Afrika

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

L-Afrika hija t-tielet l-ikbar kontinent, li b'dimensjonijiet ta' 30.065.000 km² tkopri 20.3% tal-art 'il fuq mil-livell tal-baħar. It-800,000,000 abitant tagħha jammontaw għal ftit iktar minn 14% tal-popolazzjoni tad-dinja. Fit-Tramuntana, l-Afrika tmiss mal-Baħar Mediterran, fil-Punent mal-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ma' l-Oċean Antartiku u fil-Lvant ma' l-Oċean Indjan.

In-naħa tal-Grigal tal-kontinent hija separata mill-Asja bil-kanal artifiċjali ta' Swejs.