Pangolin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

(Riindirizzat minn Pholidota)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Wikipedija:Kif taqra' taxoboxHow to read a taxobox
Pangolini
Pangolin ta' Temminck jew Pangolin ta' Kap Manis temminckii
Klassifikazzjoni Xjentifika
Renju: Animalia
Fajlum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Laurasiatheria
Ordni: Pholidota
Weber, 1904
Familja: Manidae
Gray, 1821
Ġeneru: Manis
Linnaeus, 1758
Speċi

Manis crassicaudata
Manis culionensis
Manis gigantea
Manis javanica
Manis temminckii
Manis tetradactyla
Manis tricuspis
Manis pentadactyla

Il-Pangolini (fis-singular pangolin) huma mammiferi insettivori ta' daqs żgħir u medju mifruxa fir-reġjuni tropikali ta' l-Afrika u l-Asja. Il-Pangolini jew kif inhuma imsejjħin ukoll bunemmiela ta' l-iskalji u wikkielin in-nemel ta' l-iskalji, hemm 8 speċijiet. Dawn qegħdin ikklassifikati kollha kemm huma fil-ġeneru Manis, fis-sottofamilja Maninae, fil-familja Manidae u fl-ordni Pholidota. L-isem "pangolin" ġej minn kelma Malajana "pengguling" li tfisser imkebbeb.

Il-pangolini għandhom ġisimhom miksi bi skalji kbar u iebsin magħmulin minn ħafna strati ta' xagħar. L-iskalji tal-pangolini ż-żgħar ikunu rotob mat-twelid, iżda dawn jibbiesu bil-mod il-mod matul l-iżvilupp. Dawn l-iskalji minn barra li jiffurmaw armatura naturali, għandhom ix-xifer qisu xafra u b'hekk iservu ta' difiża doppja. Il-pangolini meta jħossuhom fil-periklu kapaċi jitkebbu f'forma ta' ballun.

Il-pangolini ma għandhomx snien, iżda minflok għandhom ilsien twil ħafna u glandola tal-bżieq enormi. Il-bżieq li joħroġ minn din il-glandola qisu kolla u flimkien ma' l-ilsien jintużaw mill-pangolini biex jaqbdu kwantita kbira ta' nemel u termiti.

[editja] Klassifikazzjoni

Il-pangolini xi darba kienu jagħmlu parti mill-ordni Edentata, dan kollu kien ibbażat fuq xebħ li ma kienx ħlief evoluzzjoni konverġenti. Madankollu, laħħar studji tal-filoġenija molekulari urew li dawn il-mammiferi għandhom jiġu kklassifikati għalihom fl-ordni Pholidota, bil-membri ta' l-ordni Carnivora bħala l-aktar mammiferi ħajjin li huma relatati ġenetikament fil-qrib tagħhom.

Xi paleontoloġisti jikklassifikaw il-pangolini fl-ordni Cimolesta bħala sottordni, flimkien ma' bosta sottordnijiet, ta' mammiferi estinti. F'dan il-każ il-pangolini huma laħħar rappreżentanti ħajjin ta' l-ordni Cimolesta.

[editja] Tassonomija

[editja] Ħoloq esterni