Qattus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Jammlich crop.jpg

Il-Qtates jiġu mill-istess familja tal-iljuni u t-tigri. Iżjed minn 4,000 sena ilu, fl-Eġittu tal-Qedem, il-qtates kienu jitqiesu allat. In-nies kienu jiġu kkastigati jekk jagħmlu xi att ħażin fuq xi qattus. Meta qattus kien imut, kien jiġi rrumblat fi-ħwawar u biċċa drapp speċjali, b'hekk jiġu forma ta' mumja u jagħmlulhom funeral pubbliku. Madwar 100 sena ilu f'post fl-Eġittu nstabu madwar 300,000 mumja tal-qtates. Il-qtates li nżommu illum f'darna huma dixxendenti minn dawk il-qtates allat.

Insibu diversi qtates differenti fosthom, il-qtates Persjani, bis-suf twil, il-qtates Sijamiżi, b'suf veru qasir u b'vuċi b'saħħitha, u l-qtates Manx, li m'għandhomx denb. Iżda kollha għandhom vista tajba, l-iktar fid-dlam, u dwiefer twal u jaqtgħu. Id-dwiefer tal-qtates għandhom partikularità, dik li ma jkunux dejjem jidhru. Il-qtates infatti kapaċi jiġbdu difrejhom 'l ġewwa fil-laħam permezz ta' muskoli apposta u joħorġuhom biss meta jridu jużawhom.

Xi ħaga interessanti fuq il-qtates hija li meta l-bniedem joqgħod imellishom jew ifissidhom, il-bniedem ikollu inqas ċans li jaqbdu attakk tal-qalb.