Ashley Young
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Ashley Simon Young | ||
Twelid | 9 ta' Lulju 1985 Stevenage, Ingilterra | ||
Tul | 1.75 m | ||
Rwol | Midfilder, difensur laterali | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Aston Villa | ||
Numru | 18 | ||
Mixtliet | |||
1995–2003 | Watford | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2003–2007 | Watford | ||
2007–2011 | Aston Villa | ||
2011–2020 | Manchester United | ||
2020–2021 | Inter | ||
2021– | Aston Villa | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2007 | Ingilterra U-21 | ||
2007–2018 | Ingilterra |
Ashley Simon Young (twieled fid-9 ta' Lulju 1985) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab ma' Aston Villa.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Watford
[immodifika | immodifika s-sors]Ta' tmintax-il sena iddebutta mal-ewwel tim ta' Watford taħt Ray Lewington f'Settembru tal-2003, fejn skorja kontra Millwall wara li kien daħal bħala sostitut.[1] Matul dak l-istaġun għamel ħames dehriet oħra minn fuq il-bank tas-sostituti, fejn skorja tliet gowls. Young spikka aktar fl-istaġun 2004–05 fejn lagħab 34 logħba ma' Watford fil-ġlieda tagħhom biex ikomplu jilgħabu fiċ-Championship. Minkejja li ma sabx ix-xibka f'ebda okkażjoni, hu assista numru ta' gowls. Il-prestazzjonijiet tiegħu f'dak l-istaġun rawh jiġi vvutat mill-klabb bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena.
Taħt Aidy Boothroyd, matul l-istaġun 2005–06, Young ingħata rwol ġdid bħala attakkant. Young beda 41 logħba tal-kampjonat, fejn skorja 15-il darba, bit-tim jispiċċa promoss fil-Premier League.
L-esperjenza ta' Young fil-Premier League 2006–07 bdiet tajjeb, fejn skorja tliet gowls, fosthom gowl fl-aħħar minuta kontra Fulham. Fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar tal-2007, tliet klabbs offrew somma ta' £5 miljun għas-servizzi tal-plejer ta' taħt il-21 sena. Watford irrifjutaw dawn l-offerti, u anki offerta oħra ta' £7 miljun minn klabb mhux magħruf.[2]
Offerta ikbar ta' madwar £10 miljun minn West Ham United ġiet aċċettata, però, Young irrifjutaha minħabba li ma riedx jingħaqad ma' tim fejn ir-relegazzjoni kienet xi ħaġa li jridu jaffaċċjaw kull sena.[3]
Aston Villa
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-18 ta' Jannar, Aston Villa għamlu offerta ta' £8 miljun (somma li kellha titla' għal £9.75 miljun wara ċerti klawżoli), offerta li ġiet aċċetta. Jumejn wara, il-kowċ ta' Aston Villa Martin O'Neill ikkonferma li l-plejer qabel li jingħaqad mal-klabb. Young għamel it-testijiet mediċi nhar il-21 ta' Jannar u l-uffiċjalità tal-ingaġġ tal-plejer waslet fit-23 ta' Jannar 2007.[4] Fil-31 ta' Jannar, hu mmarka d-debutt tiegħu għal Villa b'gowl ġewwa St James' Park kontra Newcastle United, minkejja li Villa ħarġu telliefa 3–1. L-istaġun 2007–08 kien wieħed tajjeb għal Young, fejn irċieva diversi drabi l-unur tal-Plejer tal-Partita. Il-forma tajba tiegħu kienet premjata b'sejħa mat-tim nazzjonali. Matul dan l-istaġun, Young spiċċa t-tieni wara Cesc Fàbregas fin-numru ta' assists provduti, b'Young jagħmel 17-il wieħed.[5] Young ġie mniżżel fit-Tim tas-Sena tal-Premier League, fejn barra l-gowlkiper ta' Portsmouth David James, hu kien l-uniku plejer li ma kienx ġej mill-hekk imsejħa "L-Ikbar Erbgħa" (Chelsea, Arsenal, Liverpool u Manchester United)
Il-bidu tajjeb għall-istaġun 2008–09 rah jieħu l-unur tal-Plejer tax-Xahar ta' Settembru. Fl-4 ta' Novembru 2008, Young iffirma kuntratt ġdid ta' erba' snin li se jżommu mal-klabb sal-2012.[6] L-istaġun intemm fuq nota pożittiva għal Young hekk kif ġie ivvutat bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena skont il-PFA, u għat-tieni sena konsekuttiva sab post fit-Tim tas-Sena tal-PFA.
Fl-istaġun 2010–11 Young ġie maħtur bħala viċi-kaptan tal-iskwadra u beda jiġi skjerat f'pożizzjoni iktar ċentrali wara l-attakkant. L-ewwel gowl tal-istaġun wasal minn frikik dirett kontra Bolton Wanderers fit-18 ta' Settembru 2010. Is-sena ntemmet b'disa' gowls u 14-il assist f'39 partita għal Villa f'kull kompetizzjoni.
Manchester United
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-23 ta' Ġunju 2011, Young kompla t-trasferiment tiegħu ma' Manchester United, fejn wara li kompla t-testijiet mediċi ffirma kuntratt ta' ħames għal somma mhux magħrufa.[7] L-ewwel gowls mal-klabb waslu fir-rebħa ta' 8–2 fuq Arsenal nhar it-28 ta' Awwissu.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Wara prestazzjonijiet eklatanti ma' Watford matul l-istaġun 2005–06 li tawh post qalb it-tim ta' taħt il-21 sena tal-Ingilterra, nhar il-31 ta' Awwissu 2007, Steve McClaren sejjaħ lil Young mat-tim nazzjonali tal-kbar tal-Ingilterra għaż-żewġ partiti mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Russja u l-Iżrael. Fis-16 ta' Novembru 2007, Young finalment iddebutta bil-flokk Ingliż meta daħal bħala sostitut f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstrija.
Nhar it-12 ta' Ottubru 2010, Young beda l-ewwel logħba tiegħu mal-ewwel ħdax għall-Ingilterra kontra l-Montenengro, valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012. Hu skorja l-ewwel gowl internazzjonali f'logħba ta' ħbiberija kontra d-Danimarka fid-9 ta' Frar 2011 ġewwa Kopenħagen, gowl li ta r-rebħa lill-Ingilterra 2–1. It-tieni gowl tiegħu wasal kontra l-Iżvizzera fl-4 ta' Ġunju 2011, fil-pari ta' 2–2.
Statistika tal-karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Statistika korretta sat-23 ta' Ġunju 2011
Klabb | Staġun | Kampjonat | FA Cup | League Cup | Ewropa | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | ||
Watford | 2003–04 | 5 | 3 | 0 | 0 | 1 | 0 | – | – | 6 | 3 | ||
2004–05 | 34 | 0 | 0 | 0 | 4 | 0 | – | – | 38 | 0 | |||
2005–06 | 39 | 13 | 1 | 1 | 0 | 0 | – | 3 | 1 | 43 | 15 | ||
2006–07 | 20 | 3 | 1 | 0 | 2 | 1 | – | – | 23 | 4 | |||
Total | 98 | 19 | 2 | 1 | 7 | 1 | – | 3 | 1 | 110 | 22 | ||
Aston Villa | 2006–07 | 13 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | – | 13 | 2 | ||
2007–08 | 37 | 8 | 1 | 0 | 1 | 0 | – | – | 39 | 8 | |||
2008–09 | 36 | 8 | 3 | 0 | 1 | 0 | 8 | 2 | – | 48 | 10 | ||
2009–10 | 37 | 5 | 6 | 2 | 5 | 2 | 2 | 0 | – | 49 | 9 | ||
2010–11 | 34 | 7 | 2 | 0 | 3 | 2 | 1 | 0 | – | 39 | 9 | ||
Total | 157 | 30 | 12 | 2 | 10 | 4 | 11 | 2 | – | 190 | 38 | ||
Manchester United | 2011–12 | 6 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | 1 | 0 | 8 | 3 |
Total | 6 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | 1 | 0 | 8 | 3 | |
Total tal-karriera | 261 | 52 | 14 | 3 | 17 | 5 | 12 | 3 | 4 | 1 | 3068 | 64 |
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Dehriet u gowls internazzjonali – Ingilterra | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
16 ta' Novembru 2007 | Vjenna | Awstrija | 0–1 | Ingilterra | Logħba ta' ħbiberija | |
6 ta' Frar 2008 | Londra | Ingilterra | 2–1 | Żvizzera | Logħba ta' ħbiberija | |
10 ta' Ġunju 2008 | Port of Spain | Trinidad u Tobago | 0–3 | Ingilterra | Logħba ta' ħbiberija | |
19 ta' Novembru 2008 | Berlin | Ġermanja | 1–2 | Ingilterra | Logħba ta' ħbiberija | |
10 ta' Ġunju 2009 | Londra | Ingilterra | 6–0 | Andorra | Kwal. Tazza tad-Dinja 2010 | |
12 ta' Awwissu 2009 | Amsterdam | Netherlands | 2–2 | Ingilterra | Logħba ta' ħbiberija | |
14 ta' Novembru 2009 | Doha | Brażil | 1–0 | Ingilterra | Logħba ta' ħbiberija | |
11 ta' Awwissu 2010 | Londra | Ingilterra | 2–1 | Ungerija | Logħba ta' ħbiberija | |
3 ta' Settembru 2010 | Londra | Ingilterra | 4–0 | Bulgarija | Kwal. Ewropej 2012 | |
12 ta' Ottubru 2010 | Londra | Ingilterra | 0–0 | Montenegro | Kwal. Ewropej 2012 | |
17 ta' Ottubru 2010 | Londra | Ingilterra | 1–2 | Franza | Logħba ta' ħbiberija | |
9 ta' Frar 2011 | Kopenħagen | Danimarka | 1–2 | Ingilterra | Logħba ta' ħbiberija | 1 |
26 ta' Marzu 2011 | Cardiff | Wales | 0–2 | Ingilterra | Kwal. Ewropej 2012 | |
29 ta' Marzu 2011 | Londra | Ingilterra | 1–1 | Gana | Logħba ta' ħbiberija | |
8 ta' Ġunju 2011 | Londra | Ingilterra | 2–2 | Żvizzera | Kwal. Ewropej 2012 | 1 |
2 ta' Settembru 2011 | Sofija | Bulgarija | 0–3 | Ingilterra | Kwal. Ewropej 2012 | |
6 ta' Settembru 2011 | Londra | Ingilterra | 1–0 | Wales | Kwal. Ewropej 2012 | 1 |
7 ta' Ottubru 2011 | Podgorica | Montenegro | 2–2 | Ingilterra | Kwal. Ewropej 2012 | 1 |
Total | Preżenzi | 18 | Gowls | 4 |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Young tipped for big Villa impact" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-01-23. Miġbur 2008-08-20.
- ^ "Watford reject £7m bid for Young" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-01-12. Miġbur 2007-01-12.
- ^ "Young rejects Hammers move" (bl-Ingliż). Eurosport. 2007-01-15. Miġbur 2007-01-15.
- ^ "Young completes £9.65m Villa move" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-01-23. Miġbur 2007-01-23.
- ^ "Statistics" (bl-Ingliż). Premier League. Miġbur 2008-08-19.
- ^ "Young signs four-year Villa deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-11-04. Miġbur 2008-11-04.
- ^ Coppack, Nick (2011-06-23). "Reds sign Ashley Young" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2011-06-23.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ashley Young fuq Soccerbase