Proboscidea
| Proboscidea | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Filu: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Afrotheria |
| Ordni | |
Proboscidea huwa ordni ta' mammiferi placentati eżattament l-iljunfanti, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria, u fil-Klad Paenungulata.
Dan l-ordni magħmul minn 8 familji, Numidotheriidae (estinta), Moeritheriidae (estinta), Barytheriidae (estinta), Deinotheriidae (estinta), Mammutidae (estinta), Gomphotheriidae (estinta), Stegodontidae (estinta), u Elephantidae. Minn bosta ġeneri li għandu l-ordni Proboscidea, illum fadal 2 biss rappreżentati bi speċi ħajjin u dawn huma il-ġeneru Elephas (bi speċi 1) u l-ġeneru Loxodonta (b' 2 speċi).
Dan l-ordni flimkien ma' 2 ordnijiet oħra il-Hyracoidea u s-Sirenia, jiffurmaw il-Klad Paenungulata u dan ta' l-aħħar flimkien mal-Klad Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Iljunfant)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ordni Proboscidea
- Ordni Proboscidea
- Familja Numidotheriidae (estinta)
- Familja Moeritheriidae (estinta)
- Familja Barytheriidae (estinta)
- Familja Deinotheriidae (estinta)
- Familja Mammutidae (estinta)
- Familja Gomphotheriidae (estinta)
- Familja Stegodontidae (estinta)
- Familja Elephantidae (mammuti w iljunfanti)
- Ġeneru Elephas
- Ġeneru Loxodonta
- Ġeneru Mammuthus
- Mammut, Mammuthus primigenius (estint)
- Mammut Amerikan, Mammuthus columbi (estint)
[editja] Referenzi
- Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 90-91. ISBN 0-8018-8221-4.