Sottoġeneru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa


Sottoġeneru fil-bijoloġija, huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin. Is-Sottoġeneru bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-Ġeneru.

Fiż-Żooloġija, isem sottoġeneriku jista' jintuża indipendentement jew inkluż f'isem speċifiku, f'par ( ), bejn l-isem ġeneriku u l-isem speċifiku ( eż. il-Pangolin Ċiniż, Manis (manis) pentadactyla fejn (manis) huwa l-isem sottoġeneriku. Madankollu dan m'huwiex bżonn jew obbligu li wieħed jinkludi l-isem sottoġeneriku meta jsemmi speċi.

Wieħed għandu jinnota wkoll li l-isem fil-( ) jista' jkun ukoll indikazjoni ta' opinjoni differenti fl-opinjoni tassonomika, fejn l-isem fil-( ) ikun irid juri li uħud mit-tassonomisti jikklassifikaw jew jifirdu dik l-ispeċi partikolari f'ġeneru ieħor (eż. il-Qattus ta' Iriomote Felis (Mayailurus) iriomotensis fejn Felis iriomotensis huwa l-isem normali iżda uħud mit-tassonomisti jikklassifikaw dan il-qattus fil-ġeneru Mayailurus).