Incertae sedis

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Incertae sedis (bil-Latin għal "ta' pożizzjoni mhux ċerta") huwa terminu li jiġi wżat biex ikun definit grupp tassonomiku li r-relazzjonijiet wisgħin tiegħu mhumiex magħrufa jew mhumiex definiti.

Eżempji[editja]

It-tassonomija tal-bniedem kif inhi normalment rikonoxxuta l-llum il-ġurnata:

Li kieku l-bniedem modern għadu kif ġie skopert jew ikkunsidrat bħal enigma tassonomika, dan jingħata rangu jew stat ta' incertae sedis. Pereżempju, jekk mhuwiex ċert kif il-ġeneru Homo huwa relatat mal-membri l-oħra tal-familja Hominidae, dan huwa l-mudell ta' kif kieku għandha tidher il-klassifikazjoni tax-xadini antropomorfi l-kbar:

Li kieku il-bniedem modern huwa magħruf li huwa primat, iżda 'l ebda relazzjoni oħra m'hija ċara, dan huwa l-mudell ta' kif kieku għandha tidher il-klassifikazjoni jew it-tassonomija tal-primati:

Raġunijiet għaliex grupp ikun ikkunsidrat incertae sedis[editja]

Mhux Inkluż fl-Analiżi[editja]

Jekk issir analiżi filoġenetika formali li ma tinkludix takson partikolari, dan jista' jittniżżel mill-awturi bħala incertae sedis, minflok jittpoġġa fi stat ta' bejn wieħed u ieħor. Dan huwa partikolarment komuni meta jiġu ġġenerati l-filoġeniji molekulari, peress li meta jsir dan ħafna materjal ġenetiku minn organiżmi rari ma jkunx disponibli. Dan huwa xenarju komuni ukoll meta taksa fossili jiġu nklużi, fejn ħafna fossili huma definiti jew ibbażati fuq informazzjoni parzjali. Eżempju, ta' dan hija filoġenija li tkun mibbnijja fuq partijiet rotob ta' l-iġsma ta' l-organiżmi u vertebri bħala karatteristiċi prinċipali u t-takson fil-kwistjoni huwa biss ibbażat jew magħruf biss minn sinna waħda, li f' dan il-każ irrid jitniżżel bħala incertae sedis.

Kontroversji[editja]

Jekk jeżistu risultati b' kunfiltti jew jekk ma jkunx hemm consensus jew qbil fost ir-riċerkaturi ta' kif takson partikolari huwa relatat ma' organiżmi oħra, jista jitniżżel bħala incertae sedis, sakemm il-kunflitt ikun solvut.