Annimal

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Animalia)
Annimal
Klassifikazzjoni xjentifika
SuperdomainBiota
SuperkingdomEukaryota
renju Animalia
Linnaeus, 1758

L-annimali huma organiżmi multi-ċellurali fir-renju bijoloġiku Animalia. Minbarra ċertu eċċezzjonijiet, l-annimali jikkonsmaw materjal organiku, jieħdu nifs l-ossiġenu, kapaċi jimxu, jistgħu jirriproduċu sesswalment, u jgħaddu minn fażi ontoġenetika fejn ġisimhom jikkonsisti minn sfera ħawja ta' ċelloli, il-blastula, matul l-iżvilupp embrijoniku.