Zamość
Zamość | |||
---|---|---|---|
Polonja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Polonja | ||
Vojvodja | Lublin Voivodeship (en) | ||
Isem uffiċjali |
Zamość Замостье | ||
Ismijiet oriġinali | Zamość | ||
Kodiċi postali |
22-400 a 22-410 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 50°43′14″N 23°15′31″E / 50.7206°N 23.2586°EKoordinati: 50°43′14″N 23°15′31″E / 50.7206°N 23.2586°E | ||
Superfiċjenti | 30.34 kilometru kwadru | ||
Għoli | 212 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 60,148 abitanti (31 Marzu 2021) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 1580 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Schwäbisch Hall (en) , Cassino (en) , Weimar, Lutsk, Sumy (en) , Loughborough (en) , Sighișoara, Zhovkva (en) , Fountain Hills (en) , Bardejovu Ternopil (en) | ||
zamosc.pl |
Zamość (bil-Pollakk: [ˈzamɔɕtɕ]; bil-Yiddish: זאמאשטש, b’ittri Rumani: Zamoshtsh; bil-Latin: Zamoscia) hija belt storika fix-Xlokk tal-Polonja. Tinsab fin-Nofsinhar tar-reġjun ta’ Lublin (mill-1999), madwar 90 km minn Lublin u 247 km minn Varsavja. Fl-2014, il-popolazzjoni kienet ta’ 65,149 ruħ.
Iċ-ċentru storiku ta’ Zamość tniżżel fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992, abbażi tad-deċiżjoni tas-16-il sessjoni ordinarja tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret bejn is-7 u l-14 ta’ Diċembru 1992 f’Santa Fe, New Mexico, l-Istati Uniti, u ġiet rikonoxxuta bħala eżempju uniku ta’ belt Rinaxximentali fl-Ewropa Ċentrali.[1]
Zamość tinsab madwar 20 kilometru mill-Park Nazzjonali ta’ Roztocze.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Zamość ġiet stabbilita fl-1580 mill-Kanċillier u l-kap tal-armata tal-Commonwealth Pollakka-Litwana, Jan Zamoyski, fuq ir-rotta kummerċjali li tikkollega l-Punent tal-Ewropa u t-Tramuntana tal-Ewropa mal-Baħar l-Iswed.[2] Immudellata fuq il-bliet kummerċjali Taljani, u mibnija matul l-aħħar perjodu Rinaxximentali mill-arkitett minn Padova Bernardo Morando, Zamość għadha eżempju mill-aqwa ta’ belt Rinaxximentali tal-aħħar tas-seklu 16. It-toroq għadhom skont il-pjanta oriġinali, l-istess bħall-fortifikazzjonijiet (il-Fortizza ta’ Zamość), u għadd kbir ta’ binjiet oriġinali li jikkombinaw flimkien it-tradizzjonijiet arkitettoniċi Venezjani ma’ dawk tal-Ewropa Ċentrali.
Fis-seklu 17, il-belt stagħnat matul l-iktar perjodu estensiv u veloċi ta’ żvilupp. Attirat mhux biss lill-Pollakki iżda wkoll lil nies ta’ nazzjonalitajiet oħra. Madankollu, il-belt iffaċċjat diversi invażjonijiet, inkluż assedju min-naħa tal-Kosakki mmexxija minn Bohdan Khmelnytsky, il-mexxej tar-rewwixta kontra l-Commonwealth Pollakka-Litwana (1648-1654; li rriżultat fil-ħolqien tal-istat tal-Kosokki), u assedju ieħor matul id-Dulluvju Żvediż fl-1656. L-armata Żvediża, bħall-Kosakki, ma rnexxielhiex taħkem il-belt. Zamość ġiet okkupata biss matul il-Gwerra l-Kbira tat-Tramuntana minn truppi Żvediżi u Sassoni.
Fl-Ewwel Diviżjoni tal-Polonja fl-1772, il-belt ġiet annessa mill-Monarkija Asburga, u ffurmat parti mir-Renju ta’ Galicia u ta’ Lodomeria li kien għadu kemm ġie stabbilit; ir-renju sar parti ewlenija tal-Imperu Awstrijaku malli ġie stabbilit fl-1804. Fl-1809, il-belt ġiet inkorporata fid-Dukat Napuljoniku tal-Varsavja. Fl-1815, wara l-waqgħa ta’ Napuljun, il-Kungress ta’ Vjenna wassal biex Zamość issir parti mir-Renju tal-Polonja, imsejjaħ ukoll il-Polonja tal-Kungress, li kien ikkontrollat mill-Imperu Russu. Il-belt kellha rwol konsiderevoli x’taqdi matul ir-Rewwixta ta’ Novembru fl-1830-1831 u arrendiet bħala l-aħħar punt ta’ reżistenza Pollakka. Il-fortizza twaqqgħet fl-1866, biex biex titwitta t-triq għat-tkabbir rapidu tal-belt lil hinn mil-limiti oriġinali tal-fortizza.
Tieni Gwerra Dinjija
[immodifika | immodifika s-sors]F’Settembru 1939, wara li faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, ajruplani Ġermaniżi tat-tip Luftwaffe bbumbardjaw lil Zamość diversi drabi. Iktar minn 250 persuna nqatlu, l-iktar ċivili. Il-belt inħakmet mill-Ġermaniżi matul l-invażjoni tal-Polonja u l-gwarniġjon lokali, magħmul mir-riġment tal-fanterija Pollakka tal-podpułkownik Stanisław Gumowski, tilef. Fis-27 ta’ Settembru 1939, il-Ġermanja Nażista ffirmat trattat dwar il-fruntieri mal-Unjoni Sovjetika li kienet invadiet il-Polonja mil-Lvant, u konsegwentement, fit-28 ta’ Settembru 1939, Zamość ġiet ċeduta lill-Armata Ħamra – għal xi ġimgħa. Is-Sovjetiċi rtiraw fil-5 ta’ Ottubru 1939 flimkien ma’ xi 5,000 Lhud wara aġġustament ulterjuri tal-linja ta’ demarkazzjoni. Il-Ġermaniżi reġgħu lura fil-belt fit-8 ta’ Ottubru 1939[3], u ftit wara bdew l-arresti tal-massa ta’ ċittadini prominenti. Dan kien parti mill-Azzjoni A-B sigrieta, l-isterminazzjoni deliberata tal-intellettwali Pollakki. Il-Ġermaniżi Nażisti ħolqu sit ta’ ġustizzjar fil-kamp tal-Gestapo tar-Rotunda ta’ Zamość (bil-Ġermaniż: Gefangenen-Durchgangslager Sicherheitspol, jiġifieri “il-kamp ta’ tranżitu għall-priġunieri tal-Pulizija tas-Sigurtà”). Iktar minn 8,000 ruħ ġew massakrati hemmhekk, fosthom ir-residenti tar-reġjun li kienu spustati internament. F’Zamość, il-Ġermaniżi Nażisti ħolqu wkoll “Kamp ta’ Tranżitu” fi Triq Okrzei[4], għall-abitanti arrestati u spustati tar-reġjun ta’ Zamość (fosthom eluf ta’ tfal) u kampijiet tal-priġunieri tal-gwerra Sovjetiċi li nqabdu matul l-Operazzjoni Barbarossa.
Fl-1942, il-Kontea ta’ Zamość, minħabba l-ħamrija sewda għammiela tagħha, intgħażlet għal kolonizzazzjoni Ġermaniżi ulterjuri fil-Gvern Ġenerali bħala parti mill-Generalplan Ost, bl-isem ġdid ta’ Himmlerstadt, wara Heinrich Himmler.[5] Iktar ’il quddiem l-isem ġie mibdul għal Pflugstadt (il-Belt tal-Ħart), b’referenza għall-“ħart” kollokjali Ġermaniż fis-sens li riedu “jaħartu l-Lvant”. L-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ ismijiet ma nżamm.[6]
Il-popolazzjoni lokali rreżistiet kontra l-okkupazzjoni Ġermaniża b’determinazzjoni kbira; huma ħarbu fil-foresti, organizzaw l-awtodifiża, għenu lil dawk li ġew espulsi, u salvaw lit-tfal maħtufa minn taħt idejn il-Ġermaniżi permezz ta’ tixħim.[7] In-Nażisti sabuha diffiċili li jsibu bosta familji adattati għal insedjament fiż-żona, u dawk li insedjaw iż-żona sikwit ħarbu minħabba l-biża’, peress li l-eks residenti Pollakki kienu jaħirqulhom id-djar tagħhom jew kienu joqtlu lill-abitanti ta’ ġo fihom.[8]
Fl-1942-1943, il-Ġermaniżi Nażisti wettqu tindif etniku ta’ għexieren ta’ eluf ta’ abitanti tar-reġjun, sabiex jagħmlu spazju għall-insedjaturi Ġermaniżi biex iż-żona tiġi Ġermanizzata. Il-biċċa l-kbira tal-eks abitanti ġew deportati lejn kampijiet ta’ xogħol sfurzat fil-Ġermanja, lejn kampijiet ta’ konċentrament Nażisti jew lejn kampijiet ta’ sterminazzjoni bħal Auschwitz, Majdanek u Bełżec.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Zamość bdiet għaddejja minn perjodu ta’ żvilupp. Fis-snin 70 u 80 tas-seklu 20, il-popolazzjoni kibret b’mod rapidu (minn 39,100 ruħ fl-1975 għal 68,800 ruħ fl-2003), peress li l-belt bdiet tiggwadanja profitti sinifikanti mir-rotot kummerċjali l-antiki li kienu jikkollegaw il-Ġermanja mal-Ukrajna u mill-portijiet tal-Baħar l-Iswed. Bejn l-1975 u l-1998, Zamość kienet il-kapitali tar-reġjun ta’ Zamość.
Komunità Lhudija
[immodifika | immodifika s-sors]Zamość kienet ċentru importanti tal-Ġudaiżmu Ċażidiku. Il-Qaħal ta’ Zamość ġie stabbilit fl-1588 meta Jan Zamoyski qabel li jkun hemm insedjament Lhudi fil-belt. L-ewwel insedjaturi Lhud kienu l-iktar Lhud Sefardiċi mill-Italja, minn Spanja, mill-Portugall u mit-Turkija. Fis-seklu 17, il-Lhud Axkenażi insedjaw il-belt ukoll u ma damux ma saru l-maġġoranza tal-popolazzjoni Lhudija. Id-drittijiet ta’ insedjament mogħtija minn Jan Zamoyski reġgħu ġew kkonfermati fl-1684 minn Marcin Zamoyski, ir-raba’ Ordnat tat-territorju ta’ Zamość.
Għall-ħabta tal-aħħar tas-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19, l-abitanti Lhud ġew influwenzati mill-Illuminiżmu Lhudi, jew Ħaskalaħ. Fl-aħħar tas-seklu 19 infirex il-Ġudaiżmu Ħasidiku. F’Zamość hemm sinagoga tal-Lhud, żewġ tempji, binja bil-banjijiet għaċ-ċerimonji, sptar u biċċerija. L-aqwa fdal ippreservat tal-komunità Lhudija hija s-Sinagoga Rinaxximentali rrestawrata ta’ Zamość. Il-belt ta’ Zamość ospitat ħafna Lhud prominenti, fosthom il-poeta Solomon Ettinger (1799-1855) u l-kittieb Isaac Leib Peretz. Fl-1827, 2,874 Lhud kienu jgħixu fil-belt u dan in-numru żdied għal 7,034 Lhud.[9] Il-popolazzjoni baqgħet tiżdied, tant li fl-1921 il-popolazzjoni Lhudija laħqet id-9,383 ruħ (49.3 % tal-popolazzjoni totali), inkluż is-sidien sinifikanti tal-artijiet fi ħdan il-belt.
Qabel faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, iktar minn 12,500 Lhud kienu jgħixu f’Zamość; 43 % tal-popolazzjoni.[10] Ftit wara li l-Unjoni Sovjetika ċediet il-belt lill-Ġermaniżi fit-8 ta’ Ottubru 1939, in-Nażisti stabbilew il-Judenrat, sabiex permezz tiegħu jikkontrollaw il-Lhud, u f’Diċembru 1939 ħolqu getto miftuħ fil-kwartier ta’ Nowa Osada.
Il-Lhud iddeportati mill-Warthegau ġew ittrasportati lejn Zamość u f’April 1941 il-getto tressaq lejn il-Belt il-Ġdida fejn 7,000 Lhud ġew ordnati jirrilokaw hemmhekk. Il-getto ma kienx ikkonfinat u ħafna Lhud ħarbu lejn l-Unjoni Sovjetika. Tneħħa qabel tmiem Novembru 1942; id-deportazzjonijiet kienu bdew f’April; xi 3,000 Lhud intbagħtu lejn il-kamp ta’ sterminazzjoni ta’ Bełżec f’ferrovija tal-Olokawst magħmul minn 30 vagun tal-bhejjem. F’Ottubru, in-Nażisti sparaw u qatlu 500 Lhud fit-toroq u ddeportaw 4,000 priġuniera Lhud permezz tal-punt ta’ trasferiment mill-Getto ta’ Izbica lejn Bełżec biex jiġu ggassjati. Dawn ġew ittrasportati mingħajr ikel jew ilma. Għalkemm id-distanza kienet relattivament qasira, it-trasport kien jieħu bosta jiem, u ħafna minnhom mietu matul il-vjaġġ.[10]
Sit ta’ Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-ċentru storiku ta’ Zamość ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi tal-kriterju (iv) tal-għażla tal-UNESCO: “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba Zamość hija eżempju ta’ belt Rinaxximentali ppjanata tal-aħħar tas-seklu 16, b’kombinament tat-tradizzjonijiet Taljani u tal-Ewropa Ċentrali.[1]
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Il-klima hija sħuna bi sjuf kontinentali umdi (Köppen: Dfb), tipika tal-Lvant tal-Polonja.[11]
Data klimatika għal Zamość, il-Polonja | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. Għolja Medja °C (°F) | −1
(31) |
0
(32) |
6
(43) |
12
(53) |
18
(64) |
21
(69) |
22
(71) |
22
(71) |
18
(64) |
12
(53) |
5
(41) |
1
(34) |
11
(52) |
Temp. Baxxa Medja °C (°F) | −6
(22) |
−6
(22) |
−1
(30) |
3
(37) |
7
(45) |
11
(51) |
12
(54) |
12
(53) |
8
(47) |
4
(39) |
0
(32) |
−3
(26) |
3
(38) |
Preċipitazzjoni Medja f’mm (pulzieri) | 28
(1.1) |
28
(1.1) |
30
(1.2) |
41
(1.6) |
64
(2.5) |
79
(3.1) |
79
(3.1) |
71
(2.8) |
51
(2) |
36
(1.4) |
41
(1.6) |
36
(1.4) |
590
(23.2) |
Sors: Weatherbase[12] |
Data klimatika għal Zamość (Osservatorju Metereoloġiku IMGW), elevazzjoni: 212-il metru, temp. normali u estremi 1961-1990 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. Għolja Rekord °C (°F) | 12.6
(54.7) |
18.5
(65.3) |
23.3
(73.9) |
28.3
(82.9) |
30.6
(87.1) |
35.4
(95.7) |
34.0
(93.2) |
33.8
(92.8) |
29.6
(85.3) |
25.6
(78.1) |
20.4
(68.7) |
17.2
(63.0) |
35.4
(95.7) |
Temp. Għolja Medja °C (°F) | −1.3
(29.7) |
0.5
(32.9) |
5.6
(42.1) |
13.1
(55.6) |
18.7
(65.7) |
21.6
(70.9) |
23.0
(73.4) |
22.6
(72.7) |
18.4
(65.1) |
12.9
(55.2) |
5.9
(42.6) |
1.0
(33.8) |
11.8
(53.3) |
Medja ta’ Kuljum °C (°F) | −4.4
(24.1) |
−2.9
(26.8) |
1.3
(34.3) |
7.5
(45.5) |
13.0
(55.4) |
16.2
(61.2) |
17.4
(63.3) |
16.6
(61.9) |
12.7
(54.9) |
7.8
(46.0) |
2.8
(37.0) |
−1.6
(29.1) |
7.2
(45.0) |
Temp. Baxxa Medja°C (°F) | −8.0
(17.6) |
−6.4
(20.5) |
−2.7
(27.1) |
2.5
(36.5) |
7.2
(45.0) |
10.3
(50.5) |
11.8
(53.2) |
11.0
(51.8) |
7.8
(46.0) |
3.7
(38.7) |
−0.1
(31.8) |
−4.5
(23.9) |
2.7
(36.9) |
Temp. Baxxa Rekord °C (°F) | −31.6
(−24.9) |
−29.9
(−21.8) |
−25.3
(−13.5) |
−7.8
(18.0) |
−3.9
(25.0) |
−1.0
(30.2) |
4.5
(40.1) |
0.5
(32.9) |
−6.0
(21.2) |
−9.6
(14.7) |
−25.4
(−13.7) |
−27.0
(−16.6) |
−31.6
(−24.9) |
Preċipitazzjoni Medja f’mm (pulzieri) | 25
(1.0) |
23
(0.9) |
28
(1.1) |
40
(1.6) |
62
(2.4) |
83
(3.3) |
79
(3.1) |
68
(2.7) |
48
(1.9) |
38
(1.5) |
36
(1.4) |
33
(1.3) |
563
(22.2) |
Jiem ta’ preċipitazzjoni medja (≥ 1.0 mm) | 7.0 | 6.3 | 7.1 | 7.3 | 9.8 | 9.7 | 9.9 | 8.0 | 7.6 | 6.6 | 7.9 | 8.5 | 95.7 |
Sors: NOAA[13] |
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]Zamość għandu tim tal-futbol jismu Hetman Zamość.
Nies notevoli li twieldu f’Zamość
[immodifika | immodifika s-sors]- Tauba Biterman (1918-2019), baqgħet ħajja wara l-Olokawst u ddedikat il-ħajja tagħha ta’ adulta għat-tagħlim u għall-kondiviżjoni tal-memorji tal-Olokawst
- Joseph Epstein (1911-1944), attivist Komunista Lhudi mwieled il-Polonja u mexxej tar-Reżistenza Franċiża matul it-Tieni Gwerra Dinjija
- Solomon Ettinger (1802-1856), kittieb tar-reċti, tal-kanzunetti u tal-ħrejjef bil-Yiddish u bl-Ebrajk
- Marek Grechuta (1945-2006), kantant, kittieb tal-kanzunetti u tal-lirika u kompożitur Pollakk
- Anna Jakubczak (twieldet fl-1973), atleta Pollakka tal-ġiri fuq distanza medja
- Irene Lieblich (1923-2008), artista mwielda l-Polonja u baqgħet ħajja wara l-Olokawst; magħrufa għall-illustrazzjoni tal-kotba tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Isaac Bashevis Singer u għall-pitturi tagħha fejn enfasizzat il-ħajja u l-kultura tal-Lhud
- Rosa Luxemburg (1871-1919), teorista Marxista, filosfu, ekonomista u attivista ta’ dixxendenza Lhudija Pollakka li saret ċittadini Ġermaniża naturalizzata
- Adam Niklewicz (twieled fl-1957), skultur u illustratur Amerikan
- Zbigniew Nowosadzki (twieled fl-1957), pittur Pollakk
- Isaac Leib Peretz (1852-1915), awtur u kittieb tar-reċti bil-Yiddish
- Mateusz Prus (twieled fl-1990), plejer professjonali tal-futbol
- Leopold Skulski (1878-1940), Prim Ministru tal-Polonja mill-1919 sal-1920
- Mordechai Strigler (1921-1998), kittieb bil-Yiddish
- Przemysław Tytoń (twieled fl-1987), goalkeeper Pollakk
- Gryzelda Konstancja Zamoyska (1623-1672), il-mara ta’ Jeremi Wiśniowiecki u omm ir-Re Pollakk Michael Korybut Wiśniowiecki (Mikiel I)
- Jan "Sobiepan" Zamoyski (1627-1665), it-tielet Ordnat tat-territorju ta’ Zamość
- Aleksander Zederbaum (1816-1893), ġurnalist, fundatur, u editur Pollakk-Russu ta’ Ha-Meliẓ u perjodiċi oħra ppubblikati bir-Russu u bil-Yiddish
Nies notevoli kollegati ma’ Zamość
[immodifika | immodifika s-sors]- Szymon Szymonowic (1558-1629), umanista Pollakk, poeta assoċjat mal-Kap tal-Armata u l-Kanċillier Irjali Jan Zamoyski, li miegħu fl-1593-1605 organizza l-Akkademja ta6 Zamojski
- Bernardo Morando (għall-ħabta tal-1540-1600), arkitett Taljan tal-belt il-ġdida ta’ Zamość, sindku ta’ Zamość
- Stanisław Staszic (1755-1826), qassis, filosfu, statista, ġeologu, studjuż, poeta u kittieb Pollakk, mexxej tal-Illuminiżmu Pollakk. Huwa kien jieħu ħsieb it-tagħlim tat-tfal ta’ Andrzej Zamoyski, l-għaxar Ordnat tal-proprjetajiet ta’ Zamość[14]
- Bolesław Leśmian (1877-1937), poeta, artist u membru Pollakk tal-Akkademja Pollakka tal-Letteratura, wieħed mill-iktar poeti influwenti tal-bidu tas-seklu 20 fil-Polonja. Huwa għex u ħadem bħala avukat (nutar) f’Zamość
- Jacob ben Wolf Kranz (1741-1804), rabbi magħruf għal-lezzjonijiet tiegħu bbażati fuq it-tradizzjoni tal-Lhud
- Walerian Łukasiński (1786-1868), uffiċjali u attivist politiku Pollakk, ingħata sentenza mill-awtoritajiet Imperjali Russi għal 14-il sena ħabs, qatt ma nħeles u miet wara 46 sena. Huwa qatta’ seba’ snin fil-ħabs tal-Kżar f’Zamość
Letteratura
[immodifika | immodifika s-sors]- Fritz Stuber, "Notes on the Revalorization of Historic Towns in Poland", in Ekistics (Athens), Vol. 49, No. 295, 1982, pp. 336–341, 3 ill.
Relazzjonijiet internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Ġemellaġġ u Ftehimiet ta’ Ħbiberija
[immodifika | immodifika s-sors]Zamość għandha ftehimiet ta’ ħbiberija ma’ Cassino, l-Italja, u ma’ Sumy, l-Ukrajna, u hija ġemellata ma’:[15]
|
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Zamość". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-09.
- ^ "Zamość | Poland". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-09.
- ^ "Serwis WWW Miasta Zamoscia". web.archive.org. 2007-01-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-01-09. Miġbur 2021-05-09.
- ^ "Jaczyńska, Agnieszka. "Aktion Zamosc"" (PDF).
- ^ Lynn H. Nicholas, Cruel World: The Children of Europe in the Nazi Web p. 333 ISBN 0-679-77663-X.
- ^ "Zamosc Ghetto". www.deathcamps.org. Miġbur 2021-05-09.
- ^ Nicholas, p. 334.
- ^ Nicholas, p. 336.
- ^ "Jewishgen". www.jewishgen.org. Miġbur 2021-05-09.
- ^ a b "Zamosc www.HolocaustResearchProject.org". www.holocaustresearchproject.org. Miġbur 2021-05-09.
- ^ "Zamosc, Poland Koppen Climate Classification (Weatherbase)". Weatherbase. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-09. Miġbur 2021-05-09.
- ^ "Zamosc, Poland Travel Weather Averages (Weatherbase)". Weatherbase. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-16. Miġbur 2021-05-09.
- ^ National Oceanic and Atmospheric Administration (bl-Ingliż). 2021-04-28. Miġbur 2021-05-09. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Andrzej Kędziora "Encyklopedia Ludzi Zamościa", Zamość 2007
- ^ "Zamość". www.zamosc.pl (bil-Pollakk). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-01-28. Miġbur 2021-05-09.