Forma (botanika)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Forma huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika li jintuża biss fil-botanika u fiż-żooloġija il-Morf qiegħed f'livell ekkwivalenti.

Fin-Nomenklatura Botanika, Forma ( Latin "forma") huwa Takson b'livell aktar baxx minn dak ta' Sottovarjetà ( Latin "subvarietas") iżda b'livell ogħla minn dak ta' Sottoforma ( Latin "subforma") u b'hekk jissejjaħ Takson infraspeċifiku. Dan jidher fl-isem li jkun magħmul minn 3 partijiet isem ġeneriku, isem speċifiku jew l-epitet speċifku u l-isem infraspeċifiku jew l-epitet infraspeċifiku. Biex jiġi ndikat dan, l-abbrevjazjoni "f." trid tiġi miktuba qabel l-epitet infraspeċifiku.

Eżempju; il-kaktus Acanthocalycium spiniflorum f. klimpelianum jew Acanthocalycium spiniflorum forma klimpelianum.

Forma normalment huwa grupp b'differenzi żgħar imma notabli. Pereżempju, forom bil-fjura bajda ta' speċi li normalment ikollhom fjuri kuluriti jistgħu jingħataw l-isem "f. alba". Uħud mill-botanisti jemmnu li l-forom m'hemmx bżonn jingħataw ismijiet għax hemm numru li ma jispiċċa qatt minn dawn ibbażati fuq differenza ġenetika żgħira ħafna.