Aqbeż għall-kontentut

Mikhail Gorbachev

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mikhail Gorbachev

Vuċi
President tal-Unjoni Sovjetika

15 Marzu 1990 - 25 Diċembru 1991
← no value - no value →
President tas-Sovjet Suprem tal-Unjoni Sovjetika

25 Mejju 1989 - 15 Marzu 1990
← no value - Anatoly Lukyanov (en) Translate
11. President tal-Presidju tas-Sovjet Suprem tal-Unjoni Sovjetika

1 Ottubru 1988 - 25 Mejju 1989
Andrei Gromyko (en) Translate - no value →
6. Segretarju Ġenerali tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika

11 Marzu 1985 - 24 Awwissu 1991
Konstantin Chernenko (en) Translate - Volodymyr Ivashko (en) Translate
Ħajja
Twelid Privolnoye (en) Translate, 2 Marzu 1931
Nazzjonalità Russja
Unjoni Sovjetika
L-ewwel lingwa Russu
Mewt Central Clinical Hospital (en) Translateu Moska, 30 Awwissu 2022
Post tad-dfin Ċimiterju ta’ Novodevichy
Kawża tal-mewt kawżi naturali (insuffiċjenza tal-kliewi)
Familja
Missier Sergey Gorbachev
Omm Maria Gorbacheva
Konjuga/i Raisa Gorbacheva (en) Translate  (23 Settembru 1953 -  20 Settembru 1999)
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Fakultà tal-Liġi tal-Università Statali ta' Moska 1955)
Università Agrarja Statali ta' Stavropol 1967)
Università Statali ta’ Moska
Livell tal-edukazzjoni Dottorat fix-Xjenza
Lingwi Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ġurist
ambjentalist
ekonomista
avukat
Impjegaturi Komsomol
The Gorbachev Foundation (en) Translate
Premjijiet
List
Influwenzat minn Antonio Gramsci
Louis Aragon (en) Translate
Roger Garaudy (en) Translate
Giuseppe Boffa (en) Translate
Sun Myung Moon (en) Translate
Sħubija International Academy of Sciences San Marino (en) Translate
Central Committee of the Communist Party of the Soviet Union (en) Translate
Politburo of the Central Committee of the Communist Party of the Soviet Union (en) Translate
Club of Rome (en) Translate
Komsomol

Mikhail Sergeyevich Gorbachev (bir-Russu: Михаи́л Серге́евич Горбачёв; twieled fit-2 ta' Marzu 1931 – miet fit-30 ta' Awwissu 2022) kien politiku Russu. Hu serva bħala t-tmien u l-aħħar mexxej tal-Unjoni Sovjetika bejn l-1985 u l-1991. It-tentattivi tiegħu għar-riformi wasslu għat-tmiem tal-Gwerra l-Bierda, kif ukoll ikkawżaw tmiem is-supremazija politika tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika (PKUS) u x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika. Fl-1990 ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi.

Gorbachyov u t-tmiem tat-tmexxija Komunista

[immodifika | immodifika s-sors]

Mikhail Gorbachyov, li tela' fil-poter f'Marzu ta' l-1985, fl-età ta' 54 sena, kien l-aktar mexxej b'talent u dinamiku li r-Russja kienet rat għall-ħafna snin. Kien determinat li jbiddel u jerġa' jagħti l-ħajja lil pajjiż wara s-snin sterili wara l-waqgħa ta' Krushchev. Hu kellu f'moħħu li jagħmel dan billi jimmodernizza lil Partit Komunista bl-ideat ġodda ta' glasnost (ftuħ) u perestroika (ristrutturar - ekonomiku u soċjali).

Dan il-ħsieb ġdid mal-ewwel ħalla impatt fuq il-politika barranija, b'inizjattivi ġodda għal ''dètente'', relazzjonijiet maċ-Ċina, tluq mill-Afganistan u fl-aħħar it-tmiem tal-Gwerra Bierda lejn l-aħħar ta' l-1990.

Gorbachyov wera biċ-ċar x'kien ħażin fl-Unjoni Sovjetika, f'diskors li għamel waqt Konferenza tal-Partit fl-1988. Hu qal li s-sistema kienet wisq ċentralizzata u għalhekk ma ħallietx spazju għall-inizzjattiva individwali lokali. Kienet ibbażata kompletament fuq kontroll u tmexxija mill-istat u indirizzata wisq lejn id-difiża u industriji kbar u b'hekk kien hemm nuqqas ta' ġid lejn il-konsumatur.

Gorbachyov ma riedx itemm il-Komuniżmu; ried ibiddel is-sistema preżenti, li kienet għada wisq Stalinista, ma waħda soċjalista li kienet umana u demokratika.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]