Burkina Faso
|
|
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa abbozz. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
Il-Burkina Faso huwa stat li jinsab fl-Afrika tal-Punent. Huwa pajjiż mingħajr żblokk lejn il-baħar u hu mdawwar minn sitt pajjiżi: il-Mali fit-Tramuntana, in-Niġer fil-Lvant, il-Benin fix-Xlokk, it-Togo u l-Gana fin-Nofsinhar, u l-Kosta tal-Avorju fil-Lbiċ.
Id-daqs tagħha huwa ta' 274,200 kilometru kwadru (105,900 mili kwadri) u huwa stmat li jgħixu 'l fuq minn 15,757,000 ruħ. Preċedentament, il-pajjiż kien magħruf bħala r-Repubblika tal-Volta ta' Fuq, qabel ma fl-4 ta' Awwissu 1984 il-President Thomas Sankara biddel l-isem għal Burkina Faso li tfisser "l-art tan-nies onesti" fil-lingwa Mora u Dioula, l-ikbar lingwi prattikati fil-pajjiż.
Il-belt kapitali ta' Burkina Faso hija Ouagadougou u l-format tal-gvern huwa repubblika semipresidenzjali, bil-president ikun Blaise Compaoré.