Liebru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
|
|
||||||||||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Liebru Ewropew (Lepus europaeus)
|
||||||||||||||||
| Klassifikazzjoni Xjentifika | ||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
Il-Liebri (singular Liebru) huma l-leporidi tal-ġeneru Lepus għalkemm uħud minn dawn jissejħu fniek ħmir fis-singular fenek ħmar ("jack rabbit" jew "jackrabbit") u 4 speċi oħra ta' leporidi tal-ġeneri Caprolagus u Pronolagus xi drabi jissejħu liebru u liebru l-ġebel rispettivament ukoll, biss dawn huma fniek.
Il-Liebri huma mammiferi ta' ħeffa kbira (eż. il-Liebru Ewropew Lepus europaeus kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa).
Normalment il-liebru huwa mammiferu ta' natura mistħijja u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, għalkemm il-Liebru Ewropew Lepus europaeus jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-Rebbiegħa fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġieba hija xejn aktar ħlief kompetizzjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' freneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irrisulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru li għadhom m'humiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni ta' l-irġiel.
Il-Liebri, ma jgħixux bħal biċċa l-kbira tal-fniek f' bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmulha minn ħofra baxxa jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din m'hijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezjoni fisika billi jitwieldu miksijjin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom, għall-kuntrarju taż-żrameġ tal-fniek fejn dawn jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dipendenti fuq l-omm.
[editja] Klassifikazzjoni
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru incertae sedis
- Sottoġeneru Macrotolagus
- Sottoġeneru Poecilolagus
- Sottoġeneru Lepus
- Sottoġeneru Proeulagus
- Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed, Lepus californicus
- Liebru tal-ġnub bojod jew Fenek ħmar tal-ġnub bojod, Lepus callotis
- Liebru ta' Kap, Lepus capensis
- Liebru ta' Tehuantepec jew Fenek ħmar ta' Tehuantepec, Lepus flavigularis
- Liebru iswed jew Fenek ħmar iswed, Lepus insularis
- Liebru tax-xgħari, Lepus saxatilis
- Liebru tad-deżert jew Liebru tar-ramel, Lepus tibetanus
- Liebru ta' Tolai, Lepus tolai
- Sottoġeneru Eulagos
- Liebru xkupa, Lepus castroviejoi
- Liebru ta' Yunnan, Lepus comus
- Liebru Korean, Lepus coreanus
- Liebru Taljan jew Liebru Korsikan, Lepus corsicanus
- Liebru Ewropew, Lepus europaeus
- Liebru ta' Granada, Lepus granatensis
- Liebru Manċurjan, Lepus mandshuricus
- Liebru sufi, Lepus oiostolus
- Liebru tal-altipjan ta' l-Etjopja, Lepus starcki
- Liebru ta' denbu abjad jew Fenek ħmar ta' denbu abjad, Lepus townsendii
- Sottoġeneru Sabanalagus
- Sottoġeneru Indolagus
- Sottoġeneru Sinolagus
- Sottoġeneru Tarimolagus
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.