Mammiferu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Mammiferi
Firxa tal-fossili: Tard fit-Triassiku - Reċenti
Panthera tigris sumatran subspecies.jpg
Tigra (Panthera tigris)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottophylum: Vertebrata
Klassi: Mammalia
Ordnijiet

(ordnijiet estinti esklużi)

Il-Mammiferi (klassi Mammalia) huma klassi bijoloġika ta' annimali vertebrati, ikkaratterizzati bil-preżenza ta' glandoli tal-għaraq (inklużi dawk il-glandoli tal-għaraq li fin-nisa huma mmodifikati b'tali mod li jipproduċu l-ħalib, 'l hekk imsejjħa glandoli mammarji), xagħar (suf, pil jew fer), tliet għadmiet fil-widna nofsanija (li huma wżati fis-smigħ), u b'parti fil-moħħ imsejħa in-neokortiċi.

Il-mammiferi kollha minbarra il-monotremati minflok ibidu l-bajd, iwelldu iż-żgħar tagħhom mal-ewwel ħajjin u l-Plaċentati. li huma l-akbar grupp fil-klassi Mammalia, tul it-tqala jew il-ġestazzjoni tagħhom jagħmlu użu minn plaċenta.

Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi għandhom ukoll snien speċjalizzati u moħħ li jirregola is-sistema endotermika (din hija s-sistema li tirregola it-temperatura tal-ġisem u b' hekk il-mammiferi jissejħu annimali ta' demmhom sħun) u s-sistema ċirkolatorja, li tinkludi qalb maqsuma f' 4 kavitajiet.

Mammiferi hemm 'il fuq minn 5,500 speċi (inkluż il-bniedem li jagħmel parti mill-ordni Primates). Id-daqs tagħhom ivarja minn dak tal-farfett il-lejl imnieħer il-qażquż ta' Kitti li ma jikbirx aktar minn 40 millimetru u dan huwa meqjus bħala l-iżgħar jew wieħed mill-iżgħar mammiferi ħajjin, għall-akbar mammiferu u l-akbar annimal li qatt eżista fid-dinja, l-baliena kaħla li kapaċi tilħaq it-tul ta' 33 metru. Dawn il-mammiferi qegħdin imqassmin bejn wieħed u ieħor f' 1,200 ġeneru, f' 153 familja u f' 29 ordni[1], għalkemm dan ivarja minn klassifikazzjoni għal oħra u tagħmel differenza kbira ma' liema skema wieħed jimxi.

Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi jagħmlu parti mill-grupp tal-plaċentati jew kif jissejħu ukoll ewterjani. L-akbar 6 ordnijiet f' din is-sottoklassi huma, ir-Rodenzja (il-mammiferi gerriema, bħall-iskojjatli, il-kastori, il-ġrieden u l-firien), il-Kiroptera (il-mammiferi li jtiru tajran ta' veru bħal-friefet il-lejl u l-volpijiet tal-ajru), il-Primati (il-mammiferi primati bħal-galaguni, il-lemuri, it-tarsieri, ix-xadini tad-dinja l-ġdida bħal-marmosetti u t-tamarini, ix-xadini tad-dinja il-qadima bħal-mandrilli u l-makakki u x-xadini antropomorfi jew xadini bla-denb bħal-gibbuni, l-orangutani, il-gorilli, iċ-ċimpanzè il-bonobo u l-bniedem), is-Sorikomorfa (il-mammiferi insettivori bħal-ġriedem ta' geddumhom twil, is-solenodonti, it-talpi u t-tażmani), iċ-Ċetarzjodaktila (il-mammiferi tad-dwiefer biż-żewġ bħaċ-ċriev, in-nagħaġ, il-mogħoż u l-baqar, flimkien maċ-ċetaċi bħal-baleni, d-dniefel u l-foċeni) u l-Karnivora (il-mammiferi il-jieklu l-laħam bħal-klieb, il-qtates, l-orsijiet, il-panda ż-żgħir, il-bumerini u l-iljuni tal-baħar),.

Filoġenetikament il-klassi Mammalia tiġi definita bħala d-dixxendenti kollha tal-antenat komuni l-aktar reċenti tal-prototerjani jew monotremati (eż. l-ekidni u l-platipi) u terjani (il-marsupjali jew metaterjani u l-plaċentati jew ewterjani). Dan ifisser li wħud mill-gruppi estinti tal-mammiferi m'humiex membri tal-klassi Mammalia, avolja l-parti l-kbira ta' dawn għandhom il-karatteristiċi kollha li tradizzjonalment kienu jikklassifikawhom bħala mammiferi. Normalment dawn il-"mammiferi" llum il-ġurnata saru jiġu kklassifikati bħala parti mil-klad bla rank imsejjaħ Mammaliaformes.

Il-linja tad-dixxendenza tal-mammiferi iddiverġiet minn dik tas-sawropsidi lejn it-tmiem tal-perjodu Karboniferu. Is-sawropsidi komplew evolvew fir-rettili u fl-għasafar moderni tal-ġurnata tal-lum, filwaqt li mil-fergħa tas-sinapsidi li ddiverġiet minn dik tas-sawropsidi evolvew il-mammiferi. L-ewwel mammiferi veri dehru għall-ewwel darba fil-perjodu Ġurassiku. L-ordnijiet tal-mammiferi moderni dehru fl-epoki tal-Palaeoċen u l-Eoċen tal-perijodu Palaeoġen.

Ekidna tal-munqar qasir (Tachyglossus aculeatus) hija speċi ta' mammiferu li tagħmel parti mis-sottoklassi Prototheria li huma magħrufin ukoll bħala mammiferi monotremati
Kangarù aħmar (Macropus rufus) huwa speċi ta' mammiferu li jagħmel parti mis-sottoklassi Theria u l-infraklassi Metatheria magħrufin ukoll bħala mammiferi marsupjali

Fattizzi Distintivi[editja]

L-ispeċi tal-mammiferi ħajjin tal-llum il-ġurnata, jistgħu jiġu iddentifikati mil-presenza tal-glandoli tal-għaraq, inklużi dawk speċjalizzati li fin-nisa jirriproduċu l-ħalib.

It-3 għadmiet tipiċi fil-widna nofsanija tal-mammiferi

Madankollu, hemm bżonn ta' fattizzi oħra biex wieħed jikklassifika il-fossili, peress li dawn il-glandoli huma maghmulin minn tessut jew materjal organiku artab u m' humiex viżibli fil-fossili. Il-Paleontoloġisti jużaw fattizz distintiv maqsum bejn il-mammiferi ħajjin kollha saħansitra il-monotremi, iżda li m' huwiex preżenti fl' ebda Sinapsidu ta' minn kmieni fil-bidu tat-Trijassiku: fis-smiegħ il-mammiferi jużaw 2 għadmiet partikolari li l-antenati tagħhom kienu jużawhom biex jieklu. Is-Sinapsidi tal-bidu nett kellhom il-ġog tax-xeddaq maghmul mill-artikolarja (għadma żgħira fin-naħa ta' wara tax-xedaq ta' isfel) u l-kwadrata (għadma żgħira oħra fin-naħa ta' wara tax-xedaq ta' fuq). Il-maġġor parti tar-rettili u tas-sinapsidi mhux mammiferi jużaw din is-sistema inklużi il-gremxul, il-kukkudrilli, d-dinosawri (u d-dixxendenti tagħhom l-għasafar), u t-terapsidi ("rettili" qieshom mammiferi). Il-Mammiferi għandhom il-ġog tax-xedaq kemmxejn differenti, għaldaqstant, dan huwa ffurmat mid-dentarja biss (l-ghadma tax-xedaq ta' isfel li fiha hemm is-snien) u mill-iskwamosali (għadma żgħira oħra tal-kranju). Fil-mammiferi iż-2 għadmiet imsejħa kwadrata u artikolarja saru l-inkwina "incus" u l-martell "malleus" fil-widna nofsanija. Nota: "sinapsidi mhux mammiferi" hawn fuq timplika li l-mammiferi huma sottogrupp tas-sinapsidi, u dan huwa eżattament x' tgħid li huma l-kladistika.

Il-mammiferi għandhom ukoll kondila oċċipitali doppja: huma għandhom 2 għoqiedi mghadma qieshom pumi fil-bażi tal-kranju li jidħlu eżatt fl-għola vertebra tal-għonq, filwaqt li l-vertebrati 'l oħra għandhom kondila oċċipitali waħda. Il-Paleontoloġisti jużaw biss il-ġok tax-xedaq u l-widna nofsanija bħala kriterju jew prinċipju biex jidentifikaw il-mammiferi fossili, biex tiġi evitata konfużjoni żejda meta jinsab fossilu b' wieħed mil-fattizzi biss.

Anatomija u Morfoloġija tal-Mammiferi[editja]

Sistema Skeletrika[editja]

Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi għandhom 7 vertebri ċervikali (vertebri tal-għonq), inklużi il-friefet il-lejl, ġiraffi, ġrieden u l-bniedem. Ftit eċċezjonijiet huma l-lamantini u l-għażżenin jew kif inhuma maghrufin ukoll il-bradipi ta' żewġt iswaba li għandhom 6 vertebri ċervikali u dawk ta' 3 iswaba li għandhom 9 vertebri ċervikali.

Il-mammiferi għandhom ukoll 3 għadmiet f'kull widna (l-inkwina, il-martell u l-istaffa) u għadma 1 biss fuq kull naħa tax-xedaq t'isfel tal-ħalq id-dentarja, l-bqija tal-vertebrati kollha l-oħra li għandhom il-widnejn għandhom għadma 1 biss f'kull widna u minn tal-inqas 3 għadmiet oħra fuq kull naħa tax-xedaq.

Sistema Respiratorja[editja]

Il-pulmuni tal-mammiferi, magħmulin minn tessut qiesu sponża u miksi bit-tessut epiteljali. Dan tal-aħħar għandu l-għamla ta' xehda tal-għasel u t-total tal-erja tas-superfiċi tiegħu hija hafn' akbar minn dik tal-erja superfiċali tal-pulmuni infishom minn naħa ta' barra. L-għamla tal-pulmuni tal-bniedem huma tipikament minn dan it-tip ta' pulmun.

Id-dijaframma fil-qiegħ tat-toraċi huwa l-muskolu prinċipali li jmexxi n-nifs. Il-kontrazzjoni tad-dijaframma tiġbed l' isfel il-qiegħ tal-kavita fejn qiegħed magħluq il-pulmun. L-arja b' hekk tidħol vija il-kavitajiet orali (mil-ħalq) u nasali (mil-imnieħer): minn hemm tibqa sejra vija l-larinġi għal fit-trakea, li tinferaq fi bronki. Ir-rilassament tad-dijaframma għandu l-effett oppost u waqt nifs normali din tmur lura f' posta passivament. Matul l-eżerċizju fisiku, d-dijaframma ż-żid il-kontrazzjonijiet (tinġibed u tirrilassa) biex l-arja tkun tista tidħol u toħroġ b' mod aktar mgħaġġel u b' aktar saħħa. Il-qafas tas-sider inifsu sa ċertu punt jista jiċċkien u jespandi ukoll, dan permezz ta' muskoli repiratorji u aċċessorji oħrajn. Dan it-tip ta' pulmun mgħaruf bħala pulmun minfaħ dan ġej mix-xebħ mal-minfaħ tal-ħaddid.

Sistema Ċirkulatorja[editja]

Il-qalb b' 4 kavitajiet tipikament tal-mammiferi

Il-qalb tal-mammiferi hija maqsuma f' 4 kavitajiet: l-atriju tal-lemin, il-ventrikolu tal-lemin, l-atriju tax-xellug u l-ventrioklu tax-xellug.

L-atriji huma l-kavitajiet li jirċievu id-demm u l-ventrikoli huma l-kavitajiet li jippompjaw id-demm għal pulmuni u l-ġisem.

Fid-daqs il-ventrikoli huma akbar mill-atriji u l-ħitan tagħhom huma eħxen, għax hemm bżonn ta' muskoli akbar biex id-demm jiġi ippompjat b' saħħa biżżejjed minn ġewwa l-qalb għal madwar il-ġisem u l-pulmuni.

Id-demm deossiġenat mil-ġisem jidħol fl-atriju tal-lemin, dan jiġi ppompjat fil-ventrikolu tal-lemin. Il-ventrikolu tal-lemin jippompja d-demm fil-pulmuni, fejn id-dijossidu tal-karbonju jintefa 'l barra u minfloku jiġi assorbit l-ossiġnu.

Mil-pulmuni, id-demm ossiġenat jidħol fl-atriju tax-xellug, fejn minn hemm jiġi ppompjat fil-ventrikolu tax-xellug ('l akbar u 'l aktar b'saħħtu mill-4 kavitajiet), minn hawn jinfirex mal-ġisem kollu inkluża l-qalb inifisha.

Sistema Nervuża[editja]

L-imħuħ tal-mammiferi kollha għandhom in-neokortiċi, din hija parti jew reġjun tal-moħħ li tinsab esklużivament fil-moħħ tal-mammiferi biss.

Sistema Integumentarja[editja]

Il-Mandrill (Mandrillus sphinx) huwa wieħed mil' ftit speċi ta' mammiferi li għandu tonalitajiet ta' blu f' ġismu b' mod naturali

Il-mammiferi għandhom sistema integumentarja li tikkonsisti minn 3 saffi: is-saff ta' barra jissejjaħ l-epidermide, is-saff nofsani jissejjaħ id-derma u s-saff ta' taħt jissejjaħ l-ipoderma. Din il-karatteristika m' hijiex unikament tal-mammiferi, għax tinsab fil-vertebrati kollha.

L-epidermide normalment tkun ħoxna bejn 10 u 30 ċellula; il-funzjoni prinċipali tal-epidermide hija li tipprovdi saff bħala protezzjoni li ma' jagħddix ilma minnu. Filwaqt li ċ-ċelluli tan-naħa ta' barra l-ħin kollu jmutu u jintilfu, ċ-ċelluli tal-qiegħ kostantement jinqassmu u jimbuttaw il-fuq. Is-saff nofsani, 'l hekk imsejjaħ derma, huwa bejn 15 u 40 darba eħxen mill-epidermide. Id-derma magħmula minn ħafna komponenti differenti bħal strutturi mgħadma u kanali tad-demm. L-ipoderma huwa saff magħmul minn tessut adipus. Il-funzjoni prinċipali ta' dan is-saff huwa li jaħżen il-lipidi (xaħam) u jipprovdi lqugħ artab u insulazzjoni. Il-ħxuna ta' dan is-saff ivarja ħafna minn speċi għal oħra.

Għalkemm il-mammiferi u annimali oħra għandhom dawk li jissejjħu cilia li superfiċjalment jixbħu ix-xagħar, 'l ebda annimal ieħor minnbarra l-mammiferi m' ghandhom ix-xagħar veru. Din hija karatteristika definittiva u unikament ta' din il-klassi ta' vertebrati. Għalkemm uħud mil-mammiferi għandhom ftit li xejn xagħar, ħlief f' partijiet mistura ta' ġisimhom, meta jkun hemm eżaminazzjoni fir-reqqa din il-karatteristika tidher biċ-ċar.

Dan ix-xagħar fl' ebda speċi ta' mammiferu magħruf xjentifikament ma' jieħu lewn naturali ta' blu jew aħdar, għalkemm il-ġilda f' uħud miċ-ċetaċi u fil-mandrilli għandha tonalitajiet ta' blu. Fost il' ħafna mammiferi li jiġu deskritti bħala speċi bil-pil, fer jew xagħar blu fil-każi kollha magħrufa nstab li kienu dejjem tonalitajiet differenti ta' griż. L-Għażżien ta' żewġ swaba u l-ors polari jista jagħti l-każ li l-fer tagħhom ikun ikanġi fl-aħdar, iżda dan il-kulur m' huwa xejn ħlief l-alga li tikber madwar ix-xagħar u l-pil tagħhom.

Sistema Riproduttiva[editja]

L-apparat uroġenitali fin-nisa tal-mammiferi Prototerjani, Metaterjani u Ewterjani.

Il-maġġor parti tal-mammiferi jwelldu l-wild tagħhom ħaj u dan jissejjaħ viviparija, iżda mhux kollha, uħud minnhom għadhom ibidu l-bajd u dawn huma l-ispeċi kollha tal-ordni Monotremata (jew f' xi klassifikazzjonijiet l-ispeċi kollha tal-ordnijiet Platipoda u Takiglossa) għadhom ibidu l-bajd. Speċi waħda partikolari fost dawn il-monotremati 'l hekk imsejjaħ platipu jew ornitorinku (li huwa l-uniku speċi fl-ordni Platipoda), jippreżenta fiħ determinazzjoni sesswali unika, li taħt ċertu aspetti tixbaħ dik tal-għasafar. It-twelid ta' wild ħaj jew il-viviparija huwa effettwat ukoll minn speċi oħrajn li m' humiex mammiferi, bħal klieb il-baħar ta' rashom martell u uħud mill-ispeċi ta' sriep u gremxul u b'hekk din m' hijiex meqjusa bħala karatteristika ewlennija tal-mammiferi biss.

Il-mammiferi għandhom ukoll il-glandoli tal-għaraq, fattizz distintiv li jinstab fihom biss. Uħud minn dawn il-glandoli evolvew b' tali mod li jipproduċu l-ħalib (dawn jissejħu glandoli mammarji), likwidu abjad li jservi bħala sors ewlennija ta' nutrizzjoni taż-żgħar tagħhom. Il-monotremati li ddiverġew minn kmieni ħafna mil-mammiferi 'l oħrajn, għalkemm m' għandhomx beżżula jew nipil minn fejn inixxi l-ħalib, xorta waħda mgħamra bil-glandoli mammarji u jipproduċu l-ħalib għal-wild tagħhom.

Fisjoloġija tal-Mammiferi[editja]

Endotermija[editja]

Kważi l-mammiferi kollha huma endotermiċi u l-biċċa l-kbira tagħhom huma magħmra bix-xagħar, pil, suf jew fer biex jgħinhom iżommu sħan. Il-mammiferi bħall-għasafar jistgħu jkunu attivi f' temp u klimi kesħin fejn rettili u insetti kbar ma jistgħux.

L-Endotermija titlob ħafna enerġija, b' hekk meta mammiferu jkun imqabbel ma rettilu tal-istess piż għandu bżonn jiekol hafn' aktar minn dan tal-aħħar. Dan jidher 'l aktar fil-mammiferi insettivori ż-żgħar fejn l-ammont ta' ikel li jieklu huwa enormi meta ikkumparat mad-daqs tagħhom.

Eċċezzjoni rari għal dan kollu huwa l-far talpa erwien li huwa mammiferu ektotermiku (demmu kiesaħ). L-għasafar huma endotermiċi ukoll, b' hekk l-endotermija m'hijiex fattur esklusivament tal-mammiferi.

Intelliġenza[editja]

F' mammiferi intelliġenti, bħal pereżempju il-primati, iċ-ċerebru (il-parti prinċipali tal-moħħ) huwa relativament akbar meta mqabel mal-kumplament tal-moħħ. L-intelliġenza fija infisha m' hijiex faċli biex tiddefinija, iżda indikazzjoni ta' intelliġenza tinkludi l-abilita tat-tagħlim, flimkien mal-flessibilita fl-imġieba. Pereżempju il-firien, huma kkunsidrati bħala mammiferi intelliġenti ħafna għax kapaċi jitgħalmu u jtemmu biċċa xogħol ġdida, abilita importanti meta huma jikkolonizzaw abitat jew ambjent ġdid. F' uħud mil-mammiferi, l-qabda, l-ġabra, u l-ħażna tal-ikel tidher relatata mal-intelliġenza: iċ-ċerv li jiekol il-pjanti għandu moħħu relativament iżgħar minn dak ta' qattus li jrid jaħseb kif ħa jagħmel biex jgħeleb il-priża tiegħu.[2]

Struttura soċjali[editja]

Lokomozzjoni[editja]

Il-mammiferi kollha evolvew minn antenati b' 4 saqajn. Dawn jużgħu riġlejhom u dirgħajhom kemm għal-mixi, għal-għawm, għal-qbiż, għat-tajran, għat-tħaffir, kif ukoll għat-tixbit.

Uħud mill-mammiferi għandhom swaba li jkabbru d-dwiefer u l-hwiefer biex jixxabtu u jiġru rispettivament filwaqt li l-mammiferi akkwatiċi jew tal-baħar bħal balieni, dniefel u bumerini għandhom pinen li evolvew minn riġlejn u digħrajn.

Terrestri jew fuq l-art[editja]

L-ispeċjalizzazzjoni fil-preferenza tal-abitat kienet akkumpanjata ma' ħafna adattazzjonijiet fil-lokomozzjoni. Il-mammiferi terrestri għandhom numru ta' modi differenti ta' progressjoni u tħarrik. L-istokk tal-mammiferi primittivi kien jimxi b' mod plantigrad, iġifieri, bid-diġitali (l-għadam tas-swaba), bl-għadam tas-sieq in-nofsanija u b' xi partijiet mill-għakset is-sieq u l-polz ċatti jew imissu mal-art. Ir-riġlejn tal-mammiferi ambulatorji huma tipikament mobbli u għandhom kapaċità ta' rotazzjoni konsiderevoli.

Kursorjali/Ġerrejja[editja]

Il-mammiferi mmodifikati għall-ġiri jissejħu kursorji. Il-qagħda ta' speċi kursorji tista tkun jew diġitigradali (bid-diġitali kompletament imissu mal-art bħal fil-klieb u l-qtates) jew unguligradali (il-ponot tad-diġitali biss bil-kuntatt mal-art bħal fiż-żwiemel u ċ-ċriev). Fi gruppi avvanzati il-moviment tar-riġlejn ikun il-quddiem u lura fuq pjan wieħed.

Saltatorjali (Rikoċetali) jew Qabbiżija[editja]

Il-lokomozzjoni saltatorjali (xi kultant imsejjħa rikoċetali ukoll) jew qabbiżija, evolvit kemm il darba f' bosta gruppi ta' mammiferi mhux relatati (eż. uħud mil-marsupjali, il-lagomorfi, u bosta gerriema ta' nisel indipendenti). Din it-tip ta' lokomozzjoni tinsab mifruxa l-aktar fost dawk l-speċi li jgħixu f' abitat jew f' ambjent miftuħ. Il-Mammiferi qabbiżin normalment ikunu mgħammrin b' par saqajn ta' wara tawwalin u plantigradi, b' par idejn qosra, u b' denb twil ħafna għal bilanċ. L-evoluzzjoni konverġenti fl' adattament għal dan it-tip ta' abitat partikolari, ikkontribwixxit ħafna fix-xebħ ekoloġiku tal-fawna tal-mammiferi f' bosta reġjuni.

Graviportali[editja]

Bosta speċi ta' mammiferi minn ordnijiet differeneti kisbu piż u daqs enormi (eż. l-iljunfanti, l-ippopotami u r-rinoċerontijiet). Dawn il-mammiferi, ikkonverġew kollha kemm huma għal tip ta' mixi tqil u goff, lokomozzjoni speċjalizzata magħrufa bħala lokomozzjoni graviportali. F' dawn l-ispeċi ma kienx hemm tnaqqis fin-numru tas-swaba u dawn qegħdin mifruxin f' ċirku madwar il-fus tar-riġel bħal pedestal ta' kolonna u dankollu għas-support massimu u totali.[3]

Fossorjali jew taħt l-art[editja]

Skansorjali jew tixbit mal-irdum u fis-siġar[editja]

Rdumija/tixbit mal-irdum[editja]
Siġrija(Arborea)/tixbit fis-siġar[editja]

Akkwatika jew fl-ilma[editja]

Fil-klassi Mammalia hemm bosta speċi li huma totalment jew semi-akkwatiċi. L-ordni Sirenja (li jiġbor fiħ il-baqar tal-baħar, speċi erbivori jew mammiferi li jieklu l-pjanti), l-ordni Ċetaċea (li jiġbor fiħ il-balieni, d-dniefel u l-foċeni, speċi karnivori) u l-lontra tal-baħar jew kif tissejjaħ ukoll ottarja tal-baħar (speċi b' dieta bbażata fuq ħut u invertebrati tal-baħar li tagħmel parti mill-ordni Karnivora) huma 3 gruppi totalment akkwatiċi u huma dippendenti għal-ambjent tal-ilma kemm għal-support mekkaniku kif ukoll għall-insulazzjoni termali tul l-istadji kollha ta' ħajjithom saħħansitra anke waqt it-twelied tal-frieħ.

Filwaqt li uħud mill-ispeċi semi-akkwatiċi (eż. il-lontri, il-griedem ta' geddumhom twil tal-ilma u l-far tal-misk tal-ilma), baqgħu simili ħafna tal-ispeċi terrestri li huma relatati fil-qrib tagħhom, l-ispeċi semi-akkwatiċi tal-familji Odobenidae (morsa jew walrus), Otariidae(bumerini tal-widnejn) u Phocidae (bumerini ta' veru), kellhom bidla morfoloġika radikali tant li jitilgħu lura fuq l-art għal żmien qasir tan-ngħamra u għat-twelied u t-trobbija tal-frieħ.

Grazzi għall-ispinta statika li joffri l-ilma, l-baleni evolvew fl-akbar mammiferi u fl-akbar annimali li qatt eżistew fuq wiċċ id-dinja.

Ajrubatika jew fl-ajru[editja]

Il-farfett il-lejl Corynorhinus townsendii waqt titjira
Tajran[editja]

L-uniċi mammiferi li ġie osservat fihom it-tajran ta' veru, huma l-ispeċi kollha tal-ordni Kiroptera, li huwa maqsum f' 2 sottordijiet; il-Mikrokiroptera li jilqa fih il-biċċa l-kbira tal-ispeċi (madwar 80%) li jissejjħu friefet il-lejl u l-Megakiroptera li jilqa fih il-kumplament tal-ispeċi li jissejjħu volpijiet li jtiru jew volpijiet tal-ajru. L-ordni Kiroptera huwa wieħed mill-aktar ta' suċċess u jinkludi fih madwar 20% (kważi 1 minn kull 5 mammiferi) tal-ispeċi tal-klassi Mammalia.

Planar[editja]

Il-mammiferi bħall-planaturi marsupjali tal-ordni Diprodonzja, l-iskojjatli li jtiru jew skojjatli tal-ajru tal-ordni Rodenzja u l-kolugi tal-ordni Dermoptera huma meqjusa aktar jew jaqagħu fil-klassifikazzjoni tal-mammiferi planaturi.

Dieta[editja]

It-Tigra Panthera tigris eżempju ċar ta' mammiferu karnivoru

Biex tinżamm it-temperatura tal-ġisem il-ħin kollu għolja f' termini ta' enerġija din tiġi għalja, b' hekk il-mammiferi għandhom bżonn dieta nutrijenti u abbundanti. Filwaqt li l-ewwel mammiferi kienu probabilment predaturi, minn dak iż-żmien 'l hawn ħafna speċi biex jissodisfaw il-bżonnijiet dietetiċi tagħhom adattaw ruħhom f' modi differenti. Uħud jieklu annimali oħra u din tissejjaħ dieta karnivora li tinkludi fija id-dieta insettivora. Mammiferi oħrajn, 'l hekk imsejjħa erbivori, jieklu il-pjanti. Din id-dieta erbivora tinkludi fija sottotipi ta' dieti speċjalizzati bħal pereżempju dik frottivora (annimali li jieklu l-frott) u dik folivora (annimali li jieklu l-weraq). Il-mammiferi omnivori huma l-ispeċi kollha li kapaċi jieklu t-2 li huma kemm annimali oħrajn kif ukoll pjanti.

Il-mammiferi karnivori għandhom apparat diġestiv sempliċi, dan għaliex il-proteini, il-lipidi u l-minerali misjuba fil-laħam f' termini ta' diġestjoni ma għandhom bżonn xejn speċjali. Minn naħa 'l oħra l-pjanti, magħmula minn karbodrati kumplessi, bħaċ-ċellulosa. L-apparat diġestiv ta'l- erbivori b'hekk huwa mgħammar b' batteri li kapaċi jiffermentaw dawn is-sustanzi u b' hekk vijabli għad-diġestjoni. Dawn il-batteri jkunu miżmuma jew fi stonku maqsum f' ħafna kavitajiet jew f' musrana għamja kbira. Ġeneralment id-daqs tal-annimal huwa fattur li jiddetermina it-tip ta' dieta tal-ispeċi ikkonċernata. Peress li l-mammiferi żagħar għandhom proporzjon għolja ta' superfiċi li titlef is-sħana meta mqabla mal-volum li jiġġenera s-sħana, dawn għandhom tendenza li jkollhom bżonn kwantita kbira ta' enerġija u rata metabolika għolja ħafna.

Il-mammiferi li jiżnu bejn wieħed u ieħor anqas minn 500 gramma huma ġeneralment insettivori għax mhumiex kapaċi jittoleraw il-proċess tant bil-mod u kumpless ta' erbivoru. Minn naħa 'l oħra annimali akbar jiġġeneraw aktar sħana u tintilef ħafn' anqas faċilment, b' hekk dawn kapaċi jittoleraw jew proċess ta'kaċċa aktar moderata (dawk li jikkaċċaw fuq vertebrati akbar) jew proċċess ta' diġestjoni aktar bil-mod (dawk li għandhom dieta erbivora). Madankollu hemm ta' minn iżid, li l-mammiferi li jiżnu 'l fuq minn 500 gramma m' humiex kapaċi jaqbdu biżżejjed insetti matul is-sigħat li jkunu attivi biex isostnu lilhom infushom.

L-uniċi mammiferi insettivori kbar huma dawk li jikkaċċaw fuq kolonji enormi ta' insetti, bħal tan-nemel u t-termiti.[2]

Storja tal-Evoluzzjoni tal-Mammiferi[editja]

Il-kronoloġija evoluttiva tal-mammiferi.

L-evoluzzjoni tal-mammiferi minn sinapsidi, magħarufin ukoll bħala rettili qieshom mammiferi, kien proċess gradwali li ħa bejn wieħed u ieħor 70 miljun sena, mil-Permjan nofsani sal-Ġurassiku nofsanu u sa nofs it-Trijassiku kien hemm ħafna speċi li fid-dehra kienu qieshom mammiferi. Ta' minn jinnota ukoll li s-sinapsidi m' humiex affattu rettili, iżda jagħmlu parti minn fergħa distinta tat-tetrapodi.

Mammaliaformes

Adelobasileus


void

Sinocodon


void

Morganucodon


void

Docodonta


void

Hadrocodium



Mammalia







Stadji prinċipali fl-evoluzzjoni tal-Mammiferi[editja]

l-istruttura oriġinali tal-kranju tas-sinapsidi għandha toqba waħda fuq in-naħa ta' wara ta' kull għajn, f' pożizzjoni kemxejn baxxa (f'din l-istampa qegħdha fil-baxx fuq il-lemin).

L-ewwel vertebrati kompletament terrestri kienu amnijoti, il-bajd tagħhom kellhom membrani interni li permess tagħhom l-embrijuni kienu jkunu jistgħu jieħdu l-arja, iżda mingħajr ma jitlilfu l-ilma minn ġewwa. Dan kollu ippermetta lill-amnijoti li jkunu jistgħu jbidu fuq l-art xotta, filwaqt li l-amfibjani ġeneralment għandhom bżonn ibidu l-bajd tagħhom fl-ilma.

L-ewwel amnijoti apparentement dehru għall-ewwel darba tard fil-Karboniferu. Fi ftit miljuni ta' snien inħolqu 2 fergħat distinti u ferm importanti ta' amnijoti: is-sinapsidi, minn liema iddixxendew il-mammiferi u s-sawropsidi, minn liema iddixxendew il-gremxul, is-sriep, il-kukudrilli, d-dinosawri u l-għasafar.[4] l-istruttura oriġinali tal-kranju tas-sinapsidi għandha toqba waħda fuq in-naħa ta' wara ta' kull għajn, f' pożizzjoni kemxejn fil-baxx.

Grupp wieħed partikolari ta' sinapsidi, il-pelikosawri, kienu l-aktar vertebrati komuni fuq wiċċ l-art fil-bidu tal-Permjan u l-grupp kien jinkludi fih l-akbar annimali terrestri ta' dak iż-żmien.[5]

It-terapsidi ddixxendew mil-pelikosawri fil-Permjan nofsani madwar 250 miljun sena ilu, u dawn ħadu l-pożizzjoni ta' vertebrati terrestri dominanti. It-terapsidi kienu jiddistingwu ruħhom mil-pelikosawri b' diversi fattizzi fil-kranju u fix-xedaq, bħal tieqa temporali akbar u inċisivi li kienu tal-istess daqs[6]. It-terapsidi għaddew minn serje twila ta' stadji, minn dawk l-ispeċi tal-bidu li kienu jixbħu l-antenati tagħhom il-pelikosawri, għal dawk tal-aħħar li kienu s-sinodonti tat-Trijassiku, li uħud minn dawn huma simili ferm tal-mammiferi:

  • żvilupp gradwali ta' għadma bħala palat sekondarju.[7]
  • id-dentarja gradwalment saret l-għadma prinċipali tax-xedaq ta' isfel.
  • progress lejn pożizzjoni eretta tas-saqajn, dan żied l-istamina fl-annimal billi kien evitat l-isforz ta' Carrier (lokomozjoni partikolari li ma kull pass il-ġisem jiċċaqlaq min-naħa għal oħra u b' dan il-moviment jitgħaffeġ il-pulmuni alternattivament), iżda dan il-proċess kien twil u bil-mod ħafna u sa ċertu punt sar b' mod ħażin: it-terapsidi erbivori kollha żammew saqajn miftuħin 'il barra (ftit mil-forom tal-aħħar biss kellhom saqajn semi eretti); it-terapsidi karnivori ta' żmien il-Permjan kellhom is-saqajn ta' quddiem miftuħin u oħrajn minn żmien tard fil-Permjan kellhom is-saqajn ta' wara semi eretti. Infatti il-qagħda tas-saqajn tal-monotremati moderni għadha semi miftuħa sa llum il-ġurnata.
  • fit-Trijassiku, sar progress lejn xedaq u widna nofsanija viċin aktar bħal dawk tal-mammiferi.
  • hemm possibilita ta' evidenza ta' xagħar f' terapsidi tat-Trijassiku, iżda fl' ebda terapsidi tal-Permjan.
  • uħud mix-xjentisti argumentaw ukoll li ftit mit-terapsidi tat-Trijassiku juru sinjali ta' lattazzjoni.

L-Estinzjoni tal-Permjan u t-Trijassiku temmet id-dominanza tat-terapsidi u kmieni fit-Trijassiku in-niċeċ kollha tal-annimali terrestri ta' daqs medju għal dawk kbar ġew meħuda mill-arkosawri, li kienu l-anntenati tal-kukudrilli, pterosawri, dinosawri u tal-għasafar. Wara din il' "bidla Trijassika" is-sinodonti u d-dixxendenti tagħhom setgħu jgħixu biss primarjament fi ftit niċeċ bħala annimali insettivori ta' daqs żgħir u notturni (attivi prinċimalment matul il-lejl).[8] Filfatt jista jagħti l-każ li dan kollu għen biex tkun aċċelerata l-evoluzjoni tal-mammiferi (eż., is-sinodonti li ssopravivew u d-dixxendenti tagħhom kellhom jevolvu lejn l-endotermija dan għaliex id-daqs żghir tagħhom kien jitlef is-sħana malajr speċjalment huma li kienu attivi prinċipalment matul il-lejl).

L-ewwel mammfieri ta' veru dehru għall-ewwel darba kmieni fil-Ġurassiku, aktar minn 70 miljun sena wara id-dehra tal-ewwel terapsidi u bejn wieħed u ieħor 30 miljun sena wara l-ewwel speċi tal-grupp bla rank tal-Mammaliaformes. Ħadrokodjum jidher biċ-ċar li kien f' nofs it-transizzjoni lejn stat ta' mammiferu ta' veru u nfatti dan kien mgħammar bil-ġog tax-xedaq bħal tal-mammiferi (magħmul mid-dentarja u l-għadam skwamosali, iżda hemm dibattiti għaddejjin fuq jekk il-widna nofsanija hijiex kompletament bħal tal-mammiferi).[9]

Tejnolofos (Teinolophos) li huwa L-ewwel monotremat magħruf xjentifikament, kien jgħix madwar 123 miljun sena ilu fl-Awstralja. Hemm probabilita li uħud mill-fattizzi tal-monotremati ġew immwirta mill-amnijoti oriġinali:

  • jużaw l-istess fetħa biex jurinaw, jippurgaw u jirriproduċu (fil-fatt "monotremat" tfisser "b' toqba waħda") bħal ma jagħmlu l-gremxul u l-għasafar.
  • ibidu bajd li minn barra jixbaħ il-ġild bħal dawk tal-gremxul, tal-fkieren u tal-kukudrilli.

Għad-differenza ta' mammiferi oħrajn, il-monotremati nisa ma għandhomx bżieżel u jisqu liż-żagħar tagħhom billi fil-veru sens tal-kelma "jorgħqu" l-ħalib minn irqajja fuq iż-żaqq.

L-eqdem marsupjal magħruf xjentifikament huwa Sinodelfis (Sinodelphys) li kien misjub f' ġebla sedimentarja ta' żmien il-Kretaċeju ta' madwar 125 miljun sena ilu, fil-Provinċa ta' Liaoning fil-Grigall taċ-Ċina. Il-fossilu instab kważi komplut b' troffof tax-xagħar u stampar tat-tessut organiku artab.[10]

Eomaia scansoria, l-eqdem plaċentat magħruf xjentifikament.

L-Ewterjani ("bhejjem ta' veru") huma kollha plaċentati, iżda l-għeqdem ewterjan magħruf, Eomaja (Eomaia), li kien misjub madwar 125 miljun sena ilu, fiċ-Ċina ukoll, għandu uħud mil-fattizzi jibħu jew qieshom aktar bħal dawk tal-marsupkali (il-metaterjani ħajjin):[11]:

Sfortunatament għadu mhux ċert meta il-mammiferi plaċentati evolvew - l-għeqdem fossilu plaċentat magħruf u ndisputibli ġej minn kmieni fil-Paleoċen, wara l-estinzjoni tad-dinosawri.[12]

Il-mammiferi u l-kważi-mammiferi espandew u nfirxu l' barra min-niċċa ta' insettivori notturni minn nofs il-Ġurassiku l' quddiem, pereżempju Kastorokawda (Castorocauda) kellu adattazzjonijiet għall-għawm, għat-tħaffir u għal-qbid tal-ħut.[13]

Tradizzjonalment kien maħsub li fiċ-Ċenożojku wara l-estinzjoni tad-dinosawri, l-mammiferi kienu ħadu lura in-niċeċ ekoloġiċi tal-annimali medji u kbar, iżda wara dan iddersifikaw vera malajr, (eż., l-għeqdem speċi ta' farfett il-lejl magħruf xjentifikament huwa ta' madwar 50 miljun sena ilu, dan 15-il miljun sena biss wara l-estinzjoni tad-dinosawru~dinosawri.[14]

Minn naħa l' oħra studji reċenti fil-filoġenetika molekolari indikaw li l-biċċa l-kbira tal-ordnijiet tal-plaċentati infirdu bejn 100 u 85 miljun sena ilu, iżda urew ukoll li l-familji moderni dehru għal-ewwel darba bejn tard fl-Eoċen u kmieni fil-Mijoċen.[15] Il-paleontoloġisti pero objettaw li 'l ebda foddilu tal-plaċentati ma nstab qabel it-tmiem tal-Kretaċju.[16]

Matul iċ-Ċenożojku tfaċċaw ħafna gruppi ta' mammiferi li kienu ħafna akbar mill-eqreb ekkwivalenti moderni, iżda 'l ebda speċi minnhom ma kienet tlaħħaq jew tqarreb id-daqs tal-akbar dinosawru li kellhom l-istess jew tipi ta' dieti simili.

L-Ewwel apparenza tal-fattizzi tipiċi tal-Mammiferi[editja]

Il-fossili ta' Ħadrokodjum (Hadrocodium), liema huma ddatati bħala minn kmieni fil-Ġurassiku, jipprovdu l-ewwel evidenza ċara ta' ġogi kompletament żviluppati bħal dawk tal-mammiferi ta' veru.

Ġie ssuġġerit ukoll li l-funżjoni oriġinali tal-lattazzjoni (il-produzzjoni tal-ħalib) kienet oriġinat biex jinżamm il-bajd niedi u ħafna minn dan l-argument huwa bbażat fuq il-monotremati (il-mammiferi li jbidu l-bajd).:[17][18][19]

L-ewwel evidenza ċara ta' xagħar, suf, fer jew pil hija visibli fil-fossili ta' Kastorokawda (Castorocauda), minn ta' madwar 164miljun sena ilu mil-Ġurassiku nofsani. Mill-1955 il' quddiem ix-xjentisiti bdew jinterpretaw il-foramina (il-passaġġi) fil-maxillae (ix-xedaq ta' fuq) u l-premaxillae (għadmiet żagħar fuq il' quddiem tal-maxillae) fis-sinodonti bħala passaġġi minn fejn jgħaddu l-kanali tad-demm u n-nervituri tal-vibrissae (il-mustaċċi) u b' hekk issuġġerew li din hija evidenza ta' xagħar suf, fer u pil.[20][21] Iżda il-foramina ma' turix neċċessarjament il-preżenza ta' vibrissae - pereżempju il-gremxula moderna Tupinambis għandha foramina kważi identika jew l-istess bħal dik misjuba fil-fossilu tas-sinodont mhux mammiferu Trinaksodon (Thrinaxodon).[22][23]

L-evoluzzjoni tas-saqajn dritti taħt il-ġisem fil-mammiferi m' hijiex kompluta u fil-monotremati kemm f' dawk fossili kif ukoll f' dawk ħajjin is-saqajn għadhom miftuħin il' barra. Fil-fatt uħud mix-xjentisti jaħsbu li l-pożizzjoni jew il-qagħda parasaġittali tas-sieq hija sinapomorfija (karatteristika li tingħaraf) tal-mammiferi fil-grupp Boreosphenida, li jagħmlu parti minnhu t-terjani u b' hekk jinkludi fih l-aħħar antenat komuni tal-marsupjali u l-plaċentati moderni, dan kollu jfisser li l-mammiferi kollha ta' qabel dan l-antenat kienu magħmra b' saqajn miftuħin.[24] Sinodelfis (Sinodelphys) li huwa l-eqdem metaterjan jew marsupjial magħruf u Eomaja (Eomaia) li huwa l-eqdem ewterjan jew plaċentat magħruf kienu jgħixu madwar 125 miljun sena ilu, b' hekk huwa magħruf li s-saqajn dritti taħt il-ġisem fil-mammiferi żgur ġew evoluti minn qabel.

Bħalissa għadu diffiċli ħafna biex wieħed ikun konfidenti biżżejjed u jgħid meta l-endotermija dheret eżatt għal-ewwel darba fl-evoluzzjoni tal-mammiferi. Il-monotremati moderni għandhom have a lower body it-temperatura tal-ġisem aktar baxxa u r-rata tal-metaboliżmu aktar varjabli minn dik tal-marsupjali u tal-plaċentati.[25]. B' hekk il-mistoqsija il-kbira hija meta kien evolut metaboliżmu bħal dak tal-monotremati fil-mammiferi. L-evidenza li nstabet sal-llum il-ġurnata tissuġġerixxi li s-sinodonti tat-Trijassiku segħta kellhom ir-rati tal-metaboliżmu ogħljin, imma din m' hijiex konklusiva, dan għaliex huwa ferm diffiċli biex jintwera kif annimali żagħar migħajr pil jistgħu jżommu t-temperatura tal-ġisem ogħlja u stabli u m'hemmx evidenza ċerta ta' pil qabel Kastorokawda (Castorocauda), u dan kien madwar 164 miljun sena ilu.

Klassifikazzjoni[editja]

Aktar minn 70% tal-ispeċi mammiferi jagħmlu parti mill-ordnijiet Rodentia (blu), Chiroptera (aħmar) u Soricomorpha (isfar)

Il-"Principles of Classification and a Classification of Mammals" (AMNH Bulletin v. 85, 1945) ta' George Gaylord Simpson kien is-sorsi oriġinali tat-tassonomija lis-segwi hawn taħt.

Simpson firex is-sistematika tal-oriġini tal-mammiferi u rrelazzjonijiet li kienu universalment mgħalma sa l-aħħar tas-seklu 20. Mil-klassifikazzjoni ta' Simpson, ir-rekord paleontoloġiku ġie rikalibrat u fis-snien ta' wara kien hemm ħafna dibattitu u progress fejn issaħħaħ l-argument li kien jikkonċerna it-teorija tas-sistematazzjoni infisha mil-qiegħ, parzjalment bid-dħul tal-kunċett il-ġdid tal-kladistika.

Għalkemm ir-riċerka gradwalment għamlet il-klassifikazzjoni ta' Simpson antikwata, din baqat 'l eqreb xogħol ta' klassifikazzjoni uffiċjali tal-mammiferi.

Klassifikazzjoni fit-Testi tal-Kotba Standardizzati[editja]

Din hija s-sistema ta' klassifikazzjoni standardizzata li ġiet adottata fit-testi tal-kotba tal-mammoloġija fl-iskejjel. It-tassonomija t' hawn taħt tal-mammiferi estanti u ta' dawk estinti reċentement hija ta' Vaughan et al. (2000).

Klassifikazzjoni ta' McKenna/Bell[editja]

Fl-1997, il-mammiferi ġew riveduti komprensivament minn Malcolm C. McKenna u Susan K. Bell. Dan ix-xogħol irrisulta fil-Klassifikazzjoni McKenna/Bell "McKenna/Bell classification".

Il-McKenna and Bell, Classification of Mammals: Above the species level, (1997) hija 'l aktar biċċa xogħol komprensiva sa llum il-ġurnata fuq is-sistematika, r-relazzjonijiet u l-okkorrenza tat-taksa tal-mammiferi kollha estinti u estanti, 'l isfel sar-rank jew livell ta' ġeneru. Il-klassifikazzjoni l-ġdida ta' McKenna/Bell ġiet aċċettata malajr mil-paleontoloġisti. L-awturi jaħdmu flimkien bħala paleontoloġisti fl-American Museum of Natural History f' New York. McKenna wiret il-proġett minn Simpson u flimkien ma Bell, bena sistema ġerarkika kompletament aġġarnata li tkopri kemm taksa estanti (ħajjin) kif ukoll estinti li tirrifletti il-ġenealoġija storika tal-klassi Mammalia.

Il-ġerarkija McKenna/Bell telenka it-termini kollha użati għal gruppi tal-mammiferi fuq il-livell ta' speċi u tinkludi mammiferi estinti kif ukoll gruppi moderni u tintroduċi distinzjonijiet bħal leġjuni u sottoleġjuni (rankijiet li jaqgħu bejn il-klassijiet u l-ordnijiet]]) li ħafna drabi jitħallew barra minn dawk mhux profesjonisti.

Ir-riklassifikazzjoni tifforma kemm rekord komprensiv kif ukoll awtoritativ tal-ismijiet u l-klassifikazzjonijiet approvati u lista tal-ismijiet invalidi.

Il-Gruppi estinti huma rrappreżentati bis-sinjal (†).

Klassifikazzjoni Molekulari tal-Mammiferi Plaċentati[editja]

Dawn l-aħħar snin, studji molekulari bbażati fuq analiżi tad-DNA issuġġerew relazzjonijiet ġodda bejn il-familji fil-klassi tal-mammiferi. Il-biċċa l-kbira ta' dawn tas-sejbiet ġew imsaħħa mid-dejta presenti/assenti tar-Retrotranspożju. L-aktar sistemi ta' klassifikazzjoni reċenti bbażati fuq studji molekulari pproponew 4 gruppi jew insla ta' mammiferi plaċentati. L-arloġġi molekulari issuġġerew li dawn il-kladi nfirdu minn antenati komuni kmieni fil-Kretaċju, iżda fossili biex isaħħu din l-ipotesi ma' nstabux, biss ta' minn jgħid ukoll li dawn is-sejbiet molekulari huma konsistenti maż-żuġeografija:

Following molecular DNA sequence analyses, the first divergence was that of the Afrotheria 110–100 million years ago. The Afrotheria proceeded to evolve and diversify in the isolation of the African-Arabian continent. The Xenarthra, isolated in South America, diverged from the Boreoeutheria approximately 100–95 million years ago. According to an alternative view, the Xenarthra has the Afrotheria as closest allies, forming the Atlantogenata as sistergroup to Boreoeutheria. The Boreoeutheria split into the Laurasiatheria and Euarchontoglires between 95 and 85 mya; both of these groups evolved on the northern continent of Laurasia. After tens of millions of years of relative isolation, Africa-Arabia collided with Eurasia, exchanging Afrotheria and Boreoeutheria. The formation of the Isthmus of Panama linked South America and North America, which facilitated the exchange of mammal species in the Great American Interchange. The traditional view that no placental mammals reached Australasia until about 5 million years ago when bats and murine rodents arrived has been challenged by recent evidence and may need to be reassessed. These molecular results are still controversial because they are not reflected by morphological data, and thus not accepted by many systematists. Further there is some indication from Retrotransposon presence/absence data that the traditional Epitheria hypothesis, suggesting Xenarthra as the first divergence, might be true.

Sistema ta' klassifikazzjoni użata f'artikli relatati[editja]

Din ta' hawn taħt hija is-sistema ta' klassifikazzjoni li ġiet adottata għal użu f'artikli relatati.

Referenzi[editja]

  1. ^ Mammal Species of the World, Baltimore, Johns Hopkins University Press, 2 volumi (2142 pġ.), 2005. ISBN 978-0-8018-8221-0
  2. ^ a b Animal: The Definitive Visual Guide to the World's Wildlife, 1el ed. DK Publishing, 2001. pġ. 86-89 ISBN 978-0-7894-7764-4
  3. ^ "mammal." Encyclopædia Britannica. Edizzjoni Standard. Chicago: Encyclopædia Britannica, 2007.
  4. ^ (Ingliż) Amniota - Palaeos
  5. ^ (Ingliż) Synapsida overview - Palaeos
  6. ^ (Ingliż) Therapsida - Palaeos
  7. ^ D.M. Kermack, The evolution of mammalian characters, Croom Helm1984, 079915349
  8. ^ (Ingliż) Cynodontia: Overview - Palaeos
  9. ^ (Ingliż) Symmetrodonta - Palaeos
  10. ^ Oldest Marsupial Fossil Found in China. National Geographic News lingwa=Ingliż, 15-12-2003
  11. ^ (Ingliż) Eomaia scansoria: discovery of oldest known placental mammal
  12. ^ Dinosaur Extinction Spurred Rise of Modern Mammals
  13. ^ (Ingliż) Jurassic "Beaver" Found; Rewrites History of Mammals
  14. ^ Rogue finger gene got bats airborne
  15. ^ {{{titlu}}}.
  16. ^ Dinosaur Extinction Spurred Rise of Modern Mammals
  17. ^ {{{titlu}}}.
  18. ^ {{{titlu}}}.
  19. ^ Lactating on Eggs
  20. ^ {{{titlu}}}.
  21. ^ T.S. Kemp, Mammal-like reptiles and the origin of mammals, Londra, Academic Press1982, pġ. 363
  22. ^ Bennett, A. F. and Ruben, J. A. (1986) "The metabolic and thermoregulatory status of therapsids"; pp. 207-218 in N. Hotton III, P. D. MacLean, J. J. Roth and E. C. Roth (eds), "The ecology and biology of mammal-like reptiles", Smithsonian Institution Press, Washington.
  23. ^ {{{titlu}}}.
  24. ^ {{{titlu}}}.
  25. ^ G.S. Paul, Predatory Dinosaurs of the World, New York, Simon u Schuster1988, pġ. 464

Biblijografija[editja]

  • Bergsten, Johannes. February 2005. "A review of long-branch attraction". Cladistics 21:163–193. (pdf version)
  • McKenna, Malcolm C., and Bell, Susan K. 1997. Classification of Mammals Above the Species Level. Columbia University Press, New York, 631 pp. ISBN 0-231-11013-8
  • Nowak, Ronald M. 1999. Walker's Mammals of the World, 6th edition. Johns Hopkins University Press, 1936 pp. ISBN 0-8018-5789-9
  • Simpson, George Gaylord. 1945. "The principles of classification and a classification of mammals". Bulletin of the American Museum of Natural History, 85:1–350.
  • William J. Murphy, Eduardo Eizirik, Mark S. Springer et al., Resolution of the Early Placental Mammal Radiation Using Bayesian Phylogenetics,Science, Vol 294, Issue 5550, 2348-2351 , 14 December 2001.
  • Springer, Mark S., Michael J. Stanhope, Ole Madsen, and Wilfried W. de Jong. 2004. "Molecules consolidate the placental mammal tree". Trends in Ecology and Evolution, 19:430–438. (pdf version)
  • Vaughan, Terry A., James M. Ryan, and Nicholas J. Capzaplewski. 2000. Mammalogy: Fourth Edition. Saunders College Publishing, 565 pp. ISBN 0-03-025034-X (Brooks Cole, 1999)
  • Wilson, Don E., and Deeann M. Reeder (eds). 1993. Mammal Species of the World, 2nd edition. Smithsonian Institution Press, 1206 pp. ISBN 1-56098-217-9
  • Jan Ole Kriegs, Gennady Churakov, Martin Kiefmann, Ursula Jordan, Juergen Brosius, Juergen Schmitz. (2006) Retroposed Elements as Archives for the Evolutionary History of Placental Mammals. PLoS Biol 4(4): e91.[1]
  • Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.

Ħoloq esterni[editja]