Senġi
| Senġijiet | |
|---|---|
| Senġi ta' widnejh qosra (Macroscelides proboscideus) |
|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Ordni: | Macroscelidea (Butler, 1956) |
| Familja: | Macroscelididae (Bonaparte, 1838) |
| Ġeneri | |
Is-Senġijiet huma mammiferi insettivori Afrikani ta' daqs żgħir. Dawn jagħmlu parti mill-familja Macroscelididae, fl-ordni Macroscelidea. L-isem senġi gej minn lingwi Bantu Afrikani).
Huma mifruxin sew miż-żona subsaħarjana lejn in-nofsinhar tal-Afrika u għalkemm m' huma komuni imkien, kważi tista' issibhom f' kull tip ta' ambjent; mid-deżert tan-Namibja, għall-foresti tal-Afrika ta' isfel. Is-Senġi tal-Afrika ta' Fuq kif jghid l-isem komuni tiegħu huwa l-unika speċi li jgħix fl-ambjent xott tal-pajjiżi fil-Majjistral tal-kontinent Afrikan.
Werrej |
Deskrizzjoni[editja]
Is-17-il speċi jvarjaw fid-daqs bejn wieħed u ieħor minn 100 millimetru sa ftit aktar minn 300 millimetru u jiżnu minn ftit anqas minn 50 gramma għal ftit aktar minn 700 gramma. Kollha kemm huma jimxu fuq erba' saqajn li huma pjuttost twal għal ġisimhom u għalkemm it-tul ta' mnieħirhom ivarja minn speċi għall-ohra, kollha kapaċi jilwu t-tromba jew il-proboxxidi 'l hemm u 'l hawn waqt it-tfittxija għall-ikel.
Dieta[editja]
Il-parti l-kbira tad-dieta tagħhom tikkonsisti minn insetti, dud u brimb li jsibu mal-art qalb il-weraq.
Klassifikazzjoni[editja]
Fil-passat is-senġijiet kienu, ikklassifikati fl-ordni Insectivora flimkien mal-ġriedem ta' geddumhom twil u l-qniefed, ikkunsidrati bħala relatati fil-bogħod mal-Ungulati, miġburin fi grupp flimkien mat-tupaji u meqjusin parti mill-ordni Lagomorpha mal-fniek, liebri u l-piki. Madankollu, evidenzi molekolari reċenti, b' saħħa jissapportjaw is-superordni Afrotheria li jaqqagħad flimkien, it-tenreki u t-talpi dehbin ma' ċerti ungulati jew mammiferi li xi darba kienu meqjusin ungulati li jinkludu l-iraċi, l-iljunfanti, il-baqar tal-baħar u l-oritteropi, kif ukoll is-senġijiet.
Instabu numru ta' speċi fossili, kollha kemm huma mil-kontinent Afrikan. Uħud, bħal Myohyrax, tant kienu simili tal-iraċi li għal bidu kienu identifikati ħażin bħala tali, filwaqt li oħrajn, bħal pereżempju Mylomygale kienu relativament qishom gerriema. Dawn il-forom kienu kollha estinti sal-Plejstoċen.
Senġijiet hemm madwar 17-il speċi mqasmin ma' 4 ġeneri u 2 minnhom huma monotipiċi.
- Ordni Macroscelidea
- Familja Macroscelididae
- Ġeneru Elephantulus
- Senġi ta' wiċċu qasir, Elephantulus brachyrhynchus
- Senġi ta' Kap, Elephantulus edwardii
- Senġi ta' saqajħ skuri, Elephantulus fuscipes
- Senġi skur, Elephantulus fuscus
- Senġi ta' Bushveld, Elephantulus intufi
- Senġi tal-ġebla tal-Lvant, Elephantulus myurus
- Elephantulus pilicaudus
- Senġi tas-Somalja, Elephantulus revoili
- Senġi tal-Afrika ta' Fuq, Elephantulus rozeti
- Senġi ħamrani, Elephantulus rufescens
- Senġi tal-ġebla tal-Punent, Elephantulus rupestris
- Ġeneru Macroscelides
- Ġeneru Petrodromus
- Ġeneru Rhynchocyon
- Ġeneru Elephantulus
- Familja Macroscelididae
Referenzi[editja]
- Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 82-85.
- Murata Y, Nikaido M, Sasaki T, Cao Y, Fukumoto Y, Hasegawa M, Okada N. Afrotherian phylogeny as inferred from complete mitochondrial genomes. Mol Phylogenet Evol. 2003 Aug;28(2):253-60.
- Murphy WJ, Eizirik E, Johnson WE, Zhang YP, Ryder OA, O'Brien SJ. Molecular phylogenetics and the origins of placental mammals. Nature. 2001 Feb 1;409(6820):614-8.
- Tabuce R, Marivaux L, Adaci M, Bensalah M, Hartenberger JL, Mahboubi M, Mebrouk F, Tafforeau P, Jaeger JJ. Early Tertiary mammals from North Africa reinforce the molecular Afrotheria clade. Proc Biol Sci. 2007 May 7;274(1614):1159-66.