Tupaja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Tupaji
Firxa tal-fossili: Tard fil-Paleocene - Riċenti
Anathana ellioti.jpg
Tupaja ta' Madras (Anathana ellioti)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Filu: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Scandentia
Wagner, 1855
Familiji

Tupaji huma mammiferi omnivori ta' daqs żgħir mifruxa mal-foresti tropikali fix-Xlokk tal-Asja. It-tupaji jiffurmaw żewġt familji Tupaiidae u Ptilocercidae u l-ordni kollu Scandentia. Hemm 20 speċi mifruxa ma' 5 ġeneri. It-tupaji għandhom l-għola rata ta' massa ċelebrali meta imqabbla ma' dik ta' ġisimhom, saħansitra akbar minn dik tal-bniedem.

Għalkemm imsejħa ġriedem ta' geddumhom twil tas-siġar, dawn m'humiex ġriedem ta' geddumhom twil ta' veru (għalkemm darba kienu klassifikati magħhom fl-ordni Insectivora) u mhux kollha jqattgħu ħajjithom fis-siġar. Fost affarijiet oħra t-tupaji huma uħud mill-ftit annimali li jieklu l-frotta tar-Rafflesia.

[editja] Klassifikazjoni

It-tupaji darba kienu jagħmlu parti mal-ordni Insectivora u wara, minħabba ċertu similaritajiet interni, mal-ordni Primates, ma' dan tal-aħħar kienu klassifikati bħala proxximji primittivi. Madanakollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li t-tupaja għandhom jiġu klassifikati f'ordni għalihom Scandentia u flimkien mal-ordnijiet Primates u Dermoptera, jiffurmaw il-klad Euarchonta. Il-klad Euarchonta tiġi oħt il-klad Glires u din hi ffurmata mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ gruppi jiffurmaw l-Euarchontoglires.

Euarchontoglires
Glires

Rodentia (ġrieden)



Lagomorpha (fniek, liepri, piki)



Euarchonta

Scandentia (tupaji)




Dermoptera (kolugi)




Plesiadapiformes



Primates (xadini)






[editja] Referenzi

  • Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). in Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104-109. ISBN 0-8018-8221-4..
  • Corbet, G.B. and J.E. Hill, 1992, The Mammals of the Indomalayan Region: a systematic review. Nat. Hist. Mus. Publ. and Oxford Univ. Press.
  • Payne, J., C.M. Francis, K. Phillipps, dan S.N. Kartikasari. 2000. Panduan Lapangan Mamalia di Kalimantan, Sabah, Sarawak & Brunei Darussalam. The Sabah Society, Wildlife Conservation Society-Indonesia Programme dan WWF Malaysia. ISBN 979-95964-0-8

[editja] Links Esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn