Ordni (bijoloġija)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

L-Ordni, fil-plural Ordnijiet ( Latin ordo plural ordines) huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin.

L-Ordni bħala Takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-Klassi u livell aktar 'l fuq mil-Familja.

L-Ordni bħala Takson fil-ġerarkija f'tassonomija kumplessa huwa Takson bejn il-Mirordni u s-Sottordni.

Ġerarkija tal-livelli[editja]

Għal xi kladi, jintużaw xi klassifikazzjoni addizzjonali, imma mhux kollha huma rikonoxxuti uffiċjalment.

Isem Tifsira tal-prefiss Eżempju
Magnordni magnus: kbir Epitheria
Superordni super: 'il fuq Euarchontoglires
Grandordni grand: kbir Euarchonta
Mirordni mirus: sabiħ Primatomorpha
Order Primati
Sottordni sotto: taħt Haplorrhini
Infrordni infra: taħt Simiiformes
Parvordni parvus: żgħir Catarrhini

Fil-klassifikazzjoni tagħhom tal-mammiferi tal-1998, McKena and Beel użaw żewġ livelli addizzjonali bejn Superordni u Ordni: "Grandordni" and "Mirordni".[1]

Storja tal-Kunċett[editja]

L-Ordni bħala livell u b'isem distint fil-Klassifikazjoni Xjentifika (u mhux imsejjaħ biss bħala "ġeneru ogħla" bil-Latin genus summum) kien ġie ntrodott għall-ewwel darba minn botanist ġermaniż Augustus Quirinus Rivinus, iżda kien Carolus Linnaeus li użaħ l-ewwel ta' spiss biex jaqsam it-3 Renji tan-natura (minerali, pjanti u annimali) fis-Systema Naturae ta' l-1735.

Botanika[editja]

Wieħed irid jiġbed l-attenzjoni li l-ordnijiet ta' Carolus Linnaeus għal pjanti fSystema Naturae u fSpecies Plantarum, kienu strettament artifiċjali u li kienu ntrodotti biex jaqsmu l-klassijiet artifiċjali fi gruppi iżgħar biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar. Meta il-kelma ordo kienet użata ta' spiss għal unità naturali ta' pjanti f'xogħolijiet tas-seklu 19 bħal Prodromus ta' de Candolle u l-Genera Plantarum ta' Bentham & Hooker, din kienet tindika Taksa li llum għandhom livell ta' Familja.

F'publikazjonijiet botaniċi Franċiżi, ta' Michel Adanson bħal Familles naturelles des plantes (1763) u sa l-aħħar tas-seklu 19, il-kelma famille (plural familles) kienat użata bħala l-ekwivalenti tal-kelma bil-Latin ordo. Din l-ekwivalenza kienet spjegata espliċitament f' Lois de la nomenclature botanique (1868) ta' Alphonse De Candolle's, il-predeċessur ta' International Code of Botanical Nomenclature.

Fl-ewwel Regoli tan-Nomenklatura Botanika internazzjonali tal-1906 il-kelma Familja (familia) ingħatat il-livell ta' "famille" fil-publikazjonijiet bil-Franċiż, waqt li l-kelma Ordni (ordo) ingħatat livell ogħla, dak il-livell li fis-seklu 19 ħafna drabi kien jissejjaħ Koħort (Latin cohors plural cohortes).

Uħud mill-ismijiet tal-familji fl-ordnijiet naturali ta' Carolus Linnaeus baqgħu jintużaw u anke ftit mill-ismijiet tal-gruppi naturali li kienu ġew rikonoxxuti minn Carolus Linnaeus bħala ordnijiet fil-klassifikazjoni naturali tiegħu baqagħu aċċettati u użati sal-lum (eż. Palmae jew Labiatae).

Żooloġija[editja]

Fiż-Żooloġija, ta' Carolus Linnaeus l-ordnijiet kienu użati aktar ta' spiss. Dawn l-ordnijiet fil-parti żooloġika tas-Systema Naturae kienu jirreferu għal gruppi naturali. Uħud mill-ismijiet ta' l-ordnijiet għadhom jintużaw sal-lum (eż. Lepidoptera l-Ordni tal-friefett u l-Ordni Diptera tad-dubbien u n-nemus).

Referenzi[editja]

  1. ^ McKenna M.C., Bell S.G., 1997, Classification of Mammals, New York, ,Columbia University Press, isbn=978-0-231-11013-6


Klassifikazzjoni Tassonomika Obbligatorja

Dominju - Renju - Fajlum (żooloġija) jew Diviżjoni (botanika) - Klassi - Ordni - Familja - Ġeneru - Speċi