Diskussjoni:Afrika

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Jien nafha bħala l-kanal tas-Swejz biz-z mhux biż-ż. Sibtha x'imkien miktuba biż-ż? --Ferdinand 10:45, 20 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Biex ngħidlek il-verità qed infittex konferma għax ġejt f'dubju; imma probabbilment hija biz-z u mhux ż. Innutajt ukoll li biddilt 800.000.000 għal 800,000,000. Hemm xi raġuni speċifika? Wikis b'lingwi oħra xi mdaqqiet jużaw virgola u drabi oħra punt, u għadni naqra konfuż liema waħda għandha tintuża. Għandek xi tagħrif fuq din ħalli filkas ninkludiha fil-politika tal-Wiki biex ikollna sett ta' standards ma xiex nimxu?. --Roderick Mallia 11:12, 20 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Il-Malti jimxi fuq il-punteġġjatura 'la Ingliża' għan-numri. Waqt li fit-Taljan, per eżempju, elf jinkiteb 1.000 bil-punt, fl-Ingliż u fil-Malti jinkiteb bil-koma jew virgola 1,000. Skond il-punteġġjatura 'la Taljana', in-numri bid-deċimali jinkitbu bil-virgola (1,5), waqt li bil-Malti nużaw il-punt (1.5). Darba f'mitt qamar niltaqa' ma' kitbiet bit-Taljan li jgerfxu l-użu tal-virgola u l-punt billi jsegwu r-regola 'la Ingliża'. --Ferdinand 11:26, 20 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Grazzi tal-preċiżazzjoni --Roderick Mallia 11:30, 20 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]