Giampiero Galeazzi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Giampiero Galeazzi
Ħajja
Twelid Ruma, 18 Mejju 1946
Nazzjonalità Italja
Mewt Ruma, 12 Novembru 2021
Familja
Ulied
uri
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni qaddief
ġurnalist
preżentatur televiżiv
Għoli 192 cm
Premjijiet
List
  • [[]] [[]]

Giampiero Galeazzi (isem sħiħ: Gian Piero Daniele Galeazzi; twieled f'Ruma fit-18 ta' Mejju 1946 – miet f'Ruma fit-12 ta' Novembru 2021)[1] kien ġurnalist u kummentatur sportiv, preżentatur televiżiv u qaddief sportiv Taljan.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Oriġini u edukazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

L-oriġini tiegħu min-naħa ta' missieru hija mill-Piemonte (iktar speċifikament mill-provinċja ta' Novara). Huwa ggradwa fl-ekonomija b'teżi dwar l-istatistika[2] u suċċessivament ħadem għal ftit xhur fil-qasam tal-marketing u tar-reklamar tal-FIAT f'Torino.[3]

Karriera sportiva[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa twieled f'Ruma f'familja ta' sportivi. Missieru kien qaddief sportiv twil 192 cm[4] u kien rebaħ fil-Kampjonati Ewropej fl-1932. Giampiero Galeazzi kienu ukoll qaddief sportiv professjonist u rebaħ fil-Kampjonat Taljan tal-qaddiefa individwali fl-1967, li rebbħu medalja tal-bronż għall-merti atletiċi, u fl-1968 rebaħ fil-Kampjonat Taljan tal-qaddiefa f'koppja flimkien ma' Giuliano Spingardi. Fl-istess sena ħa sehem fis-selezzjonijiet għal-Logħob Olimpiku tal-1968 fil-Belt tal-Messiku, il-Messiku.

Karriera ġurnalistika u televiżiva[immodifika | immodifika s-sors]

Qabel ma abbanduna għalkollox il-karriera sportiva tiegħu, ġie mqabbad mir-RAI bħala ġurnalist sportiv tar-radju bis-saħħa ta' Gilberto Evangelisti.[5] Minnufih intbagħat bħala mibgħut ġurnalistiku fil-Logħob Olimpiku tal-1972 li saru f'Munich, il-Ġermanja. Minħabba intopp mhux previst li nqala' lil Mirko Petternella, li kien imblokkat fil-binja tal-fencing, Galeazzi ħadem għall-ewwel darba bħala kummentatur sportiv fuq ir-radju fil-qasam sportiv tiegħu, il-qdif.

Bil-wasla ta' Emilio Rossi bħala direttur tal-aħbarijiet tat-TG1 fuq l-istazzjon Rai Uno, fuq parir ta' Tito Stagno, beda jaħdem fit-televiżjoni u minbarra xi ftit drabi meta mexxa l-aħbarijiet tal-ewwel stazzjon, l-ewwel programmi sportivi li ħadem fihom kienu Domenica Sportiva mmexxi minn Paolo Frajese fl-1976 u bħala kuratur ta' Mercoledì Sport. Minnufih ġie mqabbad bħala kummentatur televiżiv tat-tennis, fejn kien jalterna ma' Guido Oddo sakemm irtira fl-1984, u bħala kummentatur televiż tal-qdif, fejn segwa l-kompetizzjonijiet prinċipali, fosthom sitt edizzjonijiet tal-Logħob Olimpiku sal-logħob organizzati f'Ateni, il-Ġreċja, fl-2004. Mill-2008, fil-Logħob Olimpiku li sar f'Beijing, iċ-Ċina, ġie sostitwit minn Marco Lollobrigida. Fis-snin 80 tas-seklu 20, kien mibgħut u kummentatur sportiv tal-programm televiżiv Domenica Sportiva fil-logħbiet ewlenin tal-kampjonat tal-futbol Taljan tas-Serie A.

Fl-1986 wettaq wieħed mill-ftit servizzi ġurnalistiċi mhux sportivi: kien mibgħut sportiv tar-RAI fil-konfront bejn Gorbačëv u Reagan f'Reykjavik, l-Iżlanda, ladarba kien jinsab hemmhekk għal-logħba tat-Tazza taċ-Ċampjins bejn Valur u l-Juventus. Mill-1992 sal-1997 ħa sehem fir-rubriki sportivi ta' Cambio di campo, Solo per i Finali u 90º minuto. F'dan il-programm tal-aħħar wera l-lat komiku tiegħu għall-ewwel darba. Mill-1997 sal-1999 ippreżenta 90º minuto fl-istudjo ta' Domenica in.

Giampiero Galeazzi (l-iktar wieħed fuq ix-xellug) f'festa tal-Milied fl-2001

Fl-1996 Pippo Baudo riedu jkun preżenti fis-46 edizzjoni tal-Festival ta' Sanremo. Fl-istess sena kien doppjatur ta' Mr. Swackhammer, l-antagonista prinċipali tal-film Space Jam. It-telekronaka u l-kummenti tiegħu fl-okkażjoni tar-rebħ tal-medalji tad-deheb fil-qdif min-naħa ta' Giuseppe u Carmine Abbagnale fil-Logħob Olimpiku tal-1988 li sar f'Seoul, il-Korea t'Isfel, u fir-rebħ tal-medalja tad-deheb min-naħa ta' Antonio Rossi u Beniamino Bonomi fil-Logħob Olimpiku tas-sena 2000 li sar f'Sydney, l-Awstralja, ikkaratterizzati minn entużjażmu kbir. Fis-sajf tal-2009 kien il-kummentatur sportiv tal-logħbiet tat-Tazza tal-Konfederezzjonijiet flimkien ma' Jacopo Volpi u Zibi Boniek. Għall-istaġun 2009-2010, kien il-kummentatur tal-futbol fil-programm 90º minuto flimkien ma' Franco Lauro u f'Replay flimkien ma' Zibi Boniek.

Fis-sajf ħa sehem fil-programm Notti Mondiali flimkien ma' Paola Ferrari, Maurizio Costanzo, li kien jixxandar f'ħin reali minn Piazza di Siena f'Ruma. Imbagħad sar opinjonista ta' 90º minuto flimkien ma' Franco Lauro, Jacopo Volpi u Zibi Boniek, u ta' 90º minuto Champions flimkien ma' Andrea Fusco, Marino Bartoletti, Adriano Bacconi u Ivan Zazzaroni. Fis-sajf tal-2012 kien mistieden fil-programm Notti Europee flimkien ma' Andrea Fusco, Simona Rolandi, Jacopo Volpi, Adriano Bacconi u Serse Cosmi.

Giampiero Galeazzi miet f'Ruma fit-12 ta' Novembru 2021 fl-età ta' 75 sena wara perjodu twil ta' mard (dijabete).[6][7][8]

Ħajja privata[immodifika | immodifika s-sors]

Galeazzi żżewweġ lil Laura Maria u kellhom żewġt itfal: Gianluca fl-1975, li huwa ġurnalist li jaħdem fit-tħejjija tal-aħbarijiet tal-istazzjon televiżiv LA7, u Susanna fl-1978, li hija ġurnalista tal-aħbarijiet tat-TG5 tal-istazzjon televiżiv Canale 5.[9]

Giampiero Galeazzi kien magħruf bil-laqam ta' Bisteccone, li ngħatalu mill-ġurnalist Gilberto Evangelisti minħabba l-istatura kbira tiegħu. Fil-futbol Taljan huwa kien iżomm mal-Lazio.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

  • Medalja tal-bronż għall-merti atletiċi (1967)

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ online, Ester Palma, Giuseppe Toti e Redazione (2021-12-11). "Morto Galeazzi, voce e anima del grande sport italiano". Corriere della Sera. Miġbur 2021-11-13.
  2. ^ "Giampiero Galeazzi "Domenica in m'ha rovinato la linea" - LASTAMPA.it". web.archive.org. 2010-08-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-08-23. Miġbur 2021-11-13.
  3. ^ "Fuorigioco, Galeazzi: "Ehi non sono morto! Bisteccone è più vivo che mai"". La Gazzetta dello Sport - Tutto il rosa della vita (bit-Taljan). Miġbur 2021-11-13.
  4. ^ "Quant'è sexy l'uomo grasso, Corriere della Sera, it-18 ta' Diċembru 1995, p. 15". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2021-11-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Giampiero Galeazzi - biografia Raiuno Raidue". web.archive.org. 2009-07-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-07-19. Miġbur 2021-11-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Giampiero Galeazzi è morto: l'ex telecronista sportivo Rai aveva 75 anni. Memorabili le sue telecronache di canottaggio". www.ilmessaggero.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-11-13.
  7. ^ "E' morto Giampiero Galeazzi, il giornalista e volto tv aveva 75 anni | L'addio della figlia: "Sta remando nel suo Tevere"". Tgcom24 (bit-Taljan). Miġbur 2021-11-13.
  8. ^ "E' morto il giornalista Giampiero Galeazzi, memorabili le sue telecronache - Sport". Agenzia ANSA (bit-Taljan). 2021-11-12. Miġbur 2021-11-13.
  9. ^ "Chi è la moglie di Giampiero Galeazzi: Laura e il matrimonio vissuto con grande riservatezza" (bit-Taljan). 2021-11-12. Miġbur 2021-11-13.