Chordata

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Chordata
Branchiostoma lanceolatum
Klassifikazzjoni xjentifika
Dominju: Eukaryota
Renju: Animalia
Sottorenju: Eumetazoa
Fergħa: Bilateria
Superphylum: Deuterostomia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: Subphyla

Il-Kordati (Chordata, Bateson 1885) jirrappreżentaw phylum ta' annimali li fih organiżmi ta' ħafna forom u komplessità, bħall-Vertebrati, l-Urokordati u ċ-Ċefalokordati. Dan il-phylum hu bbażat fuq struttura interna forma ta' bastun ta' support magħruf bħala notokorda.

L-Urokordati - jew Tunikati - huma oraniżmi żgħar tal-baħar, sessili u filtraturi, li jibdew bħala larvi planktoniċi li jeħlu ma' qiegħ il-baħar u meta jsiru adulti jiżviluppaw f'forma ta' borza miksija minn qoxra protettiva msejħa tunika. L-ascidiacea huma eżempju ta' dawn.

Iċ-Ċefalokordati, huma wkoll annimali tal-baħar, imma ġisimhom, twil minn 3 sa 5 ċm, għandu għamla tawwalija, bil-ponta fit-truf, qishom ħuta bir-ras mhux żviluppata. Huma għawwiema dagħjfa li jqattgħu l-parti l-kbira ta' ħajjithom iħaffru fir-ramel tal-kosti oċeaniċi, biex jindifnu u jieklu permezz tal-filtrazzjoni mill-parti ta' quddiem li jħallu barra r-ramel.

It-tielet grupp ta' Kordati hu rappreżentat mill-Kranjati, annimali li permezz ta' proċess ta' ċefalizzazzjoni żviluppaw ras distingwibbli sew mill-bqija tal-ġisem. Il-grupp tal-Kranjati fih il-missini (Myxini) ħajjin u s-subphylum tal-Vertebrati, organiżmi iżjed kumplessi li adattaw ruħhom għal kull tip ta' ambjent: ilma (il-ħut), arja (l-għasafar) u art (Anfibi, Rettili u Mammiferi).

Morfoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja li dawn it-tliet gruppi juru xi differenzi morfoloġiċi, meta nanalizzawhom iżjed bir-reqqa naraw li fir-realtà, huma iżjed qrib xulxin mill-punto di vista filoġenetiku. Infatti il-Kordati kollha b'simmetrija bilaterali, juru, almenu f'wieħed mill-fażijiet tal-iżvilupp tagħhom, xi sinapomorfiji, strutturi omoloġi ġejjin matul l-evoluzzjoni minn antenat wieħed komuni u juru l-parentela dritt minn għandu (takson monofiletiku).

Waħda minn dawn l-omolġiji, dik li tagħti l-isemm lill-phylum, hi l-korda dorsali jew in-notokorda. Din hi bastun f'nofs id-daħar magħmul minn materja elastika li fiha ċelluli għonja fil-glikoġenu. Jaġixxi ta' support u x'jiġri minnu matul l-iżvilupp ivarja skont il-grupp:

  • Fl-Urokordati hu preżenti biss fil-larva, fin-naħa tad-denb;
  • Fiċ-Ċefalokordati, qiegħed matul-ġisem u jibqa' matul ħajjithom;
  • Fl-Emiċefalokordati, l-embrijun għandu notokorda li testendi ma' tliet kwarti tal-ġisem barra r-ras. Fl-Agnatha (ħut bla xedaq) il-korda dorsali tibqa' hemm fl-istadju adult; fil-Gnathostomata, malajr jieħu posta l-iskeletru u ssir reġjun qasir ħafna wara d-Diencephalon;

Is-sistema nervuża tal-kordati tibda tieħu l-forma fuq id-dahar tal-korda fl-embrijun; l-ewwel tifforma, fuq id-denb, il-plakka newrali, li minnu jiżviluppa it-tubu newrali. Fil-vertebrati, fit-tarf oppost tat-tubu jifforma l-moħħ; fiċ-ċefalokordati, dan it-tarf isir ikbar biss. F'kull każ, in-nervi periferiċi jibdew mit-tubu newrali.

Fil-vertebrati, it-tubu newrali hu protett mill-vertebri, u l-moħħ hu protett mill-kranju. Is-segmenti tal-muskolu qegħdin wara xulxin u simmetrikament fil-ġnub tal-korda.

Tunikat tal-ġeneru Halocynthia

Fl-embrijun, it-tratt ta' wara tat-tubo diġerenti (li jissejjaħ ukoll il-farinġi brankjali) jikkomunika ma' barra permezz ta' xi fetħiet, li fil-każ tal-ħut jibqgħu hemm anki fl-istadju adult bħala garġi. Fil-kordati l-oħra matul l-iżvilupp jiġu sostitwiti mill-pulmun.

Fuq in-naħa ta' taħt tal-farinġi brankjali hemm radda msejħa d-doxxa brankjali. Din hi miksija bil-muku li jaġġixxi biex iżomm l-organiżmi mikroskopiċi ji jservu ta' ikel. Fil-vertebrati, id-doxxxa brankjali minflok, tinfired mit-tubu diġerenti biex tinbidel fit-tirojde.

Il-kordati kollha jixxibhu fil-fazi embrijonali u jesibixxu l-istess distribuzzjoni tal-organi (sistema nervuża, denb, aorta dorsali, tubu diġerenti u l-vaż tad-demm prinċipali, li hu il-qalb fil-każ tal-vertebrati). Fl-iżvilupp tal-embriju, il-morfoloġija tinbidel fl-ispeċi diversi.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Tassonomija[immodifika | immodifika s-sors]

Skeletru tal-baliena kaħla, l-ikbar annimal tad-dinja, barra l-Long Marine Laboratory tal-Università ta' California, Santa Cruz
Il-Bies, l-annimal l-iżjed veloċi fid-dinja

Tradizzjonalment Cephalochordata u Craniata kienu miġburin fil-klad "Euchordata", li kellu jkun il-grupp ħu Tunicata/Urochordata. Iżjed riċentement, Cephalochordata kien meqjus bħala grupp ħu "Olfactores", li jinkludi l-kranjati u t-tunikati. Il-kustjoni għadha mhijiex deċiża.

Din l-iskema ttieħdet mit-tielet edizzjoni ta' Vertebrate Palaeontology.[1] Il-kordarti invertebrati huma meħuda minn Fishes of the World.[2]

Waqt li hi mfassla biex tirrifletti r-relazzjonijiet evoluttivi (simili għal kladogramma), tirretieni fiha l-kategoriji tradizzjonali użati fit-tassonomija Linnejana.

Filoġenesi[immodifika | immodifika s-sors]

Chordata


Kladogramma tal-phylum Chordata. Il-linji juru r-relazzjonijiet evoluttivi probabbli, inklużi t-taksa estinti li huma mmarkati bi stallett, †. Xi wħud minnhom huma invertebri. The positions (relationships) of the kladi Cephalochordata, Tunicata, u Craniata huma kif dehru fir-rivista xjentifika Nature.
Chordata 
Cephalochordata

Amphioxus



Olfactores

Haikouella


Tunicata

Appendicularia (qabel Larvacea)



Thaliacea



Ascidiacea



Craniata

Myxini


Vertebrata

Myllokunmingia fengjiaoa



Zhongjianichthys rostratus



Conodonta



Cephalaspidomorphi



Hyperoartia (Petromyzontida)



Pteraspidomorphi



osteostracan




Placodermi† (?parafiletiku)



Chondrichthyes


Teleostomi

Acanthodii† (?parafiletiku)


Osteichthyes

Actinopterygii


Sarcopterygii
void
 Tetrapoda 

 Amphibia


 Amniota 

 Mammalia


 Sauropsida 
void

 Lepidosauromorpha (gremxul, sriep, tuwatari, u dawk l-annimali estinti li jiġu minnhom)





 Archosauromorpha (kukkudrilli, għasafar, u dawk l-annimali estinti li jiġu minnhom)















Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Benton, M.J. (2004). Vertebrate Palaeontology, Third Edition. Blackwell Publishing, 472 pp. L-iskema tal-klassifikazzjoni hi disponibbli fuq il-linja
  2. ^ Nelson, J. S., Fishes of the World, John Wiley and Sons, Inc, 2006, New York, ISBN 0-471-25031-7

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]