Festival tal-Eurovision 1956
Festival tal-Eurovision 1956 | |
---|---|
Dati | |
Data tal-finali | 24 ta' Mejju 1956 |
Ospitu | |
Sala | Teatro Kursaal, Lugano, Żvizzera |
Preżentatur(i) | Lohengrin Filipello |
Konduttur | Fernando Paggi |
Att tal-intervall | Les Joyeux Rossignols u Les Trois Ménestrels |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 14 |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | Żvizzera "Refrain" |
Festival tal-Eurovision | |
[[ |►]] |
Il-Festival tal-Eurovision 1956 kien l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision, u dan sar f'Lugano, l-Iżvizzera. Din l-ewwel edizzjoni kienet aktar programm tar-radju, minkejja li kien hemm xorta waħda kameras fl-istudjo għall-benefiċċju tal-ftit Ewropej li kellhom televiżjoni. Id-differenza li din l-edizzjoni kellha mill-kompetizzjonijiet l-aktar riċenti, hi li kull pajjiż seta' jibgħat żewġ kanzunetti minflok waħda.
Kien ġie rakkomandat bil-qawwi li kull pajjiż parteċipant ikollu festival nazzjonali preliminarju. L-Awstrija, id-Danimarka u r-Renju Unit ġew skwalifikati mis-serata finali, minħabba li kollha rreġistraw wara l-aħħar data ta' sottomissjoni.
Kull pajjiż parteċipant bagħat żewġ ġuriji f'Lugano, minbarra l-Lussemburgu li ħallew lill-ġurija Żvizzera biex jivvutaw għal posthom.
L-ebda rikording tal-vidjo tal-avveniment kollu mhu magħruf li salva, minkejja li rikording akustiku jeżisti (minkejja li għoxrin minuta huma neqsin mit-tmiem tal-ewwel parti tal-att tal-intervall sal-bidu tat-tħabbira tar-rebbieħ). Jidher li l-uniku vidjo minn dan il-konkors li baqa' intatt juri l-esebizzjoni tal-kanzunetta "Refrain" mingħand Assia wara r-rebħ tal-ewwel edizzjoni.
Regola waħda ta' dan il-konkors hu li kull pajjiż kellu jkollu finali nazzjonali; din ir-regola ġiet imwaqqa' fis-snin ta' wara u xi pajjiżi għażlu li jagħżlu l-kanzunetta internament.
Kontroversja tal-votazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sistema tal-votazzjoni f'dan il-festival kien iħalli lill-ġurija jivvutaw lil kull kanzunetta, inklużi wkoll dawk tal-istess pajjiż. Din hija sistema li reġgħetx ġiet użata, u hu emmnut minn xi nies li din kienet ir-raġuni wara r-rebħa ta' Assia.
Aktar minn hekk, il-ġurija Żvizzera kellha l-piż tal-voti tad-delegazzjoni tal-Lussemburgu, li din kienet xi ħaġa li għal darb'oħra ma ġietx ripetuta fl-istorja tal-Festival. Din ukoll wasslet għal xi allegazzjonijiet li dawn il-voti setgħu xaqilbu r-riżultat f'favur Assia.
Ir-riżultati ta' dan il-festival qatt ma ġew muriha lill-pubbliku, li ġab ukoll għajdut fuq il-pożizzjonijiet l-oħra. Il-kanzunetta l-oħra ta' Assia qatt ma ħarġet kummerċjalment, li wkoll ġab ħjiel li l-kanzunetta ma tantx marret tajjeb. Ħjiel oħra jinkludu wkoll il-possibilità tat-tieni post tal-Ġermanja permezz ta' Walter Andreas Schwarz (jew Freddy Quinn, f'xi verżjonijiet tal-għajdt), u b'hekk jiġi ġġustifikat il-fatt li l-Ġermanja ospitat l-edizzjoni tas-sena ta' wara, u l-possibilità tat-tielet post minn waħda mill-kanzunetti Belġjani.
L-att ta' l-interval, it-tisfir minn Joyeux Rossignols, kellu jiġi estiż minħabba dewmien fil-proċedura tal-voti.