Diġitigrad

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Canis lupus, eżempju ta' annimal Diġitigrad tal-familja Canidae
L-għadam tal-pala tas-sieq ta' quddiem ta' Lupu, Canis lupus, annimal Diġitigrad

Diġitigrad huwa annimal li joqgħod wieqaf u li jimxi bil-piż ta' ġismu fuq id-diġitali jew fuq is-swaba (lokomozzjoni diġitigradali) u dawn jinkludu il-qtates, il-klieb u ħafna mammiferi oħra. Ġeneralment dawn l-annimali huma iktar veloċi u silenzjużi fil-movimenti tagħhom minn annimali b'tip ta' lokomozzjoni oħra.

Fejn normalment l-bniedem joqgħod bilwieqfa u jimxi fuq il-qiegħ kollu tal-pala tas-sieq imserraħ jew imiss mal-art (lokomozjoni plantigradali), id-Digitigrad jimxi fuq il-falanġi distali jew distali u l-falangi intermedji jew falanġi tan-nofs. Il-lokomozzjoni Diġitigradali hija responsabbli għall-forma ta' ganċ ferm distinta li għandhom is-saqajn tal-kelb.

Hemm differenzi anatomiċi kbar, bejn is-sieq tal-plantigrad u s-sieq tad-Diġitigrad. Annimali Diġitigradi għandhom il-karpali u t-tarsali relativament twal u allura, dawn l-għadam (li fil-bniedem jikkorispondu għal-għaksa), huma ppożizzjonati ferm aktar 'l fuq minn fejn huma ppożizzjonati fis-saqajn tal-bniedem. Dan il-fattur effetivament itawwal il-pal sal-punt, li kemm il-pal tal-idejn kif ukoll tas-saqajn fl-annimal Diġitigradi, meta mqabbla, jikkorispondu għall-għadam tas-swaba fil-bniedem biss.

Peress li s-superfiċi li tmiss mal-art u li trid tinqata' minn mal-art hija ġeneralment iżgħar, u minnħabba t-tul tas-sieq ukoll li huwa ħafna aktar, hemm tendenza li bil-lokomozzjoni diġitigradali l-movimenti jkunu iktar ħfief, għalhekk ma jonqosx li tiżdied xi ftit il-ħeffa wkoll.

Eżempji ta' annimali Diġitigradi[immodifika | immodifika s-sors]

Panthera pardus, eżempju ta' annimal Diġitigrad tal-familja Felidae

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Yes, the Shin Bone Is Connected to the Ankle Bone
  • Saqajn, Idejn u Lokomozjoni Kursorja. Myers, P., R. Espinosa, C. S. Parr, T. Jones, G. S. Hammond, and T. A. Dewey. 2006. The Animal Diversity Web (online). Accessed January 06, 2007.
  • DeBlase, A. F., and R. E. Martin. 1981. A manual of mammalogy. Second Edition. Wm. C. Brown, Publishers. Dubuque, Iowa. xii+436 pp.
  • Hildebrand, M. 1974. Analysis of Vertebrate Structure. John Wiley & Sons, Inc, New York. xv+710 pp.
  • Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Harcourt Brace Jovanovich, Publishers, Orlando Fl. vii+576 pp.