Aqbeż għall-kontentut

Anton Agius

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Anton Agius
Ħajja
Twelid Rabat, Diċembru 1933
Nazzjonalità Malta
Mewt L-Imsida, 2008
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni skultur

Anton Agius (twieled fl-1 ta' Diċembru 1933 – miet fid-19 ta' Ottubru 2008) kien skultur magħruf Malti, magħruf bħala l-"Iskultur Nazzjonali".

F'intervista li ta fl-2004, Anton Agius qal:“Tista’ tgħid li fil-familja tagħna hemm diversi artisti, pitturi u skulturi, uħud bħal ħija Michael, naħseb li kapaċi aktar minni… imma ma tantx iħobb jaħdem. Naħseb li xi ħaġa qiegħda fir-razza,” qalli Toni. Ħa l-ewwel direzzjoni lejn l-arti bis-saħħa ta’ ommu, Maria Estella, li ħaditu għand l-iskultur Ġużeppi Galea li studja barra u għamel disa’ snin bħala apprentista miegħu.

Agius studja l-arti bejn l-1951 u l-1953 fis-Soċjetà Maltija tal-Arti, Manifattura u Kummerċ u wara fl-Iskola tal-Arti tal-Gvern. Fl-1957 rebaħ borża ta' studju għal Ruma mogħtija mill-Gvern Malti fejn studja fi Scuola Del Nudo dell'Associazione Artistica Internazionale, fl-Accademia di Belle Arti u fi Scuola delle Arti Ornamentali. Agius studja f'St. Martin's School of Art f'Londra, fejn akkwista d-Diploma Nazzjonali fid-Disinn, Mudellar, Skultura u Qtugħ ta' Ittri. Fuq l-esperjenza tiegħu barra minn Malta, Agius jgħid: “Qatt ma ħassejtni inferjuri ma’ studenti minn diversi pajjiżi. Anzi kont inkun l-aktar ippreparat.”

Kien għalliem fl-iskejjel sekondarji, lekċerer fl-Università ta' Malta u membru tal-Bord tal-Estetika ta' Malta.

Anton Agius rebaħ diversi premjijiet u ġie onorat b'diversi għotjiet għal-livell artistiku li laħaq, fosthom l-Ewwel Premju tal-Human Rights Art Exhibition li tnediet fl-1968 fil-Mużew Nazzjonali ta' Malta, l-Onorifiċenza Per Meriti mill-Assoċjazzjoni Kulturali Amici di Pan ta' Firenze fl-1979, l-għotja tal-Artist tas-Sena fl-1980 u t-Targa d'Oro fl-1982 mogħtija mill-Associazione Nazionale Artistica Culturale tal-Italja. Fl-1999 imbagħad huwa kien ingħata l-Ewwel Premju fil-Biennale Internazzjonali tal-Arti ta' Malta. Kien propju fis-7 ta' Frar 1999 fil-Mużew Wignacourt ir-Rabat, fi ftuħ ta' wirja li kienet tirrappreżenta 50 sena ta' ħidma tal-iskultur Anton Agius, li l-President ta' Malta Ugo Mifsud Bonnici, f'diskors li kien għamel ta lil Anton Agius it-titlu onorifiku ta' "l-iskultur nazzjonali". Dan għax Agius poġġa fl-irħam u fil-bronż ġrajjiet importanti mill-istorja ta' Malta. Fl-2005, Agius ingħata Ġieħ ir-Repubblika.

Agius ħa sehem f'bosta esebizzjonijiet f'Malta, Londra, Edinburgh, l-Italja u l-Litwanja. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu wkoll f'kollezzjonijiet privati f'diversi partijiet tad-dinja. Għalkemm il-qofol tal-kreattività artistika tiegħu jinsab fil-monumenti li ħadem u fl-iskulturi fl-injam, huwa kien ukoll disinjatur ta' bolol postali, disinjatur u dekoratur ta' knejjes, ċeramista u ħaddiem tal-medaljuni.

Fost il-monumenti maħdumin minn Anton Agius insibu:

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Anton Agius kien miżżewweġ lil Mary Louise u kellhom tlett itfal, li tnejn minnhom mietu qablu. Agius bata ħafna f'ħajtu. F'intervista li ta erba' snin qabel mewtu huwa stqarr: “In-natura kienet kiefra wisq miegħi.” Tnejn minn uliedu twieldu b’difetti mentali u fiżiċi. Huwa dejjem għex ir-Rabat fejn twieled u kien dilettant tal-klieb u tal-għasafar.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]