Iljun
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Dan l-artiklu huwa stub. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
L-Iljuni (Panthera leo) huma membri tal-familja Felidae. L-iljuni irġiel kbar jiżnu 250 kg u huma t-tieni l-ikbar qtates ħajjin wara t-tigri. Huma huma l-uniċi f'din il-familja li jgħixu u jikkaċċjaw fi grupp. Grupp kbir ta' ljuni jikkonsisti minn iljunessi u t-tfal tagħhom, b'wieħed jew żewġt irġiel. Ġeneralment, hi l-iljunessa li tikkaċċja, imma wara li dak l-annimal ikkaċċjat jiġi maqtul, l-iljuni rġiel jieklu l-ewwel, wara l-iljunessi u t-tfal l-aħħar.
Illum l-ġurnata ssib l-iljuni li jgħixu fil-ħajja naturali selvaġġa tagħhom fl-Afrika tal-Lvant u f'parti mill-Indja.