, waqt ir-renju ta' Suryavarman II (irrenja mill-1113 sa madwar l-1150). Angkor Wat ma ġiex iddedikat lil Shiva, bħalma kienet it-tradizzjoni tar-rejiet ta' qabel, iżda ġie ddedikat lil Vishnu. Ġie mibni bħala t-tempju statali tar-re u tal-belt kapitali. Peress li la l-istele tat-twaqqif u lanqas xi iskrizzjonijiet kontemporanji li jirreferu għat-tempju ma nstabu, l-isem oriġinali mhuwiex magħruf fiċ-ċert, iżda seta' kien imsejjaħ "Varah Vishnu-lok" biex jagħti ġieħ lill-alla tat-tempju. Ix-xogħlijiet jidher li ntemmu ftit wara li miet ir-re, u ftit mid-dekorazzjoni tal-ħitan bir-riljevi mnaqqxin baqgħu ma tlestewx. It-terminu Vrah Viṣṇuloka jew Parama Viṣṇuloka jfissru litteralment "ir-re li mar fid-dinja suprema ta' Vishnu", u jirreferu għal Suryavarman II wara mewtu biex jingħata ġieħ u jiġi mfakkar.[12]

Patri Buddist jagħmel ritwal f'Angkor Wat

Fl-1177, bejn wieħed u ieħor 27 sena wara l-mewt ta' Suryavarman II, ir-rikkezzi ta' Angkor insterqu mill-għedewwa tradizzjonali tal-Khmer, jiġifieri ċ-Cham mir-Renju ta' Champa.[15] Imbagħad l-imperu għadda f'idejn re ġdid, Jayavarman VII, li stabbilixxa belt kapitali ġdida u tempju statali ġdid ftit iktar fit-Tramuntana (Angkor Thom u Bayon rispettivament), li ġew iddedikati lill-Buddiżmu, minħabba li r-re kien jemmen li l-alla Ħindu ma kienx qeda ħtiġijietu. Għaldaqstant, b'mod gradwali, Angkor Wat ġie kkonvertit f'sit Buddist u ħafna skulturi tal-Ħinduiżmu ġew sostitwiti b'xogħlijiet tal-arti tal-Buddiżmu.[16]

Lejn l-aħħar tas-seklu 12, b'mod gradwali Angkor Wat ġie ttrasformat minn ċentru tal-qima Ħindu għal ċentru tal-qima tal-Buddiżmu u għadu hekk sa llum.[4] Angkor Wat huwa partikolari fost il-kumpless ta' tempji għaliex minkejja li ġie ttraskurat ferm wara s-seklu 16, qatt ma ġie abbandunat għalkollox.[17] Erbatax-il iskrizzjoni li saru fis-seklu 17 u li ġew skoperti fiż-żona ta' Angkor, jixhdu li xi pellegrini Buddisti Ġappuniżi kienu stabbilew insedjamenti żgħar flimkien mal-Khmer lokali.[18] Dak iż-żmien, il-viżitaturi Ġappuniżi kienu jemmnu li t-tempju kien il-ġnien famuż tal-Jetavana tal-Buddha, li oriġinarjament kien jinsab fir-renju ta' Magadha, l-Indja. L-iktar iskrizzjoni magħrufa ssemmi lil Ukondayu Kazufusa, li ċċelebra s-Sena l-Ġdida tal-Khmer f'Angkor Wat fl-1632.

Wieħed mill-ewwel viżitaturi tal-Punent kien António da Madalena, patri Portugiż li żar it-tempju fl-1586 u li stqarr li "tant huwa kostruzzjoni straordinarja li mhux possibbli li tiddeskrivieh bil-kitba, speċjalment għaliex ma hemm l-ebda binja simili oħra fid-dinja. Fih torrijiet u dekorazzjoni, kif ukoll l-irfinar kollu li jista' jiġi f'moħħ il-bniedem".[19]

Fl-1860, it-tempju ġie effettivament skopert mill-ġdid min-naturalista u mill-esploratur Franċiż Henri Mouhot, li wassal biex il-Punent isir jaf b'dan is-sit permezz tal-pubblikazzjoni tan-noti tal-ivvjaġġar tiegħu, fejn kiteb: "Wieħed minn dawn it-tempji, li jħaqqaqha ma' dak ta' Salamun, u li nbena minn xi Mikelanġlu tal-qedem, jista' jitqiegħed bl-unuri mal-isbaħ binjiet tagħna. Huwa isbaħ minn kwalunkwe fdal li ħallewlna l-Griegi u r-Rumani Antiki, u joħloq kuntrast ta' dieqa minħabba l-qagħda ta' barbariżmu li jinsab fiha n-nazzjon".[20]

Tpinġija tal-faċċata ta' Angkor Wat ta' Henri Mouhot (1860)

Il-legat artistiku mill-isbaħ ta' Angkor Wat u ta' monumenti oħra tal-Khmer fiż-żona ta' Angkor wassal biex Franza tadotta lill-Kambodja bħala protettorat fil-11 ta' Awwissu 1863 u biex tinvadi lis-Siam biex tieħu f'idejha l-kontroll tal-fdalijiet. Dan malajr wassal biex il-Kambodja tieħu f'idejha l-artijiet fil-Majjistral tal-pajjiż li kienu taħt il-kontroll ta' Siam (issa t-Tajlandja) mill-1351 (Manich Jumsai 2001), jew skont uħud fl-1431.[21]

Ma kien hemm l-ebda binja jew dar ordinarja jew xi sinjal ieħor ta' insedjament, inkluż utensili tat-tisjir, armi, jew ħwejjeġ li s-soltu jinstabu f'siti antiki. Minflok, hemm evidenza biss tal-monumenti nfushom.[22] Kummissjoni ta' esplorazzjoni Franċiża bdiet billi tfassal lista tal-monumenti prinċipali. Missjonijiet sussegwenti kkopjaw l-iskrizzjonijiet miktuba fuq il-binjiet ta' Angkor biex l-istudjużi jkunu jistgħu jittraduċuhom u jitkixxfu iktar dwar l-istorja ta' Angkor.

Sal-1885 kienu fasslu kronoloġija tal-mexxejja u żviluppaw deskrizzjoni fuq fuq taċ-ċivilizzazzjoni li kienet ipproduċiet il-kumpless ta' tempji. Fl-1898, il-Franċiżi ddeċidew jallokaw fondi sostanzjali għall-preservazzjoni ta' Angkor. Sekli sħaħ ta' telqa ħallew il-ġungla terġa' taħkem ħafna mill-istrutturi l-iktar sinifikanti, u mingħajr ċerti sforzi biex il-binjiet jinħelsu mill-għeruq tas-siġar tal-banyan u taċ-ceiba, x'aktarx li kienu jinqerdu għalkollox (għalkemm mhux is-siġar kollha li kibru minn ġol-fdalijiet tneħħew).

Tpinġija ta' Angkor Wat ta' Louis Delaporte (1880)

L-estetika ta' Angkor Wat kienet intweriet ukoll fil-mużew tal-forom tal-ġibs ta' Louis Delaporte msejjaħ musée Indo-chinois li kien jeżisti fil-Palazz ta' Trocadero f'Pariġi għall-ħabta tal-1880 sa nofs is-snin 20 tas-seklu 20.[23]

Fis-seklu 20 sar restawr konsiderevoli tal-kumpless ta' tempji ta' Angkor Wat.[24] B'mod gradwali, ħaddiema u arkeologi ħadmu qatigħ flimkien biex inaddfu l-fdalijiet mill-veġetazzjoni tal-ġungla u kixfu partijiet kbar tal-ġebel tal-binjiet. B'hekk, ix-xemx setgħet terġa' tiżreġ direttament fuq il-binjiet tat-tempju. Angkor Wat ġibed l-attenzjoni u qanqal l-immaġinazzjoni ta' iktar nies fl-Ewropa meta l-padiljun tal-protettorat Franċiż tal-Kambodja, bħala parti mill-Indoċina Franċiża, ħoloq replika bl-istess daqs ta' Angkor Wat waqt il-Wirja Kolonjali ta' Pariġi fl-1931.[25]

Replika kbira ta' Angkor Wat fil-Wirja Kolonjali ta' Pariġi (1931) kienet tirrappreżenta l-ġmiel kbir tal-protettorat Franċiż tal-Kambodja.

Il-Kambodja kisbet l-indipendenza minn Franza fid-9 ta' Novembru 1953 u ħadet il-kontroll ta' Angkor Wat minn dak iż-żmien 'il quddiem. Jista' jingħad ukoll li mill-perjodu kolonjali sa meta s-sit ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992, dan it-tempju speċifiku ta' Angkor Wat kien strumentali biex jissawwar il-kunċett modern u gradwalment globalizzat tal-wirt kulturali mibni.[26]

Ix-xogħlijiet tar-restawr ġew interrotti mill-Gwerra Ċivili tal-Kambodja u l-Khmer Rouge ħadu l-kontroll tal-pajjiż waqt is-snin 70 u 80 tas-seklu 20, għalkemm f'dan il-perjodu t-tempju ma tantx ġarrab ħsarat. Il-forzi tal-Khmer Rouge stabbilew kampijiet ħdejn it-tempju u użaw l-injam kollu li sabu mill-binjiet tat-tempju bħala ħatab. Barra minn hekk, xi tiri tal-ġlied bl-armi tan-nar bejn il-Khmer Rouge u l-Vjetnam laqtu r-riljievi mnaqqxin tat-tempju. Wara l-gwerer, saret ħafna iktar ħsara mill-ħallelin tal-opri tal-arti li kienu qed joperaw mit-Tajlandja, għaliex fl-aħħar tas-snin 80 u fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu 20, il-biċċa l-kbira tal-irjus tal-istatwi tat-tempji ġew maqlugħin mill-istrutturi, inkluż ir-rikostruzzjonijiet.[27]

Toqob ikkawżati mit-tiri fil-ġlied bl-armi tan-nar bejn il-Khmer Rouge u l-Vjetnam f'Angkor Wat.

It-tempju huwa simbolu importanti tal-Kambodja, u huwa sors ta' kburija nazzjonali kbira li tqies fir-relazzjonijiet diplomatiċi ma' Franza, l-Istati Uniti u t-Tajlandja. It-tempju ta' Angkor Wat ilu jidher bħala parti ċentrali tal-bnadar nazzjonali tal-Kambodja mill-introduzzjoni tal-ewwel verżjoni lejn l-1863.[28] Madankollu, minn perspettiva storika u anke transkulturali ikbar, it-tempju ta' Angkor Wat ma sarx simbolu tal-kburija nazzjonali sui generis iżda ddaħħal fi proċess politiku u kulturali ikbar tal-produzzjoni tal-wirt kolonjali Franċiż fejn repliki tat-tempju oriġinali ntwerew f'wirjiet kolonjali Franċiżi u universali f'Pariġi u f'Marsilja bejn l-1889 u l-1937.[29]

F'Diċembru 2015, ġie mħabbar li tim tar-riċerka mill-Università ta' Sydney kien sab grupp ieħor ta' torrijiet li kienu nbnew, iġġarrfu u ntradmu waqt il-kostruzzjoni ta' Angkor Wat, kif ukoll struttura kbira li l-iskop tagħha mhuwiex magħruf fin-naħa tan-Nofsinhar tal-grupp u fortifikazzjonijiet tal-injam. Is-sejbiet jinkludu wkoll evidenza li kien hemm insedjament residenzjali b'densità baxxa fiż-żona, b'network ta' toroq, għadajjar u għoljiet artifiċjali. Dawn jindikaw li l-artijiet ta' Angkor Wat, imdawra b'ħondoq u b'ħajt, jaf ma kinux jintużaw biss mill-elit reliġjuż, kif kien maħsub qabel. It-tim uża t-teknoloġija tal-LiDAR, ir-radar li jippenetra l-art u skavi mmirati biex jimmappja s-sit ta' Angkor Wat.[30]

Pjanta tat-tempju ta' Angkor Wat

Angkor Wat, li jinsab eżattament 13°24′45″N 103°52′0″E, huwa kombinazzjoni unika ta' tempju f'għamla ta' muntanja (id-disinn standard għat-tempji statali tal-imperu) u tal-pjanta suċċessiva b'galleriji konċentriċi. Il-kostruzzjoni ta' Angkor Wat tissuġġerixxi wkoll li xi karatteristiċi tat-tempju kellhom rabta apposta mal-pożizzjoni tax-xemx. Dan joħroġ fid-dieher fil-mod kif inhu orjentat it-tempju fil-Lvant u fil-Punent, u l-veduti fix-xefaq mit-terrazzi tat-tempju fejn torrijiet speċifiċi jidhru li nbnew eżatt fejn titla' x-xemx f'solstizju.[31] It-tempju huwa rappreżentazzjoni tal-Muntanja Meru, fejn jgħixu l-allat: il-ħames torrijiet ewlenin jissimboleġġaw il-ħames qċaċet tal-muntanja, u l-ħitan u l-ħondoq jissimboleġġaw il-ktajjen muntanjużi tal-madwar u l-oċean.[32] L-aċċess għall-partijiet ta' fuq tat-tempju kienu dejjem iktar esklużivi, u l-lajċi kienu jitħallew biss sal-livell ta' taħt nett.[33]

Veduta ta' Angkor Wat mill-ajru
Pjanta dettaljata tal-istruttura ċentrali

Għad-differenza tal-biċċa l-kbira tat-tempji tal-Khmer, Angkor Wat huwa orjentat lejn il-Punent iktar milli lejn il-Lvant. Dan wassal biex bosta (inkluż Maurice Glaize u George Coedès) jikkonkludu li Suryavarman kellu f'moħħu li t-tempju jintuża bħala tempju funebri.[34]Il-mibgħut diplomatiku Zhou Da Guan li ntbagħat mill-Imperatur Temür Khan lejn Angkor fl-1295 kien irrapporta li l-kap ta' stat kien midfun f'torri wara mewtu, u rrefera għal Angkor Wat bħala mawżolew. Evidenza ulterjuri għal dan il-ħsieb tinsab fir-riljievi li ġew imnaqqxa fid-direzzjoni kontra l-arloġġ—prasavya fit-terminoloġija Ħindu—peress li dan huwa l-kontra tal-ordni normali. Ir-ritwali jsiru f'ordni bil-maqlub waqt is-servizzi funebri Braħminiċi. L-arkeologu Charles Higham jiddeskrivi wkoll kontenitur li jaf kien intuża għal skopijiet funebri u li kien instab fit-torri ċentrali.[35] Uħud iddeskrivew dan kollu bħala l-ikbar sforz u użu ta' enerġija biex jindifen katavru.[36] Madankollu, Freeman u Jacques innotaw li diversi tempji oħra ta' Angkor ma jsegwux l-orjentazzjoni tipika lejn il-Lvant, u jissuġġerixxu li l-allinjament ta' Angkor Wat kien dovut għall-fatt li kien iddedikat lil Vishnu, li kien assoċjat mal-Punent.[32]

Abbażi tal-allinjament u tad-dimensjonijiet tat-tempju, u abbażi tal-kontenut u tal-arranġament tar-riljievi, ir-riċerkatriċi Eleanor Mannikka targumenta li l-istruttura tirrappreżenta era ġdida ta' paċi taħt ir-Re Suryavarman II: "peress li l-kejliet taċ-ċikli tax-xemx u tal-qamar ġew meqjusa fil-kostruzzjoni tal-ispazju sagru ta' Angkor Wat, dan il-mandat divin ta' tmexxija kien ankrat mal-kmamar u mal-kurituri kkonsagrati li kienu maħsuba biex jipperpetwaw is-setgħa tar-re u biex jonoraw u jipplakaw l-allat immanifestati fis-smewwiet ta' fuq it-tempju".[37][38] Is-suġġerimenti ta' Mannikka ntlaqgħu b'taħlita ta' interess u xettiċiżmu fost l-akkademiċi.[35] Hi żżomm 'il bogħod mill-ispekulazzjonijiet ta' oħrajn bħal Graham Hancock, li Angkor Wat jifforma parti minn rappreżentazzjoni tal-kostellazzjoni Draco.[39]

It-torri ewlieni ta' Angkor Wat jallinja maż-żerniq tal-ekwinozju tar-rebbiegħa.[40][41]

Veduta ta' Angkor Wat mill-ġenb

Angkor Wat huwa eżempju mill-aqwa tal-istil klassiku tal-arkitettura tal-Khmer, l-istil ta' Angkor Wat, u tah ismu. Sas-seklu 12, l-arkitetti Khmer kisbu l-ħiliet u l-kunfidenza biex jużaw il-blat ramli (iktar milli l-brikks jew il-laterit) bħala l-materjal għat-tempju prinċipali. Il-biċċa l-kbira tal-postijiet viżibbli huma magħmulin minn blokok tal-blat ramli, filwaqt li l-laterit kien jintuża għall-ħajt estern u għal partijiet strutturali moħbija. L-aġent li ntuża bħala tkaħħil biex il-blokok jiġu mġannta ma' xulxin għad irid jiġi identifikat, għalkemm ġie ssuġġerit li ntużaw reżini naturali jew l-idrossidu tal-kalċju.[42]

It-tempju ġie mfaħħar l-iktar għall-armonija tad-disinn tiegħu. Skont Maurice Glaize, konservatur ta' Angkor ta' nofs is-seklu 20, it-tempju "jikseb perfezzjoni klassika permezz tal-monumentalità mrażżna tal-elementi bbilanċjati bir-reqqa u permezz tal-arranġament preċiż tal-proporzjonijiet tiegħu. Huwa xogħol ta' setgħa, għaqda u stil".[43]

B'mod arkitettoniku, l-elementi karatteristiċi tal-istil jinkludu: it-torrijiet bil-ponta tagħhom ġejja għat-tond bħal raħsiet tal-lotus; nofs gallerija biex iwessgħu l-passaġġi; galleriji assjali li jikkollegaw l-ispazji magħluqa; u t-terrazzi forma ta' salib li jinsabu fl-assi prinċipali tat-tempju. L-elementi dekorattivi tipiċi huma d-devati (jew l-apsari), ir-riljievi mnaqqxa, u girlandi estensivi u xeni narrattivi fuq il-frontuni. L-istatwi ta' Angkor Wat jitqies li huwa konservattiv, u huma iktar statiċi u inqas grazzjużi minn xogħol preċedenti. Elementi oħra tad-disinn inqerdu mit-trapass taż-żmien u minħabba s-serq tal-fdalijiet. Dawn kienu jinkludu stukko mdieheb fuq it-torrijiet, indurar fuq xi figuri tar-riljievi, u suffitti u bibien tal-injam.[44]

Karatteristiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Binja esterna

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta tad-diversi daħliet u l-ħajt tal-Punent tal-binja esterna ta' Angkor min-naħa l-oħra tal-ħondoq
Statwa ta' Ta Reach f'Angkor Wat, oriġinarjament ta' Vishnu bi tmien dirgħajn, iżda b'ras ta' Buddha.[45]

Il-ħajt estern, 1,024 metru bi 802 metri, b'għoli ta' 4.5 metri, huwa mdawwar b'biċċa art fil-beraħ u b'ħondoq wiesa' 190 metru u b'perimetru ta' iktar minn ħames kilometri.[9] Il-ħondoq jestendi għal 1.5 kilometru mil-Lvant għall-Punent u għal 1.3 kilometri mit-Tramuntana għan-Nofsinhar.[46] Biċċa art olzata fil-Lvant, magħmula bil-ħamrija kkumpattata u bil-ġebel, tagħti aċċess għat-tempju. Il-mogħdija għolja tal-blat ramli fil-Punent, li issa hija d-daħla prinċipali, ġiet miżjuda wara, possibbilment minflok pont tal-injam.[47] F'kull wieħed mill-punti kardinali hemm gopura, jiġifieri bieb/daħla prinċipali; dak fil-Punent huwa l-ikbar wieħed u fih tliet torrijiet imġarrfin. Glaize jinnota li dan il-bieb, fl-istess ħin, jaħbi u jirrifletti l-għamla tat-tempju nnifsu.[48] Taħt it-torri tan-Nofsinhar hemm statwa magħrufa bħala Ta Reach, li oriġinarjament kienet statwa ta' Vishnu bi tmien dirgħajn, iżda meta t-tempju ġie kkonvertit f'tempju Buddist fis-seklu 13, l-istatwa ġiet ikkonvertita fi statwa ta' Buddha billi minflok ras Vishnu tpoġġiet dik ta' Buddha; oriġinarjament jaf kienet tokkupa s-santwarju ċentrali tat-tempju.[47] Bejn it-torrijiet hemm galleriji u hemm żewġ daħliet oħra fuq kull naħa tal-gopura li spiss jiġu msejħa "bibien tal-iljunfanti", għaliex tant huma kbar li l-iljunfanti jistgħu jgħaddu minnhom (kif fil-fatt għadu jiġri sa llum għal skopijiet turistiċi). Dawn il-galleriji għandhom pilastri kwadri fuq in-naħa ta' barra (fil-Punent) u ħajt magħluq fuq in-naħa ta' ġewwa (fil-Lvant). Is-saqaf bejn il-pilastri huwa ddekorat b'tinqix ta' fjuri tal-lotus; il-faċċata tal-Punent tal-ħajt hija ddekorat b'tinqix ta' żeffiena nisa; u l-faċċata tal-Lvant tal-ħajt hija ddekorata bi twieqi bil-balavostri, b'żeffiena rġiel merfugħa mill-annimali, u b'devati, inkluż l-uniku devata bis-snien jidhru fit-tempju (fin-Nofsinhar tad-daħla).

Librerija tat-Tramuntana

Il-ħajt estern jagħlaq spazju ta' 820,000 metru kwadru, li apparti t-tempju nnifsu kien u oriġinarjament iħaddan fih il-belt u, fit-Tramuntana tat-tempju, il-palazz irjali. Bħal kull binja lajka ta' Angkor, dawn kienu nbnew b'materjali mhux durabbli, u mhux bil-ġebel. Għaldaqstant, ma fadal xejn minnhom għajr il-fdalijiet ta' wħud mit-toroq.[49] Il-biċċa l-kbira tal-ispazju issa tgħattiet mill-foresta. Mogħdija għolja ta' 350 metru tikkollega l-gopura tal-Punent mat-tempju, b'balavostri tan-naga u sitt settijiet ta' taraġ fuq kull naħa li jagħtu għall-belt. Fuq kull naħa hemm ukoll librerija b'daħliet f'kull punt kardinali, quddiem it-tielet sett ta' taraġ mid-daħla, u għadira bejn il-librerija u t-tempju nnifsu. L-għadajjar ġew miżjuda iktar tard fid-disinn, flimkien mat-terrazza b'forma ta' salib, li hija mħarsa minn iljuni, li tikkollega l-mogħdija għolja mal-istruttura ċentrali.[49]

Struttura ċentrali
[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta mill-ajru tal-istruttura ċentrali u t-terrazza quddiemha b'forma ta' salib.
It-torri ċentrali ta' Angkor Wat jirrappreżenta l-muntanja sagra Meru

It-tempju jinsab fuq terrazza olzata iktar 'il fuq mill-belt. Fih tliet galleriji rettangolari li jitilgħu lejn torri ċentrali, u kull livell ogħla minn ta' qablu. Mannikka tinterpreta dawn il-galleriji bħala dedika għar-re, Braħma, il-qamar, u Vishnu. Kull gallerija għandha gopura f'kull punt kardinali, u ż-żewġ galleriji ta' ġewwa għandhom torrijiet fl-irkejjen tagħhom, li jiffurmaw għamla ġeometrika bħal fuq dada, b'erba' torrijiet fl-irkejjen ta' kwadrat u l-ħames wieħed fin-nofs. Peress li t-tempju jħares lejn il-Punent, il-karatteristiċi tiegħu huma kollha fuq in-naħa ta' wara lejn il-Lvant, biex jitħalla iktar spazju x'jimtela f'kull binja esterna u f'kull gallerija fil-Punent; għall-istess raġuni, it-taraġ li jħares lejn il-Punent huma iktar baxxi minn dawk tan-naħat l-oħra.

Il-gallerija esterna hija 187 metru b'215-il metru, b'padiljuni iktar milli torrijiet fl-irkejjen. Il-gallerija tagħti għall-beraħ barra mit-tempju, b'nofs galleriji bil-kolonni li jestendu u li jirfdu l-istruttura. Il-gallerija ta' barra tikkollega mat-tieni binja fuq in-naħa tal-Punent permezz ta' kjostru b'forma ta' salib, imsejjaħ Preah Poan (li jfisser "il-Gallerija tal-Elf Buddha"). Matul is-sekli, il-pellegrini ħallew ħafna immaġnijiet tal-Buddha fil-kjostru, għalkemm il-biċċa l-kbira tagħha tneħħew mill-post. Din iż-żona fiha ħafna iskrizzjonijiet marbuta mal-azzjonijiet tajbin li wettqu l-pellegrini, il-biċċa l-kbira miktuba bil-Khmer iżda hemm ukoll oħrajn bil-lingwa ta' Burma u bil-Ġappuniż. L-erba' parapetti żgħar iffurmati mill-kjostru jaf oriġinarjament kienu mimlijin bl-ilma.[50] Fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-kjostru hemm żewġ libreriji.

Veduta tal-gallerija esterna ta' Angkor Wat

Iktar lil hinn, it-tieni galleriji fuq ġewwa huma kkollegati ma' xulxin u ma' żewġ libreriji maġenbhom b'terrazza oħra b'forma ta' salib, u mill-ġdid din żdiedet wara. Mit-tieni livell 'il fuq, id-devati jiddekoraw ħafna mill-ħitan, waħedhom jew fi gruppi sa massimu ta' erba' f'daqqa. Il-binja fit-tieni livell hija 100 metru b'115-il metru, u oriġinarjament jaf kienet mimlija bl-ilma biex tirrappreżenta l-oċean madwar il-Muntanja Meru.[51] Tliet settijiet ta' taraġ fuq kull naħa jwasslu sat-torrijiet tal-irkejjen u sal-gopuri tal-gallerija ta' ġewwa. It-taraġ wieqaf ħafna jirrappreżenta d-diffikultà li wieħed jasal fir-renju tal-allat.[52] Din il-gallerija ta' ġewwa, imsejħa l-Bakan, hija kwadru ta' 60 metru b'galleriji assjali li jikkollegaw kull gopura mas-santwarju ċentrali, u santwarji sussidjarji li jinsabu taħt it-torrijiet fl-irkejjen. Is-soqfa tal-galleriji huma ddekorati bid-disinn dekorattiv ta' ġisem ta' serp bl-irjus ta' ljuni jew garudi. Ħġur u frontuni mnaqqxin jiddekoraw id-daħliet għall-galleriji u għas-santwarji. It-torri fuq is-santwarju ċentrali jitla' 43 metru għal għoli ta' 65 metru 'l fuq mill-art; għad-differenza ta' dawk ta' tempji preċedenti f'għamla ta' muntanja, it-torri ċentrali huwa olzat 'il fuq mill-erba' torrijiet l-oħra.[53] Is-santwarju nnifsu, oriġinarjament okkupat minn statwa ta' Vishnu u miftuħ fuq kull naħa, ġie magħluq bil-ħitan meta t-tempju ġie kkonvertit għall-Buddiżmu Teravada, u l-ħitan il-ġodda ġew iddekorati b'immaġnijiet ta' Buddha bilwieqfa. Fl-1934, il-konservatur George Trouvé wettaq skavi fil-fossa taħt is-santwarju ċentrali: din kienet mimlija bir-ramel u bl-ilma u t-teżori li kien fiha kienu diġà għosfru, madakollu rnexxielu jsib pedament indurat bid-deheb li x'aktarx meqjus bħala sagru, xi żewġ metri 'l fuq mil-livell tal-art.[54]

Id-devati u l-apsari huma dekorazzjonijiet karatteristiċi tal-istil ta' Angkor Wat.
Ir-riljiev imnaqqax taż-Żinglatura tal-Baħar tal-Ħalib juri lil Vishnu fin-nofs, il-fekruna tal-ilma tiegħu Avatar Kurma taħt, asuri u devi fuq ix-xellug u fuq il-lemin, u apsari u Indra fuqhom.

Angkor Wat x'aktarx li huwa magħruf l-iktar għad-dekorazzjoni estensiva tiegħu, li hija integrata mal-arkitettura tal-bini. L-iktar forma predominanti ta' dekorazzjoni hija r-riljievi mnaqqxin. Il-ħitan ta' ġewwa tal-gallerija esterna fihom sensiela ta' xeni fuq skala kbira li juru l-iktar episodji mill-ġrajjiet epiċi tal-Ħinduiżmu, ir-Ramayana u l-Mahabharata. Higham jgħid li huma "l-ikbar arranġament lineari magħruf ta' tinqix fil-ġebel".[55] Mir-rokna tal-Majjistral fid-direzzjoni kontra l-arloġġ, il-gallerija tal-Punent turi l-Battalja ta' Lanka (mir-Ramayana, fejn Rama jirbaħ kontra Ravana) u l-Battalja ta' Kurukshetra (mill-Mahabharata, li turi l-qerda reċiproka tal-klannijiet tal-Kaurava u tal-Pandava). Fil-gallerija tan-Nofsinhar hemm l-unika xena storika, purċissjoni fejn jidher Suryavarman II, imbagħad 32 infern u 37 ġenna tal-Ħinduiżmu.[56]

Fil-gallerija tal-Lvant hemm waħda mill-iktar xeni magħrufa, iż-Żinglatura tal-Baħar tal-Ħalib, li turi 92 asura u 88 deva jużaw is-serp Vasuki biex iħawwdu l-baħar taħt id-direzzjoni ta' Vishnu (Mannikka tgħodd 91 asura biss, u tispjega li n-numri asimetriċi jirrappreżentaw l-għadd ta' jiem mis-solstizju tax-xitwa sal-ekwinozju tar-rebbiegħa, u mill-ekwinozju sas-solstizju tas-sajf).[57] Imbagħad jidher Vishnu jirbaħ kontra l-asuri (xena li ġiet miżjuda fis-seklu 16). Il-gallerija tat-Tramuntana turi r-rebħa ta' Krishna fuq Bana (fejn skont Glaize, "is-sengħa tat-tinqix hija l-agħar waħda li nsibu fit-tempju").[58]

Angkor Wat huwa ddekorat b'immaġnijiet ta' apsari u ta' devati; hemm iktar minn 1,796 immaġni ta' devati fl-inventarju tar-riċerka attwali.[59] L-arkitetti ta' Angkor Wat użaw immaġnijiet żgħar ta' apsari (bejn 30 cm u 40 cm) bħala disinni dekorattivi fuq il-pilastri u l-ħitan. Dawn kienu jinkorporaw immaġnijiet ikbar ta' devati (b'ġisimhom kollu (bejn 95 cm u 110 cm) iktar prominenti f'kull livell tat-tempju mill-padiljun tad-dħul sal-qċaċet tat-torrijiet għoljin. Fl-1927, Sappho Marchal ippubblikat studju li jikkataloga d-diversità notevoli tal-fattizzi tal-apsari u tad-devati: xagħarhom, ix-xedd ornamentali ta' rashom, l-ilbies, il-pożi, il-ġojjellerija u l-fjuri dekorattivi. Marchal ikkonkludiet li dawn il-fattizzi kollha kienu bbażati fuq affarijiet li kienu jeżistu tassew fil-perjodu ta' Angkor.[60]

Tekniki tal-kostruzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Kuritur bil-kolonni lixxi

Il-ġebel, lixx daqs l-irħam illostrat, tqiegħed fuq xulxin mingħajr tkaħħil b'ġonturi li xi kultant diffiċli ħafna li ssib fejn qegħdin. Il-blokok kienu jinżammu ma' xulxin permezz ta' ġonturi apposta fejn kultant ġebla waħda tidħol ġol-oħra, u drabi oħra permezz ta' ġonturi bil-minċotti jew bl-użu tal-gravità. Il-blokok x'aktarx li tpoġġew f'posthom permezz ta' kombinament ta' iljunfanti, ħbula tal-kajjar, taljoli, u armar u fallakki tal-kostruzzjoni tal-bambù. Henri Mouhot innota li l-biċċa l-kbira tal-blokok kellhom toqob b'dijametru ta' 2.5 cm u fondi 3 cm, u li l-blokok il-kbar kellhom iktar toqob. Xi studjużi ssuġġerew li dawn it-toqob kienu jintużaw biex il-blokok jiġu kkollegati ma' xulxin b'vireg tal-ħadid, iżda oħra jsostnu li t-toqob kienu jintużaw biex fihom jitqiegħdu kavilji temporanji biex il-blokok ikunu jistgħu jitqiegħdu f'posthom.

Dekorazzjoni bit-tinqix f'waħda mill-irkejjen

Il-monument inbena b'madwar ħames sa għaxar miljun blokka tal-blat ramli, b'piż massimu ta' tunnellata u nofs kull blokka.[61] Fil-fatt, biex inbniet il-belt kollha ta' Angkor, kien hemm bżonn iktar ammonti ta' ġebel milli kien hemm bżonn għall-piramidi Eġizzjani kollha f'daqqa, u kienu jokkupaw erja ferm ikbar minn Pariġi ta' llum il-ġurnata. Barra minn hekk, għad-differenza tal-piramidi Eġizzjani li kienu jużaw il-ġebla tal-ġir minn barrieri xi nofs kilometru 'l bogħod mis-sit tal-kostruzzjoni, il-belt kollha ta' Angkor inbniet bil-blat ramli minn barrieri xi 40 km 'il bogħod.[62] Dan il-blat ramli kellu jiġi ttrasportat mill-Muntanja Kulen, barriera li tinsab xi 40 km fil-Grigal. Ġie ssuġġerit li r-rotta biex jitwassal il-ġebel kienet fil-fatt 35 km tul kanal mil-lag ta' Tonlé Sap, 35 km oħra min-naħa għall-oħra tal-lag, u fl-aħħar 15-il kilometru kontra l-kurrent tul ix-xmara ta' Siem Reap, biex b'hekk il-vjaġġ totali biex jinġiebu l-blokok kien jammonta għal 90 km. Madankollu, permezz tal-immaġnijiet satellitari, Etsuo Uchida u Ichita Shimoda tal-Università ta' Waseda f'Tokjo, il-Ġappun, fl-2011 skoprew kanal iqsar ta' 35 km li jikkollega l-Muntanja Kulen u Angkor Wat u t-tnejn li huma jemmnu li l-Khmer użaw din ir-rotta.[63]

Prattikament, is-superfiċi, il-kolonni, il-ħġur u saħansitra s-soqfa kollha minn barra huma mnaqqxin. Hemm kilometri sħaħ ta' riljievi li juru xeni mil-letteratura Indjana, pereżempju b'unikorni, grifuni, draguni bil-ġwienaħ jiġbdu karrijiet kif ukoll ġellieda jsegwu lill-mexxej tagħhom fuq dahar iljunfant u żeffiena nisa tas-smewwiet bi stili elaborati tax-xagħar. Il-ħitan tal-galleriji waħedhom huma ddekorati bi kważi 1,000 metru kwadru ta' riljievi. Xi toqob fuq uħud mill-ħitan ta' Angkor Wat jindikaw li jaf kienu ddekorati b'folji tal-bronż. Dawn kienu jintużaw ħafna fil-qedem u kienu wkoll l-ewwel ħaġa li kienu jitfgħu għajnejhom fuqhom il-ħallelin. Waqt l-iskavi ta' Khajuraho, Alex Evans, naġġar u skultur, ħoloq skultura tal-ġebel ta' 1.2 metru, u dam xi 60 jum biex inaqqaxha kollha.[64] Roger Hopkins u Mark Lehner wettqu esperimenti wkoll biex jaqtgħu l-ġebla tal-ġir u 12 il-ħaddiema tal-barrieri damu 22 jum biex jaqtgħu xi 400 tunnellata ta' ġebel.[65] Għaldaqstant il-forza tax-xogħol meħtieġa għall-barrieri, għat-trasport, għat-tinqix u għall-installazzjoni ta' tant blokok tal-blat ramli, x'aktarx li kienet tammonta għal eluf ta' artiġjani b'sengħa kbira. Il-ħiliet meħtieġa għat-tinqix ta' dawn l-iskulturi ġew żviluppati mijiet ta' snin qabel, kif jidher ċar minn xi artefatti li jmorru lura għas-seklu 7, qabel ma l-Khmer kisbu l-poter.[22][66]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kumpless ta' tempji ta' Angkor huwa wieħed mill-iktar siti arkeoloġiċi importanti fix-Xlokk tal-Asja. Fl-1992, il-kumpless ta' tempji ta' Angkor, li jinkludi diversi tempji bħal Angkor Wat, Angkor Thom, Banteay Srei u Bayon, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Il-kumpless ta' tempji ta' Angkor ġie meqjus li għandu valur straordinarju universali abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem", ladarba l-kumpless jirrappreżenta l-firxa sħiħa tal-arti Khmer mis-seklu 9 sas-seklu 14 b'diversi kapulavuri; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ", ladarba l-influwenza tal-arti Khmer kif żviluppata f'Angkor kienet waħda qawwija fix-Xlokk tal-Asja u kellha rwol fundamentali fl-evoluzzjoni tagħha; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet", ladarba l-Imperu Khmer tas-sekli 9 sa 14 kellu rwol fl-iffurmar tal-iżvilupp politiku u kulturali fix-Xlokk tal-Asja u l-biċċa l-kbira tal-fdalijiet ta' dak l-imperu jinsabu fil-kumpless ta' tempji ta' Angkor; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem", ladarba l-arkitettura tal-Khmer evolviet ferm minn dik tas-sottokontinent Indjan u żviluppat il-karatteristiċi distinti tagħha b'mod indipendenti jew inkella minn tradizzjonijiet kulturali oħra ta' pajjiżi ġirien. Dan kollu sarraf f'orizzont artistiku ġdid fl-arti u fl-arkitettura orjentali.[67]

Angkor Wat illum

[immodifika | immodifika s-sors]

Restawr u konservazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Filmat tal-Fond Dinji għall-Monumenti dwar il-konservazzjoni ta' Angkor Wat

Bħal fil-każ tal-biċċa l-kbira ta' tempji antiki oħra fil-Kambodja, Angkor Wat ġarrab ħsarat u deterjorament estensivi minħabba l-veġetazzjoni tal-ġungla, il-fungi, iċ-ċaqliq tal-art, il-gwerer u s-serq. Madankollu, il-ħsarat mill-gwerer kienu limitati ħafna, meta mqabbla mal-bqija tal-fdalijiet tat-tempji fil-Kambodja. It-tempju rċieva wkoll l-iktar restawr bir-reqqa.[27]

Ir-restawr ta' Angkor Wat fl-era moderna beda bit-twaqqif tal-Conservation d'Angkor (l-Assoċjazzoni tal-Konservazzjon ta' Angkor) mill-École française d'Extrême-Orient (EFEO) fl-1908; qabel dik id-data, l-attivitajiet li saru fis-sit kellhom x'jaqsmu l-iktar mal-esplorazzjoni.[68][69] L-Assoċjazzjoni tal-Konservazzjoni ta' Angkor kienet responsabbli għall-attivitajiet tar-riċerka, tal-konservazzjoni u tar-restawr li twettqu f'Angkor sal-bidu tas-snin 70 tas-seklu 20, u restawr ewlieni ta' Angkor sar fis-snin 60 tas-seklu 20.[70] Madankollu, ix-xogħlijiet f'Angkor ġew abbandunati matul l-era tal-Khmer Rouge u l-Assoċjazzjoni tal-Konservazzjoni ta' Angkor sfaxxat fl-1975.[71] Bejn l-1986 u l-1992, l-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja wettaq xogħol ta' restawr fit-tempju[72], peress li Franza dak iż-żmien ma kinitx tirrikonoxxi lill-gvern tal-Kambodja. Tressqet kritika kemm rigward it-tentattivi bikrin ta' restawr tal-Franċiżi u partikolarment rigward it-tentattivi ta' wara tal-Indjani, u kien hemm tħassib dwar il-ħsara li saret fis-superfiċe tal-ġebla bl-użu ta' sustanzi kimiċi u tal-konkoż.[27][73][74]

Ir-ras restawrata ta' naga maġenb iljun mhux restawrat fil-bidu ta' mogħdija għolja li twassal għad-daħla ta' Angkor Wat. Il-kuntrast bejn l-istatwi restawrati u mhux restawrati huwa intenzjonat. L-ikbar restawr tal-mogħdija għolja nbeda għall-ewwel darba fis-snin 60 tas-seklu 20 mill-Franċiżi.

Fl-1992, wara li Norodom Sihanouk appella għall-għajnuna tal-komunità internazzjonali, Angkor Wat ġie elenkat fl-istess ħin fil-lista tal-UNESCO ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu (u mbagħad tneħħa fl-2004) u fil-lista tal-UNESCO ta' Siti ta' Wirt Dinji.[75][76] Fl-1994 ġew stabbiliti żoni ta' lqugħ biex is-sit ta' Angkor ikun protett. Barra minn hekk, APSARA ġiet stabbilita fl-1995 biex tipproteġi u tiġġestixxi s-sit kollu, u fl-1996 għaddiet liġi biex il-wirt tal-Kambodja jiġi protett.[77][78]

Għadd ta' pajjiżi bħal Franza, il-Ġappun u ċ-Ċina huma attwalment involuti f'diversi proġetti ta' konservazzjoni ta' Angkor Wat. Il-Proġett Ġermaniż ta' Konservazzjoni tal-Apsari (GACP) qed jaħdem biex jipproteġi l-apsari, id-devati u r-riljievi l-oħra li jiddekoraw it-tempju, biex ma ssirilhomx ħsara. L-istħarriġ tal-organizzazzjoni sab li madwar 20 % tad-devati qegħdin f'kundizzjoni ħażin ħafna, l-iktar minħabba l-erożjoni naturali u d-deterjorament tal-ġebla, iżda anke minħabba l-isforzi tar-restawr li kienu saru. Xogħol ieħor jinvolvi t-tiswija tas-sezzjonijiet tal-istruttura li ċedew, u l-prevenzjoni kontra ċedimenti oħra: il-faċċata tal-Punent tal-livell ta' fuq, pereżempju, ilha mirfuda bl-armar tar-restawr mill-2002, filwaqt li tim Ġappuniż temm ir-restawr tal-librerija tat-Tramuntana tal-binja esterna fl-2005.

Il-Fond Dinji għall-Monumenti beda x-xogħol ta' konservazzjoni tal-Gallerija taż-Żinglatura tal-Baħar tal-Ħalib fl-2008 wara diversi snin ta' studji dwar il-kundizzjoni li kienet tinsab fiha. Il-proġett irrestawra s-sistema tradizzjonali ta' kif il-Khmer kienu jsaqqfu l-binjiet u tneħħa l-konkoż li kien intuża fit-tentattivi ta' restawr ta' qabel li kienu rriżultaw f'imluħa li bdew jakkumulaw fl-istruttura wara r-riljievi, u jeqirdu l-kulur u jikkawżaw ħsara lis-superfiċi skolpiti. Il-fażi ewlenija tax-xogħol intemmet fl-2012, u l-komponent finali kien l-installazzjoni tat-truf tas-saqaf tal-gallerija fl-2013.

Instab li rita mikrobika kienet qed tiddegrada l-blat ramli ta' Angkor Wat, Preah Khan, Bayon u Prasat tal-Punent f'Angkor.[79] Iċ-ċjanobatterji b'filamenti reżistenti għad-deidratazzjoni u għar-radjazzjoni jistgħu jipproduċu aċidi organiċi li jiddegradaw il-ġebla. F'kampjuni interni u esterni ta' Preah Khan instab fungu skur bil-filamenti, filwaqt li l-alga Trentepohlia nstabet biss f'kampjuni li ttieħdu mill-ġebel estern imtebba' bir-roża f'Preah Khan. Ġew prodotti repliki biex jissostitwixxu uħud mill-iskulturi li ntilfu jew li ġew danneġġati.[80]

Patri Buddist jagħti barkiet lil turist.

Mis-snin 90 tas-seklu 20, Angkor Wat sar destinazzjoni turistika ewlenija. Fl-1993, kien hemm biss 7,650 viżitatur[81]; sal-2004, iċ-ċifri tal-gvern urew li dik is-sena kienu waslu 561,000 viżitatur barrani fil-provinċja ta' Seam Reap, bejn wieħed u ieħor 50 % tat-turisti barranin kollha fil-Kambodja.[82] Il-viżitaturi qabżu ċ-ċifra ta' miljun fl-2007, u sal-2012 qabżu ż-żewġ miljuni. Il-maġġoranza żaru t-tempju ta' Angkor Wat, li laqa' iktar minn żewġ miljun turist barrani fl-2013[83], u 2.6 miljuni sal-2018.[84] Is-sit ġie ġestit mill-grupp privat SOKIMEX bejn l-1990 u l-2016[85], li krew is-sit mill-gvern tal-Kambodja. Il-fluss ta' turisti s'issa ma tantx ikkawża ħsara, ħlief xi graffiti; tpoġġa taraġ tal-injam fuq it-taraġ u l-art tal-ġebel biex ma ssirx ħsara mill-passi kontinwi u tpoġġew ħbula mad-dawra tar-riljievi biex it-turisti ma jersqux wisq viċin tagħhom. It-turiżmu pprovda wkoll fondi addizzjonali għall-manutenzjoni tas-sit. Mis-sena 2000, kważi 28 % tad-dħul mill-biljetti tas-sit ta' Angkor Wat intefaq fuq il-manutenzjoni tat-tempji, għalkemm il-biċċa l-kbira tax-xogħol jitwettaq mit-timijiet sponsorjati mill-gvernijiet barranin iktar milli mill-awtoritajiet tal-Kambodja.[86]

Peress li Angkor Wat esperjenza tkabbir sinifikanti fit-turiżmu tul is-snin, l-UNESCO u l-Kumitat ta' Koordinazzjoni Internazzjonali tagħha għas-Salvagwardja u l-Iżvilupp tas-Sit Storiku ta' Angkor (ICC), flimkien mar-rappreżentanti mill-Gvern Irjali u minn APSARA, organizzaw seminars biex jiġi diskuss il-kunċett ta' "turiżmu kulturali". Bit-tir li jiġi evitat it-turiżmu kummerċjali u tal-massa, is-seminars saħqu fuq l-importanza li jkun hemm akkomodazzjoni u servizzi ta' kwalità għolja sabiex il-gvern tal-Kambodja jkun jista' jibbenefika b'mod ekonomiku, filwaqt li tiġi inkorporata r-rikkezza tal-kultura tal-Kambodja. Fl-2001, dan l-inċentiv irriżulta fil-kunċett tal-"Belt Turistika ta' Angkor" biex tiġi żviluppata b'rispett għall-arkitettura Khmer tradizzjonali, u jkun fiha faċilitajiet turistiċi u tad-divertiment, filwaqt li tipprovdi lukandi lussużi li jkunu jistgħu jlaħħqu man-numru kbir ta' turisti.[87]

Ammont kbir ta' turisti jistennew ix-xemx tiela' quddiem għadira bir-rifless ta' Angkor Wat

Il-prospettiva li jiġu żviluppati akkomodazzjonijiet tant kbar wasslet għal tħassib kemm minn APSARA kif ukoll mill-ICC, li sostnew li l-iżviluppi turistiċi preċedenti fiż-żona injoraw ir-regolamenti dwar il-kostruzzjoni u jekk ikun hemm iktar minn dawn il-proġetti, x'aktarx li jkollhom il-potenzjal li jeqirdu l-pajsaġġ karatteristiku. Barra minn hekk, is-skala kbira ta' dawn il-proġetti bdiet thedded il-kwalità tas-sistemi tal-ilma, tad-dranaġġ u tal-elettriku tal-belt qrib Angkor. Ġie nnotat li frekwenza tant kbira ta' turiżmu u ż-żieda fid-domanda għal akkomodazzjonijiet ta' kwalità fiż-żona, kif ukoll l-iżvilupp ta' awtostrada kbira, kellhom effett dirett fuq l-ilma tal-pjan, u sussegwentement bdew joħonqu l-istabbiltà strutturali tat-tempji ta' Angkor. Il-popolazzjoni lokali ta' Siem Reap leħħnet it-tħassib tagħha li l-pajsaġġ u l-atmosfera tal-belt kienet qed tiġi kompromessa favur it-turiżmu. Peress li din l-atmosfera lokali hija l-komponent ewlieni għal proġetti bħall-Belt Turistika ta' Angkor, l-uffiċjali lokali qed ikomplu jiddiskutu kif jista' jirnexxielhom jinkorporaw it-turiżmu fil-futur mingħajr ma jissagrifikaw il-valuri u l-kultura lokali.[87]

Fil-Forum dwar it-Turiżmu tal-ASEAN, ġie miftiehem li jkun hemm ġemellaġġ tal-provinċji u tas-siti ta' Borobodur fl-Indoneżja u ta' Angkor Wat fil-Kambodja.[88]

  1. 1 2 Cambodian-English Dictionary by Robert K. Headley, Kylin Chhor, Lam Kheng Lim, Lim Hak Kheang, and Chen Chun (1977, Catholic University Press)
  2. "Largest religious structure" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  3. "Angkor Wat - National Geographic Society" (bl-Ingliż). 2013-03-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-02-07. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  4. 1 2 "Recycling Monuments: The Hinduism/Buddhism Switch at Angkor. CyArk". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  5. Higham, C. (2014). Early Mainland Southeast Asia. Bangkok: River Books Co., Ltd. pp. 372, 378–379. ISBN 978-616-7339-44-3.
  6. Atlas of the World's Religions. Oxford university press. p. 93.
  7. "Angkor Wat | Description, Location, History, Restoration, & Facts" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  8. "Cambodia - The World Factbook". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  9. 1 2 "Jarus, Owen (5 April 2018). "Angkor Wat: History of Ancient Temple". Live Science". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  10. Khmer dictionary adopted from Khmer dictionary of Buddhist institute of Cambodia, p. 1424, pub. 2007.
  11. Chuon Nath Khmer Dictionary (1966, Buddhist Institute, Phnom Penh)
  12. 1 2 Falser, Michael (16 December 2019). Angkor Wat – A Transcultural History of Heritage: Volume 1: Angkor in France. From Plaster Casts to Exhibition Pavilions. Volume 2: Angkor in Cambodia. From Jungle Find to Global Icon. Walter de Gruyter GmbH & Co KG. p. 12. ISBN 978-3-11-033584-2.
  13. J. Hackin; Clayment Huart; Raymonde Linossier; Raymonde Linossier; H. de Wilman Grabowska; Charles-Henri Marchal; Henri Maspero; Serge Eliseev (1932). Asiatic Mythology:A Detailed Description and Explanation of the Mythologies of All the Great Nations of Asia. p. 194. ISBN 978-81-206-0920-4.
  14. Daguan Zhou (2007). A Record of Cambodia: The Land and Its People. Translated by Peter Harris. Silkworm Books.
  15. Coedès, George (1968). Walter F. Vella (ed.). The Indianized States of Southeast Asia. trans.Susan Brown Cowing. University of Hawaii Press. p. 164. ISBN 978-0-8248-0368-1.
  16. "Angkor Wat | Description, Location, History, Restoration, & Facts" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  17. Glaize, The Monuments of the Angkor Group p. 59.
  18. Stan Fukawa / 6 Nov 2014, Masako Fukawa. "Japanese Diaspora - Cambodia" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  19. Higham, The Civilization of Angkor pp. 1–2.
  20. "Brief Presentation by Venerable Vodano Sophan Seng" (PDF). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  21. Penny Edwards (2007).Cambodge: The Cultivation of a Nation, 1860–1945 ISBN 978-0-8248-2923-0
  22. 1 2 Time Life Lost Civilizations series: Southeast Asia: A Past Regained (1995). pp. 67-99.
  23. Falser, Michael (2013). From Gaillon to Sanchi, from Vézelay to Angkor Wat. The Musée Indo-Chinois in Paris: A Transcultural Perspective on Architectural Museums.
  24. Glaize p. 59.
  25. "Kuster, Brigitta. "On the international colonial exhibition in Paris 1931 | transversal texts". transversal.at". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  26. Falser, Michael: Clearing the Path towards Civilization – 150 Years of "Saving Angkor". In: Michael Falser (ed.) Cultural Heritage as Civilizing Mission. From Decay to Recovery. Springer: Heidelberg, New York, pp. 279–346.
  27. 1 2 3 "Russell Ciochon & Jamie James (14 October 1989). "The Battle of Angkor Wat". New Scientist. pp. 52–57". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  28. "Cambodian Flag History". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  29. Falser, Michael (2011). Krishna and the Plaster Cast. Translating the Cambodian Temple of Angkor Wat in the French Colonial Period.
  30. "New discoveries redefine Angkor Wat's history" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  31. Fleming, Stuart (1985). "Science Scope: The City of Angkor Wat: A Royal Observatory on Life?". Archaeology. 38 (1): 62–72.
  32. 1 2 Freeman u Jacques p. 48.
  33. Glaize p. 62.
  34. Coedès, George (1968). Walter F. Vella (ed.). The Indianized States of Southeast Asia. trans.Susan Brown Cowing. University of Hawaii Press. p. 162. ISBN 978-0-8248-0368-1.
  35. 1 2 Higham, The Civilization of Angkor p. 118.
  36. Scarre, Chris, ed. (1999). The Seventy Wonders of the Ancient World. London: Thames & Hudson. pp. 81–85.
  37. Stencel, Robert; Gifford, Fred; Morón, Eleanor (1976). "Astronomy and Cosmology at Angkor Wat". Science. 193 (4250): 281–287.
  38. "Mannikka, Eleanor. "Angkor Wat, 1113–1150". Arkivjat 20-07-2011". Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-20. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  39. ""Transcript of Atlantis Reborn", broadcast BBC2". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  40. ""How countries around the world celebrate the spring equinox". www.msn.com. Arkivjat 04-10-2018". Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-04. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  41. "Ankgor Wat, Cambodia". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  42. German Apsara Conservation Project Building Techniques, p. 5.
  43. Glaize p. 25.
  44. Freeman u Jacques p. 29.
  45. "Ta Reach Statue at Angkor Wat in Angkor Archaeological Park, Cambodia" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  46. Fletcher, Roland; Evans, Damian; Pottier, Christophe; Rachna, Chhay (December 2015). "Angkor Wat: An introduction". Antiquity. 89 (348): 1395.
  47. 1 2 Freeman u Jacques p. 49.
  48. Glaize p. 61.
  49. 1 2 Freeman u Jacques p. 50.
  50. Glaize p. 63.
  51. Ray, Lonely Planet guide to Cambodia p. 195.
  52. Ray p. 199.
  53. Briggs p. 199.
  54. Glaize p. 65.
  55. Higham, Early Cultures of Mainland Southeast Asia p. 318.
  56. Glaize p. 68.
  57. "Churning the Ocean of Milk by Michael Buckley". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  58. Glaize p. 69.
  59. "Angkor Wat devata inventory – Frar 2010. Arkivjat 23-04-2010". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-23. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  60. Sappho Marchal, Khmer Costumes and Ornaments of the Devatas of Angkor Wat.
  61. Ghose, Tia. "Mystery of Angkor Wat Temple's Huge Stones Solved" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  62. "Lost City of Angkor Wat". National Geographic.
  63. Uchida, Etsuo; Shimoda, Ichita (2013). "Quarries and transportation routes of Angkor monument sandstone blocks". Journal of Archaeological Science. 40 (2): 1158–1164. ISSN 0305-4403.
  64. "Lost Worlds of the Kama Sutra". History channel.
  65. Lehner, Mark (1997). The Complete Pyramids, London: Thames and Hudson, pp. 202–225 ISBN 0-500-05084-8.
  66. Scarre, Chris, ed. (1999). The Seventy Wonders of the Ancient World. London: Thames & Hudson. pp. 81–85.
  67. UNESCO, World Heritage Centre. "Angkor" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  68. ""Considerations for the Conservation and Presentation of the. Historic City of Angkor" (PDF). World Monuments Fund. p. 65. Arkivjat 16-05-2011" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-05-16. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  69. "EFEO - Centres - Siem Reap". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  70. Cambodia. Lonely Planet. 2010. p. 157. ISBN 978-1-74179-457-1.
  71. Kapila D. Silva; Neel Kamal Chapagain, eds. (2013). Asian Heritage Management: Contexts, Concerns, and Prospects. Routledge. pp. 220–221. ISBN 978-0-415-52054-6.
  72. "Archaeological Survey of India". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  73. Shenon, Philip (1992-06-21). "Washing Buddha's Face (Published 1992)". The New York Times (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  74. Kapila D. Silva; Neel Kamal Chapagain, eds. (2013). Asian Heritage Management: Contexts, Concerns, and Prospects. Routledge. p. 223. ISBN 978-0-415-52054-6
  75. Michael Falser, ed. (2015). Cultural Heritage as Civilizing Mission: From Decay to Recovery. Springer International. p. 253. ISBN 978-3-319-13638-7.
  76. Albert Mumma; Susan Smith (2012). Poverty Alleviation and Environmental Law. ElgarOnline. p. 290. ISBN 978-1-78100-329-9.
  77. Yorke M. Rowan; Uzi Baram (2004). Marketing Heritage: Archaeology and the Consumption of the Past. AltaMira Press. p. 123. ISBN 978-0-7591-0342-9.
  78. "Hing Thoraxy. "Achievement of "APSARA". Arkivjat 03-03-2001". Arkivjat mill-oriġinal fl-2001-03-03. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  79. Gaylarde CC; Rodríguez CH; Navarro-Noya YE; Ortega-Morales BO (February 2012). "Microbial biofilms on the sandstone monuments of the Angkor Wat Complex, Cambodia". Current Microbiology. 64 (2): 85–92.
  80. "Restoring ancient monuments at Cambodia's Angkor Wat". BBC News (bl-Ingliż). 2012-08-20. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  81. Smith, Justine (2007-02-25). "Tourist invasion threatens to ruin glories of Angkor Wat" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  82. "Cambodia Tourism Statistics - Tourist Information Center | Tourism Cambodia" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  83. Muyhong, Chan. "Ticket sales at Angkor Wat exceed 2 million" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  84. "Angkor hosts 2.6M visitors" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  85. "Ticket revenue at Angkor complex up 8 percent" (bl-Ingliż). 2019-01-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  86. "Tales of Asia - Ang Choulean". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-05. Miġbur 2021-02-25. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)
  87. 1 2 Winter, Tim (2007). "Rethinking tourism in asia". Annals of Tourism Research. 34: 27–44.
  88. "Borobudur, Angkor Wat to become sister sites - The Jakarta Post" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |opra= u |aċċess= (għajnuna)