Aqbeż għall-kontentut

Antonio Vivaldi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Vivaldi)
Antonio Vivaldi

Ir-ritratt famużissmu preżunt ta' Antonio Vivaldi (anonimu, seklu 18, madwar l-1723) miżmum fil-Museo internazionale e biblioteca della musica ta' Bolonja. Tliet ritratti ta' Vivaldi tpinġew f'ħajtu.
surmast tal-kappella

1718 - 1720
għalliem tal-mużika

1703 -
Qassis fil-Knisja Kattolika

1703 -
Ħajja
Isem propju Antonio Lucio Vivaldi
Twelid Venezja, 4 Marzu 1678
Nazzjonalità Repubblika ta' Venezja
Mewt Vjenna, 28 Lulju 1741
Post tad-dfin Vjenna
Familja
Missier Giovanni Battista Vivaldi
Omm Camilla Calicchio
Konjuga/i Not married
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Latin
Venet
Għalliema Giovanni Battista Vivaldi
Giovanni Legrenzi
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
kompożitur tal-opri
Qassis fil-Knisja Kattolika
mużiċist
vjolinist
surmast tal-kappella
għalliem tal-mużika
direttur tat-teatru
direttur mużikali
Impjegaturi Ospedale della Pietà (en) Translate
Philip of Hesse-Darmstadt (en) Translate
Teatro San Angelo (en) Translate
Xogħlijiet importanti L-Erba' Staġuni
Orlando furioso
Juditha triumphans (en) Translate
Vivaldi's 'Manchester' Violin Sonatas (en) Translate
L'estro armonico, Op. 3 (en) Translate
Gloria in D Major (en) Translate
Stabat Mater (en) Translate
Giustino (en) Translate
Influwenzat minn Arcangelo Corelli (mul) Translate
Giuseppe Torelli (mul) Translate
Moviment mużika Barokka
Moviment artistiku opra
musica da camera
mużika tal-knisja
kunċert
sinfonija
sardana
Strument/i tal-mużika vjolin
klaviċembalu
vjola tal-imħabba

Antonio Lucio Vivaldi (Venezja, 4 ta' Marzu 1678 – Vjenna, 28 ta' Lulju 1741) kien kompożitur u vjolinista Taljan [1][2][3], li kien jgħix fir-Repubblika ta' Venezja, meqjus bħala wieħed mill-aqwa esponenti tal-Barokk mużikali.

Kien qassis imma ma kienx iqaddes għal raġunijiet tas-saħħa. Kellu l-laqam ta' "il Prete rosso" (il-qassis l-aħmar) minħabba li kellu xagħru aħmar.

Kien wieħed mil-vjolinisti l-aktar vituosi ta' żmienu u wieħed mill-aqwa kompożituri tal-mużika barokka. Hu meqjus bħala l-mużiċista l-aktar importanti, influwenti u oriġinali tal-epoka tiegħu. Vivaldi għamel kontribut sinjifikattiv fl-iżvilupp tal-kunċert, fuq kollox dak solistiku (ġeneru mibdi minn Giuseppe Torelli), u fit-teknika tal-vjolin u tal-orkestrazzjoni. Ħadem ukoll fil-qasam tal-opera lirika u x-xogħol vast tiegħu jinkludi ħafna kunċerti, sonati, u mużika saġra.

Ix-xogħlijiet tiegħu fi żmienu influwenzaw għad kbir mill-kompożituri, fosthom il-ġenju kbir tal-barokk Johann Sebastian Bach, imma wkoll Pisendel, Heinichen, Zelenka, Boismortier, Corrette, De Fesch, Quantz u wara influwenzaw mużiċisti klassiċi kbar bħal Wolfgang Amadeus Mozart, Gioacchino Rossini u Ludwig van Beethoven (pereżempju s-Sinfonija Pastorali). Mill-kompożizzjonijiet tiegħu l-aktar magħrufa huma l-erba' kunċerti għall-vjolin bl-isem ta' L-erba' Staġuni, eżempju famuż ta' mużika bis-suġġett. Kif ġaralhom ħafna komożituri barokki, wara mewtu ismu u l-mużika tiegħu intesew. Kien biss bis-saħħa tar-riċerka ta xi mużikoloġi tes-seklu 20, bħal Arnold Schering, Marc Pincherle, Alberto Gentili u Alfredo Casella, Gian Francesco Malipiero li Vivaldi reġa' ġie skopert u sar wieħed mill-kompożituri l-aktar magħrufin u esekwiti.

Id-dokumenti dwar il-ħajja ta' Vivaldi huma skarsi ħafna għaliex qabel is-seklu 20 l-ebda bijografu ma interessa ruħu li jirrikostruwixxiha. Il-bijografija għad fiha ħafna lakuni u ineżattezzi; xi perjodi minn ħajtu għadna ma nafu xejn fuqhom, bħall-vjaġġi li suppost għamel fl-Italja u fl-Ewropa. Allura wieħed irid jirreferi għax-xhieda diretta tal-epoka, b'mod partikulari dik ta' Charles de Brosses, Carlo Goldoni, tal-arkitett Ġermaniż Johann Friedrich Armand von Uffenbach, li kienu iltaqgħu mal-kompożitur. Tagħrif ieħor ġej minn xi manuskritti u dokumenti misjubin f'diversi arkivji fl-Italja u f'pajjiżi oħra.[4] Biex nagħtu żewġ eżempji konkreti: Kien biss fl-1938 li setgħet tiġi determinata id-data ta' mewtu, mill-att misjub Vjenna. u fl-1963 instabet id-data t-twelid fuq l-att tal-magħmudija (qabel is-sena ta' twelidu, 1678, kienet biss dedotta mill-fażijiet magħrufin tal-karriera ekkleżjastika tiegħu).

It-tfulija u ż-żogħżija

[immodifika | immodifika s-sors]
Knisja ta' San Giovanni in Bragor, fejn tgħammed Antonio Vivaldi

Antonio Vivaldi twieled nhar il-Ġimgħa l-4 ta' Marzu f'Venezja u tgħammed id-dar mill-majjistra Margarita Veronese għax kien fil-periklu tal-mewt. Rega' tgħammed formalment xagħrejn wara fis-6 ta' Mejju fil-knisja ta' San Giovanni in Bragora, mhux 'il bogħod minn fejn jaħsbu li kien joqgħod Vivaldi, f'bini fil-proprjetà tal-familja nobiljari Salamon, fil-parroċċa ta' La Bragora, fis-sestiere ta' Castello. Il-parrinu tal-magħmudija kien Giovanni Antonio Veccellio, sid ta' spiżerija popolari fuq ir-Riva degli Schiavoni, l-ispiżerija "all'Insegna del Doge", kien ilu għarmel sentejn mill-kuġina ta' omm Antonio.[5]

Missieru Giovanni Battista Vivaldi (madwar l-1655-1736), kien bin ħajjat minn Brescia, li wara mewtu l-familja marret toqgħod Venezja. Kienu joqoqħdu fil-post imsejjaħ "il-fran tal-Arsenale", fil-parroċċa ta' San Martino fejn Giovanni kien jaħdem ta' barbier u vjolinista. Ommu, Camilla Calicchio (1653-1728), kienet bint Camillo Calicchio, ħajjat minn Pomarico, provinċja ta' Matera,[6] li fl-1651, ta' tnejn u għoxrin sena kien mar Venezja, u Zanetta Temporini, mara ta' karattru qawwi , kellha tletin sena meta żżewġet fl-istess sena 1651.[7] Camilla u Giovanni Battista żżewġu fil-11 ta' Ġunju 1676 u kellhom b'kollox tnax-il wild, li fosthom tlieta mietu żgħar. Dawn kienu: Gabriela Antonia (1676-1678), Antonio Lucio (1678-1741), Margarita Gabriella (1680-1750), Cecilia Maria (1683-1767), Bonaventura Tomaso (1685-post 1718), Zanetta Anna (1687-1762), Francesco Gaetano (1690-1752), Iseppo Santo (1692-1696), Gerolama Michela (1694-1696) u Iseppo Caetano (1697-post 1729).[8] Minn dawn Antonio biss għażel il-karriera mużikali.

Francesco Guardi: Piazza San Marco, Venezja (circa 1776), Vjenna, Kunsthistorisches Museum; il-knisja ta' San Geminiano ta' Jacopo Sansovino, li twaqqgħet fir-risistemazzjoni Napoleonika kienet fil-Piazza San Marco, quddiem il-bażilka.

Missieru kien x'aktarx interessat ħafna aktar fil-mużika milli fix-xogħol ta' barbier, infatti fl-1685 aċċetta x-xogħol pretiġjuż ta' vjolinista tal-basilka ta' San Marco, li dak iż-żmien kienet għadha kappella privata tad-Doge u mhux sede veskoviliu fiha kienu jiċċelebraw biss f'okkażjonijiet speċjali. Fl-istess sena nħatar il-famuż Giovanni Legrenzi bħala Maestro ta' din il-kappella. Flimkien ma' dan u mal-kollega tiegħu Antonio Lotti, Giovanni Battista Vivaldi waqqaf is-Sovvegno dei musicisti di S. Cecilia, konfraternità ta' mużiċisti Venezjani. Ma' dan l-impen fl-1689 żied dak ta' għalliem tal-vjolin fl-isptar dei Mendicanti.

Antonio Vivaldi x'aktarx tgħallem idoqq il-vjolin minn missieru. Wera talent kbir kmieni ħafna u kien jitħalla jmur għand il-mużiċisti tal-Kappella tad-Doge. X'aktarx kien jgħallmu l-Maestro di Cappella Giovanni Legrenzi, però dan ma setax kellu influwenza kbira billi miet fl-1690 meta Vivaldi kellhom xi 12-il sena. Immma m'hemmx dubju li Vivaldi tgħallem ħafna mill-mużiċisti tal-kappella ta' San Marco mindu kien għadu żgħir. Ftit ftit ħa post missieru Giovanni Battista Vivaldi, vjolinista ta' xi fama, li rwol tiegħu fil-ħajja u l-karriera ta' ibnu bilfors kien importanti u fit-tul, billi miet xi ħames snin qabel ibnu.

Il-karriera ekkleżjastika taż-żagħżugħ Antonio bdiet fit-18 ta' Settembru 1693, meta laħaq l-età minima għat-tonsura, minn idejn il-patrijarka ta' Venezja, li sar il-Kardinal Badoero. Kompla l-istudji tiegħu fil-knisja ta' San Geminiano u ta' San Giovanni in Oleo. Kif kienet id-drawwa baqa' jgħix mal-familja fil-parroċċa ta' San Giovanni Battista f'Bragora. Il-mużika ma abbandunahiex; anzi minħabba l-ħila tiegħu fuq il-vjolin fl-1696 kien diġà ġie impjegat bħala vjolinista soprannumerarju matul il-funzjonijet tal-miled fil-kappella tal-bażilka ta' San Marco, fejn deher l-ewwel darba fil-pubbliku. Fl-istess żmien kien jagħmel parti mill-grupp tal-'Arte dei sonadori.

Fl-4 ta' April 1699 ħa l-ordni minuri ta' suddjaknu fil-knisja ta' S. Giovanni in Oleo u, fit-18 ta' Settembru 1700 ġie ordnat djaknu. Fit-23 ta' Marzu 1703 ġie ordnat qassis. Baqa' jgħix id-dar u jaħdem ma' missieru. Laqqmuh il Prete Rosso (il-Qassis l-Aħmar) minħabba l-kulur ta' xagħru, allavolja kien moħbi bil-parrokka kif kienet il-moda dak iż-żmien.

Mill-1704 waqaf iqaddes minħabba raġunijiet tas-saħħa. X'aktarx kien ibati minn xi forma ta' ażma ("għafsa tas-sider") li kien ilu jbati biha mit-twelid,[9] u minħabba tagħha ma kienx jista' jkompli l-quddiesa sal-aħħar mingħajr ma jħalli l-artal.

L-attività fi ħdan il-Pio Ospedale della Pietà

[immodifika | immodifika s-sors]
Gabriele Bella: La cantata delle putte delli Ospitali (1720 circa) - Venezja, Palazzo Querini Stampalia

Minkejja li kien għadu żaghżugħ, il-fama tiegħu malajr bdiet tinfirex u fl-1 ta' Settembru 1703 nħatar bħala maestro tal-vjolin mill-awtorità tal-Pio Ospedale della Pietà bi stipendju ta' 60 dukat fis-sena; baqa' hemm sal-1720. Il-Pio Ospedale della Pietà li twaqqaf fl-1346 kien l-isptar l-aktar prestiġjuż mill-erba' sptarijiet femminili ta' Venezja (it-tlieta l-oħra kienu l-Ospedale degli Incurabili, l-Ospedale dei Mendicanti u l-Ospedale dei Derelitti ai SS. Giovanni e Paolo), u fih kienu jieħdu ħsieb it-tfal orfni jew minn familji fqar ħafna li kienu jitgħallmu sengħa u jħallu l-istitut ta' 15-il sena. Il-bniet minflok kienu jirċievu edukazzjoni mużikali u dawk ta' talent kienu jsiru membri tal-isptar. Dawn kienu jinqasmu fi tlieta skont l-abbiltà tagħhom: figlie di coro, privilegiate di coro, u maestre di coro li kienu jgħallmu. Il-kronista dilettant tal-mużika, Charles de Brosses, kien impressjonat:

Hemm mużika eċċezzjonali u dik hi tal-Ospedali fejn il-"putte" jkantaw qishom anġli u jdoqqu l-vjolin, l-orgni, l-oboe, il-vjolinċell, il-fagott, insomma m'hemmx istrument li jibżgħu minnu.

F'Awwissu ta' 1704 l-istipendju tiegħu sar ta' 100 dukat u miegħu żid il-pożizzjoni ta' għalliem tal-viola da gamba u fl-1705 ngħata l-inkarigu tal-kompożizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-kunċerti, b'salarju akbar ta' 150 dukat, somma modesta ħafna li kien miżjud magħha l-ħlas tal-quddies ta' kuljum għall-Pietà u l-familji għanja patrizji.

F' Les Confessions , Jean-Jacques Rousseau jagħti xhieda oħra ral-kwalità tal-kwalità ta' dawn it-tfajliet tal-orkestra, li hu seta' jappreza personalment matul iż-żmien li għadda Venezja, meta mill-1743 sal-1744 kien segretarju tal-ambaxxatur Franċiż f'Venezja:

Hemm mużika li fl-opinjoni tiegħi hi aqwa minn dik tal-opri, u li m'hawnx bħala la fl-Italja u lanqas fil-bqija tad-dinja, u dik hi tal-iskejjel. L-iskejjel huma opri tal-karità biex jedukaw il-bniet li m'għandhomx flus u r-repubblika tagħtihom id-dota biex jiżżewġu jew jidħlu sorijiet. Il-mużika hi t-talent l-aktar ikkultivat f'dawn it-tfal. Kull nhar ta' Ħadd fil-knisja tal-erba' skejjel, matul l-għasar, jitkantaw mottetti b'kor kbir u b'orkestra kbira, komposti u diretti mill-aqwa maestri tal-Italia, esegwiti minn wara l-gradilji minn tfajliet li l-akbar waħda fosthom għandha inqas minn għoxrin sena.
Francesco Guardi: Concerto di dame al Casino dei Filarmonici (1782), Munich, Alte Pinakothek

Il-fatt li kellu għad-diżpożizzjoni tiegħu dawn l-istrumentalisti u kantanti esperti mingħajr ħsieb ta' numru, ħin jew spejjeż kien ta' vantaġġ kbir għall-kompożitur billi hekk kellu libertà kbira fil-kreatività u l-isperimentazzjoni f'kull tip ta' kumbinazzjoni tal-organiku strumentali. F'din l-epoka il-maestro tal-vjolin żagħżugħ kien żgur beda il-karriera tiegħu ta' kompożitur u kien qiegħed isir magħruf għall-ewwel opri tiegħu mifruxin f'manuskritti, u l-fama li kien beda jieħu setgħet tiġġustifika ntgħażel biexjiġi afdat dan il-post importanti. Id-direzzjoni mużikali tal-Pietà kinet affdata mill-1801 lil Francesco Gasparini, "maestro di coro". Dan il-mużiċista ta' talent kbir , attiv ħafna fil-kompożizzjoni, kien jiddeika l-parti l-kbira ta' ħinu jaħdem fuq l-opri fit-Teatro Sant'Angelo.[10] Allura kien iħalli f'idejn Vivaldi għad kbir, dejjem jikber, ta' dmirijiet li fl-aħħar Vivaldi fil-vrità sar l-animatur mużikali prinċipali tal-Ospedale.

Ir-relazzjonijiet tiegħu mal-kunsill direttiv tal-Ospedale, jekk noqgħodu fuq il-ftit dokumenti li baqa', jidhru li kienu jvarjaw. Kull sena it-tmexxija tal-istitut Venezjan kienu jiltaqgħu biex jivvutaw fuq il-post ta' maestro. Vivaldi kien rarament spostat imma fl-1709 tilef il-post b'7 voti kontra u 6 favur. Però wara li baqa' jaħdem għal rasu bħala mużiċista għal sena oħra, fl-1711 reġa' nħatar fil-Pietà wara votazzjoni tal-kunsill tal-istitut. Dan kien x'aktarx għax id-direzzjoni kienu fehmu l-importanza tiegħu fl-iskola. Fl-1713 sar risponsabli għall-attività mużikali tal-istitut u fl-1716 "maestro de' concerti". L-istudjużi tal-ħajja ta' Vivaldi, bħal Michael Talbot u Micky White, jiddubitaw jekk kienx qata' formalment kull inpen min mal-Pietà matul is-snin li ma kienx jgħallem hemm. Hemm probabbiltà kbira li Vivaldi kompla jforni l-Pietà b'kunċerti u kompożizzjonijiet oħra matul ħajtu kollha, anki privatament.

Il Pio Ospedale della Pietà sulla Riva Degli Schiavoni (1686), Venezja, kollezzjoni privata

Kien matul dawn is-snin li Vivaldi kiteb il-parti l-bira tal-mużika tiegħu, li tikkonsisti f'ħafna opri u anke għadd kbir ta' kunċerti. fl-1705 ġiet ippubblikata l-ewwel ġabra tiegħu, Opus 1, ġabra ta' 12-il sonata għal tlieta ddedikata lin-nobbli Venezjan Annibale Gambara, li kienu għadhom fl-istil neocorrelljan . Fl-1708[11] dehret ġabra oħra ta' 12-il sonata għall-vjolin u l-basso continuo (Opus 2), imma l-fama laħqet il-livell internazzjonali bil-kollezzjoni ta' 12-il kunċert għall-arki, L'estro armonico (Opus 3), li ġie stampat Amsterdam fl-1711 bis-saħħa tal-editur Estienne Roger, li kien aktar 'il quddiem fit-teknika ġdida tal-istampa mill-edituri Venezjani Sala u Bortoli. Il-ħarġa tagħha ġiet ippubblikizzata b'avviż f'The Post Man ta' Londra. Dawn il-kunċerti kellhom suċċess tremend fl-Ewropa kollha u kienu segwiti fl-1714 minn La stravaganza (Opus 4), ġabra ta' kunċerti.

Fi Frar tal-1711 Vivaldi, flimkien ma' missieru mar Brescia, fejn ikkonsinna l-iStabat Mater RV 621 lill-Kongregazzjoni tal-Oratorju ta' San Filippu Neri li kienu kkommissjonawha. Fl-1718 beda perjodu ta' vjjaġġi ta' sikwit, imma qatt ma qata' r-rabtiet li kellu mal-Pietà. Mill-atti reġistrati nistgħu naraw li bejn l-1723 u l-1729 tħallas għall-kompożizzjoni ta' mill-inqas 140 kunċert.

Impreżarju tal-opra fit-Teatru Sant'Angelo

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Venezja tal bidu tas-seklu XVIII l-opra kienet id-divertiment mużikali l-aktar popolari u l-aktar ta' qligħ għall-kompożituri. Kien hemm bosta teatri jikkompetu bejniethom. Sa ftit snin ilu kienu jaħsbu li l-ewwel xogħol teatrali Vivaldjan kien Ottone in villa (RV 729), irrappreżentat fit-Teatro delle Grazie ta' Vicenza f'Mejju tal-1713. Però wara riċerki ġodda instab li Vivaldi kiteb l-ewwel opra fl-1705 jew qabel għax f'din is-sena lesta Creso tolto alle fiamme (RV Anh. 138) ta' Girolamo Polani għat-Teatru Sant'Angelo ta' Venezja. Fl-1714 sar impreżarju kif ukoll direttore delle musiche f'dan it-teatru fejn lesta it-tielet opra tiegħu Orlando finto pazzo (RV 727). Madankollu ma jidhirx li d-dramm kellu s-suċċess mistenni, u biex "isalva" l-istaġun, l-impreżarju Vivaldi kellu jirranġa b'xi tibdiliet u b'xi żididiet Orlando ta' Giovanni Alberto Ristori, li kienet ġa ppreżentata s-sena ta' qabel. Fl-1715 tela' pastiċċ, Nerone fatto Cesare (RV 724, mitluf), bil-mużika ta' diversi kompożituri u 11-il arja minn Vivaldi stess.

Is-sena 1716 rat ir-rappreżentazzjoni ta' Arsilda, regina di Ponto (RV 700), li x'aktarx kienet suċċess billi wara l-opra ta' warajha (L'incoronazione di Dario, RV 719), ġew proposti rappreżentazzjonijiet bl-istess atturi żagħżagħ ħafna (l-aqwa fosthom Annibale Pio Fabri, Anna Vicenza Dotti u Maria Teresa Cotte jew Cotti)[12]. Fl-istess sena ġiet rappreżentata La costanza trionfante degli amori e degl'odii (RV 706), fit-teatru żgħir San Moisè.

Fl-istess perjodu il-Pietà ikkommissjonatlu diversi xogħlijiet liturġiċi. L-aktar importanti fosthom kienu żewġ oratorji: l-ewwel wieħed, Moyses Deus Pharaonis (RV 643), li sfortunatament intilef u it-tieni, Juditha triumphans devicta Holofernis barbarie (RV 644), kompost fl-1716, li hu wieħed mix-xogħlijiet sagri l-aktar magħrufin ta' Vivaldi. It-tieni wieġed kien ikkommissjonat biex jiċċelebra il-vittorja tar-Repubblika ta' Venezja kontra t-Torok u r-rikonkwista tal-ġżira ta' Corfù. Il-ħdax-il parti, kemm maskili kif ukoll femminili, kienu interpretati mill-bniet tal-Pietà u ħafna arji kellhom partijiet għal strumenti solisti bħal flauti dolci, obwejiet, klarinetti, viola d'amore, mandolini, biex juru t-talent tat-tfajliet anke fi strumenti partikularment rari u li ma jinkisbux faċilment f'dik l-epoka.

Il teatro alla moda ta' Benedetto Marcello

Bħala rappreżentant l-aktar jidher tal-istil operistiku modern, Vivaldi kien wieħed mill-bersalji tal-fuljett satiriku Il teatro alla moda, ippubblkat anonimament fl-1720, imma magħruf li kien miktub mill-mużiċista u letterat Benedetto Marcello. Benedetto Marcello, patrizju u maġistrat Venezjan, li kien ukoll mużiċista apprezzat minn ħafna mill-kontemporanji tiegħu (fosthom Johann Sebastian Bach), kien jappoġġa viżjoni aristokratika u elitista tal-mużika, u ma kienx lest li japprezza l-aspetti aktar "popolari" tal-produzzjoni operistika tal-epoka tiegħu. Madankollu l-unika referenza espliċita għal Vivaldi fit-Teatro alla moda hi moħbija fil-frontespizju, fejn sensiela ta' anagrammi li jaħbu l-ismijiet ta' xi persunaġġi magħrufin ħafna fl-epoka, fosthom, "ALDIVIVA" li tirreferi ċarament għal Vivaldi. Fl-istess frontespizju jidher grupp ta' personaġġi fuq dgħajsa u r-raġel bilwieqfa fuqha liebes kappell tal-qassisin u jdoqq il-vjolin seta' kien karikatura ta' Vivaldi. Fil-bqija, il-fuljett jikkritika u jirridikola aspetti tat-teatru mużikali li kienu mifruxin ħafna dak-ż-żmien imma mhux speċifikament diretti kontra l-attività ta' Vivaldi.

Is-snin tal-maturità

[immodifika | immodifika s-sors]
Antonio Vivaldi f'ritratt postum ta' Lambert Jeune

Fl-1718 lil Vivaldi offrewlu l-inkarigu prestiġjuż ta' maestro di cappella da camera fil-qorti ta' Filippu t'Assia-Darmstadt, gvernatur ta' Mantova u dilettant kbir magħruf tal-mużika. Allura mar joqgħod fil-belt Lombarda u baqa' hemm madwar tliet snin.[13] Min dan il-perjodu, biex inkunu eżatti mill-istaġun 1720-1721, baqa' xhieda ta' almenu tliet opri, fosthom Tito Manlio (RV 738), u diversi kantati u serenati. Wara Vivaldi mar Milan, fejn fl-1721 ippreżenta id-dramma pastorali La Silvia (RV 734) u fl-1722 l-oratorju L'adorazione delli tre re magi al bambino Gesù (RV 645, mitluf). Ukoll fl-1722 il-kompożitur Venezjan mar Ruma, fejn kien mistieden mill-Papa Benedettu XIII biex idoqq fil-preżenza tiegħu. Fl-1725 tmar lura Venezja, fejn fl-istess sena pproduċa erba' xogħlijiet teatrali.

Dan kien ukoll li-perjodu li fih kiteb Le quattro stagioni, erba' kunċerti għall-vjolin li jirrappreżentaw ix-xeni tan-natura bil-mużika. X'aktarx l-idea li jikkomponi dawn il-kunċerti ġietu meta kien fil-kampanja madwar Mantova. Dawn kienu konċezzjoni revoluzzjonarja fil-mużika, fihom Vivaldi jirrappreżenta l-ħoss tal-ilma fin-nixxigħat, l-għana tal-għasafar, l-inbiħ tal-klieb, iż-żarżir tan-naħal, l-għajjat tar-rgħajja, it-tempesta, iż-żeffiena fis-sakra, il-lejl sieket, il-festi tal-kaċċa, il-mogħdija bis-silġ, it-tfal jiżżerżqu fuq is-silġ u l-ħoss tan-nar jaqbad. Ma kull kunċert hemm assoċjat sunett miktub minn Vivaldi stess, li jiddesktivi x-xena raffigurata fil-mużika. Dawn ġew ippubblikati bħala l-ewwel erba' kunċerti f'ġabra ta' tnax: Il cimento dell'armonia e dell'inventione Opus 8, ippubblikata Amsterdam, fl-1725, minn Michel-Charles Le Cène, li ssuċċieda lil Estienne Roger fl-attività editorjali.

X'aktarx matul dan il-perjodu f'Mantova Vivaldi sar jaf 'il Anna Girò, li dak iż-żmien kienet għadha tifla (jaħsbu li twieldet madwar l-1710), li 'l quddiem kellha ssir l-istudenta tiegħu u takkwista fama kbira bħala kantanta lirika. Vivaldi tella' mill-inqas 15-il rappreżentazzjoni operistika bil-parteċipazzjoni ta' Anna Girò bejn l-1723 u l-1740. Minkejja li hemm ħafna letteratura li ħolqot ipoteżi fantasjuża dwar ir-relazzjoni ta' mħabba li seta' kien hemm bejniethom, sa issa m'hemm l-ebda prova minnn dokumentazzjoni storika.

L-aħħar snin u l-mewt

[immodifika | immodifika s-sors]
Karikatura ta' Vivaldi
minn Pier Leone Ghezzi (1723),
li għandha l-kitba:
Il Prete Rosso Compositore di Musica che fece L'opera a Capranica del 1723[14]
Biblioteca Apostolica vaticana

Fil-quċċat tal-karriera, Vivaldi rċieva għadd kbir ta' kummissjonijiet mill-familji nobbli u rjali tal-Ewropa. Is-serenata La Gloria, Imeneo (RV 687) kitibha għaż-żwieġ ta' Lwiġi XV. L-Opus 9, La cetra, kien iddedikat lill-Imperatur Karlu VI. Vivaldi kellu l-opportunità li jiltaqa' mal-Imperatur fl-1728, meta dan mar Trieste biex jissuperviżża l-bini ta' port ġdid. Carlo tant kien jammira x-xogħol tal-Prete Rosso, kif kellu d-drawwa li jsejjaħlu, li dam ikellmu aktar milli kien dam ikellem il-ministri tiegħu f'sentejn. Tah it-titlu ta' Kavallier u midalja tad-deheb u stiednu jmur il-qorti ta' Vjenna. Min-naħa tiegħu Vivaldi ppreżenta l-Imperatur b'dik li suppost kienet kopja tal-manuskritt ta' La cetra. Però din il-ġabra ta' kunċerti hi kważi kompletament differenti minn dik ippubblikata bl-istess titlu, bħala Opus 9. X'aktarx minħabba dewmien fl-istampar Vivaldi ħoloq bl-aħjar mod li seta' ġabra improvviżata ta' kunċerti.

Fl-1730, flimkien ma' missieru vvjaġġa għal Vjenna u Praga, fejn ġiet rappreżentata, fost oħrajn, l-opra tiegħu Farnace (RV 711). Xi xogħlijiet oħra ta' dan il-perjodu juru li kien iltaqa' ma' tnejn mill-aqwa librettisti Taljani tal-epoka: L'Olimpiade u Catone in Utica kienu komposti fuq librett ta' Pietro Metastasio li kien diġa famuż u li fl-1730 kien inħatar "Poeta Ċesarew" fil-qorti ta' Vjenna, waqt li l-librett ta' Griselda kien adattament, miż-żagħżużgħ Carlo Goldoni, ta' librett antik tal-predeċessur ta' Metastasio, Apostolo Zeno.

Karlu VI ta' Asburgu

Il-ħajja ta' Vivaldi, bħal ta' ħafna kompożituri ta' żmienu, spiċċat ħażin minħabba l-kondizzjonijiet ekonomiċi u umani. L-opri tiegħu ma baqgħux partikularment apprezzati Venezja minħabba bidla mgħaġġla fil-gosti u minħabba d-dħul tal-opra Naplitana ma baqgħux moda. Allura fl-1737 iddeċieda li jmur Vjenna, fejn kien stiednu Karlu VI u fejn kien jispera li jsib xi pożizzjoni uffiċjali fil-qorti. Barra minnhekk x'aktarx li Vivaldi kellu f'moħħu li jtella' xi opri fil-Kärntnertortheater. Biex iħallas l-ispejjeż biex imur Vjenna ma ħasibhiex darbten biex ibigħ għadd konsiderevoli ta' manuskritti b'irħis. Imma fiż-żmien meta ddeċieda li jmur joqgħod fil-belt kapitali Asburġika u hekk iħalli l-Talja għal dejjem, ġara episopdju spjaċevoli li affettwa r-ruħ tal-mużiċista profondament.

Lejliet il-ftuħ tal-istaġun tal-opra f'Ferrara, li bih Vivaldi kien jispera li joħroġ mid-diffikutajiet li kien iltaqa' magħhom f'pajjiżu, ġie msejjaħ min-nunzju appostoliku ta' Venezja li għarrfu li kien hemm projbizzjoni li jmur Ferrara, deċiża fid-diskussjonijiet li kellu mal-Kardinal Arċisqof ta' dik il-belt, Tommaso Ruffo.[15] Din id-deċiżjoni li kienet katastrofika minħabba l-istat avvanzat tal-proġett u l-impenji finanzjarji li kien diġà ħa Vivaldi, kienet motivata mill-fatt li l-Prete Rosso ma kienx iqaddes u kellu d-drawwa li jivjaġġa ma' Girò u nisa oħra, barra li l-arċisqof kien kontra li l-qassisin jieħdu sehem fl-affarijiet tal-ispettaklu.[16] Dan hu għall-inqas dak li jidher mill-ittra mibgħuta minn Vivaldi lill-protettur Ferrariż tiegħu, il-Markiż Guido Bentivoglio, biex jitlob l-appoġġ tiegħu biex jipprova jikseb revoka tal-interdizzjoni veskovili. F'din l-ittra Vivaldi jispjega r-raġuni tas-saħħa li minħaba fiha kien ilu ma jqaddes għal ħafna snin, u l-korrettezza perfetta fl-imġiba tiegħu man-nisa li jikkumpanjawh, kollha ta' devozzjoni u onestà jleqqu u bil-provi.[17] Minkejja l-isforzi tiegħu kollha Vivaldi ma rnexxielu jikseb xejn u barra mit-telf ekonomiku dan qisu affront kbir li ġiegħlu jitlaq mill-Italja għal dejjem.

Plakka kommemorativa ta' Vivaldi fl-Università Teknika ta' Vjenna

Diżgrazzjatament, ftit wara li wasal Vjenna f'Ottobru tal-1740, Karlu VI miet. Imbagħad segwiet gwerra ta' dimensjonijiet Ewropej, Il-Gwerra tas-suċċessjoni Awstrijaka li ġiegħlet it-tifla, l-imperatriċi futura Marija Tereża tal-Awstrija, li taħrab għall-Ungerija. Din kienet daqqa ta' ħarta traġika għal Vivaldi għaliex barra li minħabba l-gwerra, it-teatri Vjenniżi għalqu sas-sena ta' wara, hu baqa' mingħajr protezzjoni Imperjali u mingħajr flus. Vivaldi, forsi għax kien marid wisq u fqir wisq ma seta' jagħmel xejn ħlief li jibqa' Vjenna, ibigħ il-manuskritti b'irħis biex jgħix sakemm fil-lejl bejn is-27 u t-28 ta' Lulju 1741, miet b'infezzjoni intestinali (jew forsi anki minħabba b'dik l-asma bronkjali li kien ilu jbati biha minn twelidu) f'appartment qrib ħafna tal-Kärntnertortheater. Fit-28 ta' Lulju Vivaldi indifen f'fossa komuni fl-iSpitaller Gottsacker ta' Vjenna, b'funeral sempliċi imsejjaħ "tal-fqar". Iċ-ċimiterju m'għadux jeżisti, il-post fejn kien il-qabar tiegħu qiegħed maġenb il-Karlskirche, fejn hemm is-sede ċentrali tal-Università Teknika ta' Vjenna. Fil-bidu il-mużika tiegħu kienet sfortunata wkoll u waqgħet fl-oskurità, fejn baqgħet sa nofs is-seklu 20, meta l-figura ta' Vivaldi reġgħet saret importanti ħafna fil-panorama tal-istorja tal-mużika Ewropea.

Il-mużika ta' Vivaldi

[immodifika | immodifika s-sors]

Vivaldi jemfasizza ħafna l-istruttura formali u ritmika tal-kunċert, ifittex ripetutament kontrasti armoniċi u jivvinta temi u melodiji mhux tas-soltu. It-talent tiegħu kien jikkonsisti fil-kompożizzjoni ta' mużika mhux akkademika, ċara u espressiva b'mod li tista' tiġi apprezzata mill-pubbliku ġenerali u mhux mill-minoranza ta' speċjalisti biss. Vivaldi kien apprezzat mill-kritiċi Ġermaniżi kontempoanji. Fosthom insibu 'l Johann Adam Hiller, Ernst Ludwig Gerber u l-flawtista u kompożitur Johann Joachim Quantz. Dan qal li kien sema' xi kunċerti (probabilment L'estro armonico) tal-Prete Rosso f'Pirna fl-1714 u ddeskrvihom bħala ġeneru ġdid ta' biċċiet mużikali b'ritornelli manjifiċi (dan kien wieħed mir-rikonoxximenti kbar lil Vivaldi minn personalità ta' żmienu.) Il-mużika tiegħu kellha influwenza kbira fuq diversi kompożituri Awstrijaċi u Ġermaniżi. Fost dawn l-aktar famuż kien Johann Sebastian Bach, li kien influwenzat ħafna mill-forma tal-kunċert Vivaldjan: xi kunċerti Vivaldjani tant assimulahom li ttraskriviehom għall-orgni, il-klaveċimbalu solista jew għal klaveċimbalu wieħed jew aktar mal-orkestra. Fost dawn kien hemm il-famuż Kunċert għal erba' vjolini, arki u klaviċembalu op. 3 n. 10 (RV 580). Bach ma ttraskriviehomx biss imma żejjen sistematikament in-nisġa Vivaldjana mill-punto di vista kontrappuntistiku.

Kien apprezzat ukoll fl-ambjent mużikali Franċiż, li fih kienu jispikkaw Pierre Gaviniès u l-organista Michel Corrette. Il-fama tiegħu fi Franza kompliet għal ċertu żmien anke wara mewtu, infatti Jean-Jacques Rousseau fl-1775 għamel riarranġament għall-flawt tal-Primavera.

Johann Sebastian Bach: il modello di Vivaldi è stato determinante per l'evoluzione del suo stile

Min-naħa l-oħra kien attakkat bl-aħrax mill-Ingliżi, pereżempju Charles Avison kien isostni li l-mużika tiegħu kienet addattata biex "tidiverti t-tfal". Madankollu f'ħajtu il-mużika strumentali tiegħu kellha suċċess fl-Ewropa kollha u kienet stampata bosta drabi kemm mill-Franċiżi kif ukoll mill-Ingliżi.

L-Italja minkejja li kellu influwenza qawwija u li ġedded il-mużika strumentali tal-epoka, kien kważi injorat għal kollox mill-istudjużi ta' żmienu u wara mewtu x-xogħlijiet tiegħu intesew totalment. Dan kien minħabba l-moda li kien hemm l-Italja tas-seklu 18 fejn kienu dejjem iridu awturi ġodda u mużika ġdida. Vivaldi hu meqjus bħala wieħed mill- maestri tal-iskola Barokka Taljana, ibbażata fuq kontrasti sonori qawwija u fuq armoniji sempliċi u suġġestivi. Kien prattikament minsi matul iż-żmien tal-Klassiċiżmu, imma beda jintgħoġob mir-Romantiċiżmu tardiv u fil-bidu tas-seklu 20. Wara r-riskoperta tax-xogħlijiet tiegħu wara t-Tieni Gwerra Dinjija (bis-saħħa wkoll tat-twaqqif ta' entitajiet bħall-Istituto Italiano Antonio Vivaldi dedikati għall-istudju u għat-tifrix tal-mużika Vivaldjana), Vivaldi sar wieħed mill-kompożituri l-aktar popolari u mismugħin tal-Barokkanke jekk mhux il-mużiċisti kollha tas-seklu 20 urew l-istess entużjażmu: Luigi Dallapiccola qal provokatorjament li Vivaldi ma kitibx 400 kunċert, "imma l-istess kunċert għal erba' mitt darba". Din reġa' qalha Igor' Fëdorovič Stravinskij, u issa saret proverbjali.

Antonio Vivaldi (ritratt minn François Morellon de la Cave Effigies Antonii Vivaldi, għall-edizzjoni Le Cène tal-op. 8 tal-1725)

Katalogu tax-xogħlijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-katalgu tax-xogħlijiet ta' Vivaldi hu partikularment vast u kompless. Minħabba l-fama kbira li kellu mal-Ewropa kollha il-manuscritti tigeħu infirxu mal-irkejjen kollha tal-kontinent. Allura mhuwiex rari li f'xi riorganizzazzjoni tal-kollezzjonijiet tal-manuskritti ta' biblijoteka titfaċċa xi kompożizzjoni mhux pubblikata li kienet intilfet għal sekli sħaħ, kif ġara reċentement Dresden. Element ieħor ta' konfużjoni ġej mill-eżistenza ta' diversi katalgi li ma jaqblux bejniethom f'dak li jirrigwarda in-numerazzjoni u l-kronoloġija tax-xogħlijiet. Fosthom, dal-aħħar il-Katalgu Ryom (different mill-ittri RV) jidher li sar ir-riferiment universali. Madankollu anke issa mhux rari li tiltaqa' ma' pubblikazzjoni mużikali li tagħmel riferiment għal katalogazzjoni differenti. Fil-"corpus" tal-kompożiizzjonijiet Vivaldjani insibu madwar 600 kunċert u sonata li kważi 300 minnhom huma għall-vjolin wieħed jew aktar, madwar 30 għall-vjolinċell, 39 għall-faggot, 25 għall-flawt u 25 għall-oboe, u l-bqija għall-strumenti bħal-ljutu, il-mandolina u strumenti oħra li jintużaw rarament ħafna fil-funzjoni konċertistika tal-epoka Mal-kompożizzjonijiet mużikali rridu nżidu 'l madwar 100 xogħol ta' mużika sagra u 100 xogħol ieħor ta' mużika vokali. Il-kompożizzjonijiet operistiċi nstabu mill-ġdid riċentement. Dawn jkkonsistu f'madwar 45 titlu li għal ħafna minnhom intilfet il-parti mużkali tagħhom.

Reputazzjoni wara mewtu

[immodifika | immodifika s-sors]
Lapida b'memorja tal-kompożitur f'Calle della Pietà, Venezja

Vivaldi baqa' mhux magħruf għall-kunċerti ppubblikati u injorat għal kollox sa wara li reġa' beda jkun hemm interess fil-mużika ta' Bach, bis-saħħa ta' Felix Mendelssohn-Bartholdy. Anke x-xogħol famuż tiegħu, Le quattro stagioni, ma kienx inkluż fl-edizzjoni oriġinali. Fil-bidu tas-seklu 20 il-kunċert fl-istil Vivaldjan kompost fl-1913 minn Fritz Kreisler li għaddieh bħala xogħol oriġinali tal-Prete Rosso (RV Anh. 62),[18] ikkontribwixxa għall-irxoxtar tal-fortuna ta' Vivaldi. Dan ta spinta lill-istudjuż Franċiż Marc Pincherle, biex jibda xogħol akkademiku fuq ix-xogħlijiet tal-kompożitur Venezjan. I-sejba ta' bosta manuskritti ta' Vivaldi u l-akkwiżizzjoni tagħhom mill-Biblioteca Nazionale Universitaria di Torino wasslet għal interess ġdid fil-mużika ta' Vivaldi.

It-twelid mill-ġdid tax-xogħlijiet mhux pubblikati ta' Vivaldi fis-seklu 20 sar l-aktar bis-saħħa tad-dedikazzjoni ta' Alfredo Casella, li fl-1939 organizza is-Settimana di Vivaldi, issa storika, li fiha instabu mill-ġdid il-Gloria RV 589 u L'Olimpiade (RV 725). Mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn il-kompożizzjonijiet ta' Vivaldi kellhom suċċess universali. Fl-1947 il-kummerċjant Venezjan Antonio Fanna waqqaf l-Istituto Italiano Antonio Vivaldi, bil-kompożitur Gian Francesco Malipiero bħala direttur artistiku, bl-intenzjoni li jimppromwovi l-mużika ta' Vivaldi u l-pubblikazzjoni ta' edizzjonijiet ġodda tax-xogħlijiet tiegħu.

Il-mużika strumentali

[immodifika | immodifika s-sors]

Għalkemm Il-kunċert solistiku, li ġej mill-concerto grosso, kien bdieh Giuseppe Torelli xorta lil Vivaldi għandna nattribwixxu l-elaborazzjoni ta' forma li kienet użatat bħala mudell sat-twelid tal-kunċert klassiku.[19] Il-parti l-kbira mill-kunċerti tiegħu hi kkaratterizzata minn żewġ movimenti mgħaġġlin b'alternazzjoni ta' "kollha" bbażati fuq ritornell, li jerġa' jiġi propost f'diversi tonalitajiet ta' soli modulanti ta' karattru tematiku ħieles. Din il-forma, li ma kinetx invenzjoni Vivaldjana,[1] intużat mill-kompożitur Venezjan b'libertà kbira; pereżempju matul il-moviment iqassar ir-ritornell waqt li fl-istess ħin itawwal is-soli, jew jirrepeti darbtejn ir-ritornell finali bl-inserzjoni ta' episodju soliistiku qasir li juża materjal mużikali mill-ewwel solo.[20] Fil- movimenti bilmod, kultant juża forma ta' ritornell semplifikata, u drabi oħra juża forma b'tema waħda u b'żewġ partijiet maħruġa mis-sonata.

Vivaldi kkompona 329 kunċert għal strument solista wieħed u arki, li 220 minnhom huma għal vjolin, 37 għal fagott, 27 għal vjolinċell, 19 għal obwe, 13 għal flawt travers, 2 għal flawt dritt, 3 għal flautino (flawt dritt sopran irqieq), wieħed għal mandolina u 7 għal viola d'amore. Barra minn dawn hemm xi erbgħin kunċerti għall-żewġ strumenti u arki, l-aktar għal żewġ strumenti ugwali (żewġ vjolini jew żewġ obwejiet), imma fosthom hemm ukoll il-famuż kunċert għal viola d'amore u ljutu. Imbagħad hemm aktar minn tletin kunċerti multipli, għal aktar minn tliet solisti. Ma dawn irridu nżidu xi sittin "kunċert mimli" (kunċert għall-arki mingħajr solisti), jixbhu ħafna s-sinfoniji tal-opra, li fihom kultant insibu attenzjoni għall-elaborazzjoni kontrappuntistika 'l bogħod ħafna mill-immaġini stereotipata ta' Vivaldi bħala kompożitur "faċli" u superficjali.[1] Hemm numru żgħir ta' kunċerti b'solista u żewġ orkestri, infatti din hu qsim tal-orkestra f'żewġ gruppi separati, fit-tradizzjoni tal-polikoralità sagra Venezjana fli fjorixxiet bejn l-aħħar tas-seklu 16 u l-bidu tas-sbatax. Fl-aħħar hemm xi għoxrin "kunċert mingħajr orkestra", miktubin għal grupp ta' numru ta' strumenti, minn tnejn sa sitta, akkompanjati mill-basso continuo: dawn mhumiex tal-forma li fiha jiġu trattati s-soltu dawn il-gruppi, jiġifieri il-forma tas-"sonata da camera" jew tas-"sonata da chiesa", imma f'dik tal-kunċert "bir-ritornelli".[21]

Ħafna kunċerti huma programmatiċi jew onomatopejċi: fost dawn hemm pereżempju l-fumużissmi Stagioni (Staġuni, RV269, 315, 293, 297) li huma l-ewwel erba' kunċerti fl-opra 8, Il Gardellino (Il-Gardell, RV90, 428), La Tempesta di Mare (It-Tempesta tal-Baħar, RV98, 433, 570), Il cornet[t]o da posta (Il-Kurunetta tal-Posta, RV363), La Caccia (Il-Kaċċa, RV 362), La notte (Il-Lejl, RV104, 501). Imbagħad ħafna kunċerti oħra għandhom titlu li jista' jirreferi għall-istil mużikali, bħall-Concerto madrigalesco (Kunċert madrigalesk, RV129) jew il-Concerto alla rustica (Kunċert bi stil rustiku, HRV151), jew għall-emozzjoni ġenerali tal-mużika, bħal L'inquietudine (RV23) jew L'amoroso (RV271), għall-modalità partikulari tal-eżekuzzjoni bħal L'ottavina (RV763), li fiha is-soli kollha jindaqqu fuq l-ottava l-għolja, jew anke għall-eżekutur li jkun ħa jdoqqu, bħal Il Carbonelli (RV366) jew għall-okkażżjoni li jkun kompost għaliha tkun bħall-kunċerti "per lal-la solennità di S Lorenzo" (RV286, 556, 562).[22]

Waslulna madwar 90 sonata, li jippreżentaw stil inqas innovattiv min tal-kunċerti. Kemm fis-sonata solistika (għal strument wieħed u basso continuo) kif ukoll fis-sonata "għal tlieta" (għal żewġ strumenti u basso continuo) tintuża sistema formali u kitba marbuta mal-mudelli komuni tal-musica da camera ta' dak iż-żmien (Arcangelo Corelli, Tomaso Albinoni, l-iskola Bolonjiża u dik Venezjana). Is-sonati għal tlieta, miġburin fl-opra 1 u l-opra 5, huma influwenzati ħafna mix-xogħlijiet da camera ta' Arcangelo Corelli, anke jekk huma "dinamizzati" mill-vitalità tal-kitba strumentali Venezjana, filwaqt li s-sonati għall-istrument wieħed, miktubin l-aktar għall-vjolin, jew għall-vjolinċell, jew għal strument tan-nifs, għandhom stil tipikament da camera personalizzat minn żvilupp partikolari tal-kantabilità fil-movimenti bil-mod u minn distakkament progressiv fir-ritmu mill-mudelli taż-żfin.

Fost is-sonati tiegħu, ta' min jiftakar ir-RV 68, RV 70, RV 71 u RV 77, miktubin għall-żewġ vjolini u kontrabaxx ad libitum, li x'aktarx kienu komposti qabel id-dwetti għall-żewġ vjolini op. 3 ta' Jean-Marie Leclair[1]u allura huma fost l-ewwel u l-aktar eżempji interessanti ta' sonati għall-żewġ vjolini mingħajr akkompanjament mill-basso continuo.

Sonati[23]
61 sonata għal strument wieħed u kontrabaxx
Strument
40 vjolin
9 vjolinċell
6 musette jew ghironda, vjolin, obwe, flawt[24]
4 flawt
1 obwe
1 flawt dritt
27 sonati għal tlieta (żewġ strumenti u kontrabaxx)
Strument
20 żewġ vjolini
5 żewġ strumenti diversi
1 żewġ obwejiet
1 żewġ flauti
3 sonati għal erba' (erba' partijiet strumentali)
2 żewġ vjolini, vjola u kontrabaxx
1 żewġ strumenti diversi, obwe, chalumeau u organo obbligato
Kunċerti[25]
329 kunċert bi strument solista wieħed
Strument
220 vjolin
37 fagott
27 vjolinċell
19 obwe
13 flawt
7 viola d'amore
3 flautino
2 flawt dritt
1 mandolina
45 kunċert doppji (żewġ strumenti solisti, orkestra tal-arki u continuo)
Strument
25 żewġ vjolini
11 żewġ strumenti diversi
3 żewġ obwejiet
2 żewġ korni
1 żewġ vjolinċelli
1 żewġ mandolini
1 żewġ flauti
1 żewġ truombetti
34 kunċert għal grupp (aktar minn żewġ strumenti solisti, orkestra tal-arki u continuo)
4 kunċerti għal lżewġ orkestri tal-arki u solista (jew solisti)
22 kunċerti da camera (minn 3 sa 6 strumenti solisti u continuo)
44 kunċert għal orkestra tal-arki u continuo

Ġabriet li ġew stampati f'ħajtu

[immodifika | immodifika s-sors]

Meta neżaminaw x-xogħijiet ippubblikaati waqt li Vivaldi kien għadu ħaj, mal-ewwel nindunaw li fl-ewwel snin tal-karriera tiegħu kien hemm prevalenza ta' sonati, waqt li fit-tieni parti ta' ħajtu, meta kien diġa kompożitur stabilit, kien hemm maġġoranza assoluta ta' kunċerti. L-aħħar żewġ pubblikazzjonijiet, Opus XIII u oħra bla numru, li jikkonsistu f'sonati huma każijiet partikolari. L-ewwel waħda hi żgur falza u min id Franċiża imma fiha jintużaw elementi tematiċi ta' oriġni Vivaldjana. It-tieni waħda min-naħa l-oħra hi pubblikazzjoni magħmula mingħajtr il-kontroll tal-kompożitur, kif jidher ċar mill-fatt li m'għandhiex numru u skont Kolneder x'aktarx fiha mużika komposta ħafna snin qabel.[26] Ta' min jgħid li l-pubblikazzjoni tal-kunċerti kienet tqum ħafna iżjed minn pubblikazzjoni ta' sonati u allura kienet operazzjoni kummerċjali ħafna iżjed ta' riskju għal kompożitur żagħżugħ. Għalhekk ma nistgħux neskludu l-possibbiltà li Vivaldi kkompona l-kunċerti fl-ewwel snin tas-sarvizz tiegħu mal-Ospedale della Pietà, kif forsi jista' jidher mill-fatt li ngħata aktar responsabbiltà fl-1705, miż-żieda fl-istipendju li kiseb fl-1708[27] u minn diversi affinitajiet stilistiċi bejn is-sonati għal vjolin u ċimbalu f' Opus II (1708) u xi kunċerti ta' l'Estro Armonico (Opus III, 1711).

Opus Titlu Editur
Opus I 12 sonati għal żewġ vjolini u basso continuo Venezja, G. Sala, 1703
Opus II 12 sonati għal vjolin e basso continuo Venezja, A. Bortoli, 1708[11]
Opus III L'estro armonico, 12-il kunċert Amsterdam, E. Roger, 1711
Opus IV La stravaganza, 12-il kunċert Amsterdam, E. Roger, 1716
Opus V 6 sonati għal vjolin jew tnejn u basso continuo Amsterdam, J. Roger, 1716
Opus VI 6 kunċerti għal vjolin, arki u basso continuo Amsterdam, J. Roger, 1719
Opus VII 12-il kunċert Amsterdam, J. Roger, 1720
Opus VIII Il cimento dell'armonia e dell'inventione, 12-il kunċert Amsterdam, M.-C. Le Cène, 1725
Opus IX La cetra, 12-il kunċert Amsterdam, M.-C. Le Cène, 1727
Opus X 6 kunċerti għall-flawt travers, arki u basso continuo Amsterdam, M.-C. Le Cène, 1729
Opus XI 6 kunċerti Amsterdam, M.-C. Le Cène, 1729
Opus XII 6 kunċerti Amsterdam, M.-C. Le Cène, 1729
(Opus XIII) Il pastor fido, 6 sonati għal musette jew ghironda, flawt travers, obwe, vjolin u basso continuo.[24] (falza) Pariġi, Mme Boivin, 1737
Mingħajr numru 6 sonati għal vjolinċell u basso continuo Pariġi, edizzjoni Le Clerc le cadet - Le Clerc-Boivin, 1740

Il-mużika vokali

[immodifika | immodifika s-sors]

Vivaldi kien isostni li kien ikkompona 94 opra. Fir-realtà, ġew identifikati inqas minn 50 titlu, u xi 20 biss għadhom jeżistu. Min-naħa l-oħra, il-kalolu tal-kompożizzjonijiet hu magħmul aktar kompless mid-drawwa tal-epoka li jieħdu opri qodma u jbiddlulhom it-titlu u li jikkomponu pastiċċi[28] li jkun fihom mużika ta' diversi awturi, kemm miktuba għall-okkażżjoni u kemm adatta minn opri ta' qabel.

Waslulna 21 opra minn Vivaldi, xi wħud sħaħ o oħrajn le, kollha drammi għall-mużika li mill-punto di vista drammatiku jsegwu il-kanoni tipiċi tal-opera seria tal-epoka. Madankollu l-mużika hi dinamika u rikka fl-invenzjoni. Però mhux rari li nsibu f'xi pastiċċi tard fil-ħajja tal-Prete Rosso, arji ta' kompożituri kontemporanji, bħal Leonardo Leo, Geminiano Giacomelli, Johann Adolf Hasse u Giovanni Battista Pergolesi.

  • Creso tolto alle fiamme (RV Anh. 138), Venezja 1705
  • Ottone in villa (RV 729-A), librett: Domenico Lalli, Vicenza 1713
  • Orlando furioso (RV Anh. 84), librett: Grazio Braccioli; mużika: Giovanni Alberto Ristori; opra li nkitbet għall impreża Vivaldi modifikata ħafna drabi minn Antonio Vivaldi, Venezja 1713
  • Orlando finto pazzo (RV 727), librett: Grazio Braccioli, Venezja 1714
  • Orlando furioso (RV 819), librett: Grazio Braccioli; fiha wkolli xi tratti mill-opra omonima ta' Ristori tal-1713 (RV Anh. 84), Venezja 1714
  • Nerone fatto Cesare (RV 724), librett: Matteo Noris, Venezja 1715
  • La costanza trionfante degl'amori e degl'odii (RV 706-A), librett: Antonio Marchi, Venezja 1716
  • Arsilda, regina di Ponto (RV 700), librett: Domenico Lalli, Venezja 1716
  • L'incoronazione di Dario (RV 719), librett: Adriano Morselli, Venezja 1717
  • Tieteberga (RV 737), libretto: Antonio Maria Lucchini, j717
  • Il vinto trionfante del vincitore (RV Anh. 58), librett: Antonio Marchi, Venezja 1717
  • Artabano, re de' Parti (RV 701/706-B), librett: Antonio Marchi, Venezja 1718
  • Armida al campo d'Egitto (RV 699-A), librett: Giovanni Palazzi, Venezja 1718
  • Scanderbeg (RV 732), librett: Antonio Salvi, Firenze 1718
  • Armida al campo d'Egitto (RV 699-B), librett: Giovanni Palazzi, Mantova 1718
  • Teuzzone (RV 736), librett: Apostolo Zeno, Mantova 1719
  • Artabano, re de' Parti (RV 701/706-C), librett: Antonio Marchi, Vicenza 1719
  • Tito Manlio (RV 738), librett: Matteo Noris, Mantova 1719
  • Tito Manlio (RV 778), librett: Matteo Noris, Ruma 1720
  • La verità in cimento (RV 739), librett: Giovanni Palazzi, Venezja 1720
  • La Candace, o siano Li veri amici (RV 704), librett: Francesco Silvani u Domenico Lalli, Mantova 1720
  • Filippo, re di Macedonia (RV 715), librett: Domenico Lalli, Venezja 1720
  • La Silvia (RV 734), librett: Enrico Bissari, Milan 1721
  • Ercole su'l Termodonte (RV 710), librett: Giacomo Francesco Bussani, Ruma 1723
  • La virtù trionfante dell'amore, e dell'odio, overo Il Tigrane (RV 740), librett: Francesco Silvani, Ruma 1724
  • Giustino (RV 717), librett: conte Nicolò Beregan (1683), irranġat minn Pietro Pariati (1711) għal Tomaso Albinoni, u b'modifiki serji oħra (forsi minni Antonio Maria Lucchini), Ruma, 1724
  • L'Artabano (RV 706-D), librett: Alessandro Marchi, Mantova 1725
  • L'inganno trionfante in amore (RV 721) (pasticcio), librett: Matteo Noris, irtokkat minn G. M. Ruggieri, mużiċiista u kittieb dilettant, Venezja 1725
  • Venezia (nascente?) (RV Anh. 139) mużika ta' Antonio Vivaldi, ippreparata għall-1726 f'Sant'Angelo, imma mbagħad ma tlestietx.
  • Cunegonda (RV 707) x'aktarx pastiċċ), librett: Agostin Piovene, Venezja 1726
  • La fede tradita e vendicata (RV 712), librett: Francesco Silvani, Venezja 1726
  • La tirannia gastigata (RV Anh. 55) (pastiċċ, bi ħdax-il arja ta' Vivaldi), librett di Francesco Silvani, Praga 1726
  • Dorilla in Tempe (RV 709-A), librett: Antonio Maria Lucchini, Venezja 1726
  • Ipermestra (RV 722), librett: Antonio Salvi, Firenze 1727
  • Farnace (RV 711-A), librett: Antonio Maria Lucchini, Venezja 1727
  • Farnace (RV 711-B), librett: Antonio Maria Lucchini, Venezja 1727
  • Siroe, re di Persia (RV 735-A), librett: Pietro Metastasio, Reggio Emilia 1727
  • Orlando (RV 728), librett: Grazio Braccioli, Venezja 1727
  • Rosilena ed Oronta (RV 730), librett: Giovanni Palazzi, Venezja 1728
  • L'Atenaide (RV 702-A), librett: Apostolo Zeno, Firenze 1728
  • Farnace (RV 711-C), librett: Antonio Maria Lucchini, Praga 1730
  • Argippo (RV 697), libretto: Domenico Lalli, Praga 1730
  • L'Atenaide (RV 702-B), librett: Apostolo Zeno, Firenze 1731/1732
  • Farnace (RV 711-D), librett: Antonio Maria Lucchini, Pavia 1731
  • Alvilda, regina de' Goti (RV Anh. 88), librett: Apostolo Zeno, Praga 1731
  • Dorilla in Tempe (RV 709-B), librett: Antonio Maria Lucchini, b'modifiki sostanzjali kkomparata mal-verżjoni oriġinali tal-1726, Praga 1732
  • Farnace (RV 711-E), librett: Antonio Maria Lucchini, Mantova 1732
  • Semiramide (RV 733), librett: Francesco Silvani, Mantova 1732
  • La fida ninfa (RV 714), librett: Scipione Maffei, Verona 1732
  • Argippo (RV Anh. 137), librett: Domenico Lalli, Praga 1733. Misjuba riċentement fi Praga.
  • Motezuma (RV 723), librett: Girolamo Alvise Giusti, Venezja 1733
  • Dorilla in Tempe (RV 709-C) (pastiċċ, b'żewġ arji ta' Hasse, tnejn ta' Giacomelli, waħda ta' Leo u tlieta ta' kompożituri mhux magħrufin), librett: Antonio Maria Lucchini, b'modifikiazzjoni sostanzjali kkomparata mal-verżjoni oriġinali, Venezja, 1734
  • La Dorilla (RV 709-D), librett: Antonio Maria Lucchini, l-unika partitura kkonservata (Torino) mid-diversi verżjonijiet ta' La Dorilla in Tempe (ibbażata fuq l-edizzjoni Venezjana tal-1734, b'xi żidiet u tħassir)
  • L'Olimpiade (RV 725), librett: Pietro Metastasio, Venezja 1734
  • Il Bajazet (Tamerlano) (RV 703), librett: Agostin Piovene, Verona 1735
  • L'Adelaide (RV 695), librett: Antonio Salvi, Verona 1735
  • Griselda (RV 718), librett: Apostolo Zeno u Carlo Goldoni, Venezja 1735
  • Aristide (RV Anh. 89), librett: Carlo Goldoni, Venezja 1735
  • Ginevra, principessa di Scozia (RV 716), librett: Antonio Salvi, Firenze 1736
  • La bottega da cafè (RV Anh. 43), librett: Carlo Goldoni, Venezja 1736
  • Il giorno felice (RV Anh. 92), librett: Scipione Maffei, Vjenna 1737 (reviżjoni ta' La fida ninfa)
  • Farnace (RV 711-F), librett: Antonio Maria Lucchini, Treviso 1737
  • Catone in Utica (RV 705), librett: Pietro Metastasio, Verona 1737
  • L'oracolo in Messenia (RV 726), librett: Apostolo Zeno, Venezja 1737
  • Rosmira (fedele) (RV 731), librett: Silvio Stampiglia, Venezja 1738
  • Armida al campo d'Egitto (RV 699-D), librett: Giovanni Palazzi, Venezja 1738
  • Farnace (RV 711-G), librett: Antonio Maria Lucchini, Ferrara 1738
  • Siroe, re di Persia (RV 735-B), librett: Pietro Metastasio, Ancona 1738
  • Siroe, re di Persia (RV 735-C), librett: Pietro Metastasio, Ferrara 1739
  • Feraspe (RV 713), librett: Francesco Silvani, Venezja 1739
  • Ernelinda (RV Anh. 45) x'aktarx pastiċċ magħmul minn arji, barra ta' Vivaldi, ta' Gasparini u Galuppi, speċjalment minn La fede tradita e vendicata, Venezja 1750
  • Medea e Giasone (RV 749.21)

Kantati u serenati

[immodifika | immodifika s-sors]

Vivaldi ikkompona l-kantati tiegħu jibbaża ruħu prinċipalment fuq il-manjiera Naplitana tipika tal-kompożituri ta' wara Alessandro Scarlatti u Benedetto Marcello: huma magħmulin minn sensiela ta' tnejn jew iżjed arie da capo li jalternaw ma' reċitattivi. Ix-xenarju hu meħud dejjem minn temi mill-Arkadja: rgħajja fid-dwiefer tat-turmenti tal-imħabba u ta' ninfi infidili (jew kontra) li Kupidu jagħmel straġi minn qalbhom.[29]

Instabu dawn il-kantati ta' Vivaldi:

  • 22 kantati għal soprano u basso continuo;
  • 8 għal contralto u basso continuo;
  • 5 għal soprano u akkumpanjament strumentali;
  • 4 għal contralto u akkumpanjament strumentali.

Ikkomparata mal-cantata, is-serenata kienet xogħol ta' dimensjonijiet aktar importanti b'ouverture orkestrali, arji solistiċi, reċitattivi u kultant anki korijiet. Is-serenati kollha ntilfu ħlief tlieta: is-Serenata a tre RV 690, is-serenata taż-żwieġ, Gloria e Himeneo RV 687 u fuq kollox La Sena festeggiante RV 693, ikkommissjonata lil Vivaldi fl-1726 minn Jean-Vincent Languet, konti ta' Cergy u ambaxxatur ta' Franza f'Venezja, għal xi okkażjoni li ma nafux x'kienet, forsi għaċ-ċerimonji tal-insedjament tal-amaxxatur stess jew forsi għaż-żjara tal-Kardinal Pietro Ottoboni, protettur uffiċjali tal-interessi ta' Franza fis-Santa Sede.[30]

Mużika sagra

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-mużika sagra ta' Vivaldi kient ftit magħrufa barra mill-Italja u, bħax-xogħlijiet kollha tiegħu wara mewtu intesit għal kollox u ftit ftit ftit reġgħet saret magħrufa u apprezzata ħafna fil-bidu tat-tletinijiet tas-seklu 20. Waslulna madwar 50 xogħol ta' mużika sagra ta' ġeneri differenti: partijiet mill-Quddiesa Tridentina u l-introduzzjonijiet tagħhom (Kyrie, Gloria, Credo), salmi, innijiet, antifoni, mottetti. L-impenn tal-Prete Rosso fir-repertorju sagru kien ftit jew xejn okkażjonali billi la kellu kommissjonijiet u lanqas qatt ħa b'mod fiss il-kariga prestiġjuża ta' maestro f'San Marco.[31] Il-mużika sagra tiegħu kien f'dak li jgħidulu l-istil modern (jiġifieri kunċertat, tipiku tal-mużika Venezjana, b'kuntrast mal-istil antik jew osservat sever tal-mużika ta' Palestrina), anke jekk hekk jew hekk bosta movimenti tax-xogħlijiet tiegħu baqgħu marbutin mal-istil osservat. Anke x-xogħlijiet tiegħu a cappella bħall-Lauda Jerusalem b'4 vuċijiet u l-Credidi b'5 vuċijiet jimxu mal-istil kunċertat fejn l-istrumenti bilkemm jastakkaw ruħhom mill-gruppi tal-kor. Barra minn hekk dan ir-repertorju kien suġġett għall-influwenzi operistiċi tal-epoka. Dan nistgħu nosservawh fuq kollox fil-mottetti tiegħu għal vuċi waħda.

Barra minn hekk Vivaldi ikkompona tmien mottetti ta' "introduzzjoni" li kienu jservu bħala daħla għal xogħlijiet fuq skala akbar (Gloria, Dixit Dominus, Miserere); dan is-sottoġeneru rari kien jintuża minn kompożituri oħra. Partikularità oħra li tiddistingwi l-mużika sagra tal-Prete Rosso hi li kien sikwit jassenja l-parti melodika għall-vjolin fil-movimenti korali, b'hekk iħalli l-kor ikanta f'omofonija fl-isfond (pereżempju l-ewwel u l-aħħar moviment tal-Credo RV 591). B'dan il-mod Vivaldi antiċipa l-quddies sinfoniku tal-ġenerazzjoni ta' Haydn. Anke l-inflwenzi tal-kunċert jidhru ċarament. Biżżejjed ninnotaw il-Beatus vir RV 598, li fiha intervall twil ta' 420 battuta fil-forma ta' ritornell. Fost ix-xogħlijiet sagri l-aktar famużi tiegħu hemm il-Gloria RV 589, iż-żewġ Magnificat RV 610 u RV 611, l-iStabat Mater RV 621 u l-oratorju Juditha triumphans.

Influwenza kulturali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kratere Vivaldi fuq Merkurju hu msemmi għal Vivaldi.[32]

  1. ^ a b ċ d Peter Ryom et al. ara l-Bibljografija.
  2. ^ Xi drabi Vivaldi jirreferi għalih innifsu espliċament bin-nazzjonalità Taljana: fid-dedika lill-konti Venceslao Morzin ta' Il cimento dell'armonia e dell'inventione, pereżempju jiddefinixxi ruġu bħala "Maestro di Musica in Italia" waqt li d-dedika tal-opra L'Adelaide lil Antonio Grimani tgħid: Era parimente convenevole, che ad un Veneto Patricio fosse questo Dramma dedicato, imperciocché non potendo la Storia, ond'è ricavata l'Azione, che sommamente dispiacere ad un buon'Italiano, che non sia, come tanti sono oggidì, di sua Nazione inimico, facendogli sovvenire, come discacciati gli ultimi Italiani Ré, ricadde la misera Italia, per non più liberarsene, sotto giogo straniero, a tale deplorabilissima sciagura solo dà qualche compenso l'inclita Veneta Republica, in cui dal suo nascimento fino a' nostri giorni l'Italiana libertà si conserva, e voglia Iddio sino al finire de' secoli conservarla ..., Strohm, The operas..., II, p. 558 ara l-Bibljografija.
  3. ^ Dizionario biografico degli italiani, 1960, ISBN: 9788812000326
  4. ^ Id-dokumenti kollha misjubin s'issa (atti, stampi u manuskritti) huma miġburin fil-ktieb ta' Michael Talbot, Vivaldi. Fonti u letteratura kritika, iċċitat fil-bibljografia
  5. ^ Margherita Gianola, 2017, La più antica firma autografa di Antonio Vivaldi, Studi Vivaldiani, vol 16, p. 17 [1]
  6. ^ Gianfranco Formichetti, Venezia e il prete col violino. Vita di Antonio Vivaldi, 2006, Bompiani, Milan, ISBN=978-88-452-5640-0
  7. ^ Eleanor Selfridge-Field u Margherita Gianola, 2015, La famiglia materna di Antonio Vivaldi, Studi Vivaldiani, vol. 15, p. 13-53 [2]
  8. ^ Margherita Gianola, 2017, La più antica firma autografa di Antonio Vivaldi, Studi Vivaldiani, vol.16, p.30, [3]
  9. ^ Robson Gonçalves, Uma Breve Viagem pela História da Ópera Barroca, Joinville (BRA), Clube de Autores, 2011, p. 95.
  10. ^ Tella' tmien opri ġodda fl-istaġun tal-1704-1705
  11. ^ a b Federico Maria Sardelli, introduzione critica a: Antonio Vivaldi, Sonate a violino e basso per il cembalo - opera seconda, facsimile, Firenze S.P.E.S., 2000, Kapitlu 1.
  12. ^ L-ipoteżi, avanzata minn Remo Giazotto, li fl-1715 waħda mir-rappreżentazzjonijiet ġiet impedita minn wieħed miċ-ċensuri minħabba l-materja tal-librett, m'hemm xhieda xejn għaliha fid-dokumenti magħrufin s'issa: cfr. Eleanor Selfridge-Field, A new chronology of Venetian opera and related genres, 1660-1760, Stanford, Stanford University Press, 2007. ISBN 978-0-8047-4437-9
  13. ^ Michael Talbot, Vivaldi, Torino, EDT, 1978, p.63-64
  14. ^ L-opera li kien jirreferi għaliha hi Ercole su'l Termodonte
  15. ^ Strohm, The operas..., II, p. 625. ara l-Biblijografija
  16. ^ Strohm, The operas..., II, pp. 625-626.
  17. ^ Salvatore Caruselli (kura ta'), Grande enciclopedia della musica lirica, Roma, Longanesi & C. Periodici, IV, Vivaldi, Antonio, p. 1251
  18. ^ Franco Sciannameo, Experiencing the Violin Concerto, Lanham, Rowman & Littlefield, 2016, p. 1, ISBN 978-0810888852
  19. ^ Kolneder, 1978, p.77 u p.89
  20. ^ Walter Kolneder, op. cit., pp. 89-95
  21. ^ Noriko Ohmura, «Kunċerti senza Orkestra»
  22. ^ Walter Kolneder, op. cit., p. 133 segg.
  23. ^ M. Talbot, EDT, p. 120
  24. ^ a b "Il pastor fido", sonatis pour la musette, viele, flûte, hautbois, violon avec la basse continüe. Skont studji reċenti dan ix-xogħol mhuwiex attribwibbli lil Vivaldi, imma hu taħlita ta' biċċiet Vivaldjani maħdumin f'forma ta' movimenti ta' sonata, x'aktarx minn Nicolas Chédeville
  25. ^ M. Talbot, EDT, p. 132
  26. ^ W. Kolneder, op. cit., p. 26
  27. ^ W. Kolneder, op. cit., p. 66
  28. ^ It-terminu pastiċċ, fil-mużika ifisser kompożizzjoni mużikali, ġeneralment ta' opra, miktuba minn bosta awturi jew komposta minn biċċiet meħuda minn xogħlijiet diversi li kienu jeżistu qabel.
  29. ^ M. Talbot, EDT, pp. 168 e 169
  30. ^ (EN) Michel Talbot, The serenata and Vivaldi, test introduttiv tas-CD Antonio Vivaldi, La Seine en Fête, Collot, Kàrolyi, Mac Leod, Le Parlement de Musique, Martin Gester, CD Accord 206172, 1997
  31. ^ Anelide Nascimbene, Vita e opere di Antonio Vivaldi f'I classici della musica. Antonio Vivaldi, p. 136
  32. ^ [ http://planetarynames.wr.usgs.gov/Feature/6415 ] Gazetteer of Planetary Nomenclature

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Anna Laura Bellina, Bruno Brizi e Maria Grazia Pensa, I libretti vivaldiani, Firenze, Olschki, 1982. ISBN 88-222-3089-2
  • Lorenzo Bianconi e Giovanni Morelli (kura ta'), Antonio Vivaldi, Teatro musicale, cultura e società (vol. 2), Firenze, Leo S. Olschki editur, 1982. ISBN 88-222-3090-6
  • Gianfranco Formichetti, Venezja e il prete col violino. Vita di Antonio Vivaldi, Milan, Bompiani, 2006. ISBN 88-452-5640-5
  • Remo Giazotto (katalgu tax-xogħlijiet kura ta' Agostino Girard, diskografija kura ta' Luigi Bellingardi), Antonio Vivaldi, Torino, ERI, 1973.
  • (FR) Carlo Goldoni, Mémoires de M. Goldoni, pour servir à l'histoire de sa vie, et à celle de son théatre, (3 volumi), Pariġi, Veuve Duchesne, 1787 (aċċessibbli online f' books.google: Tomo primo e Tomo terzo - Edizioni storiche in italiano pure aċċessibbli online in books.google: L-ewwel tom, Venezja, Zatta, 1788, It-tieni volum, Firenze, Barbèra, 1861, u Tom III, Lucca, Bertini, 1811)
  • Walter Kolneder, Vivaldi, Milan, Rusconi, 1978 (prima ed.: 1965). ISBN 88-18-70060-X
  • Gian Francesco Malipiero, Antonio Vivaldi, il Prete Rosso, Milan, Ricordi, 1958
  • Benedetto Marcello (stampat anonimament), Il teatro alla moda - o sia - Metodo Sicuro, e facile per ben comporre, & esequire l'Opere Italiane in Musica all'uso moderno - Nel quale - Si danno Avvertimenti utili, e necessarij à Poeti, Compositori di Musica, Musici dell'uno e dell'altro sesso, Impresarj, Suonatori, Ingegneri e Pittori di Scena, Parti buffe, Sarti, Paggi, Comparse, Suggeritori, Copisti, Protettori e Madri di Virtuose & altre Persone appartenenti al Teatro, Venezja, "Stampato ne Borghi di Belisania per Aldiviva Licante all'Insegna dell'Orso in Peata", 1720 (ristampat fl-epoka moderna: Il teatro alla moda - 1720, Milan, Il Polifilo, 2006. ISBN 978-88-7050-332-6)
  • (FR) Marc Pincherle, Vivaldi et la musique instrumentale, Pariġi, Floury, 1948
  • Egidio Pozzi, Antonio Vivaldi, Palermo, L'Epos (Porti di Ulisse), 2007. ISBN 978-88-8302-242-5
  • Eduardo Rescigno (kura ta'), Antonio Vivaldi (testi ta' Eduardo Rescigno, Anelide Nascimbene u Luigi Di Fronzo), Milan, SKIRA, 22/02/2007
  • Mario Rinaldi, Antonio Vivaldi, Milan, Istituto d'Alta Cultura, 1943
  • (FR) Peter Ryom, Répertoire des œuvres d'Antonio Vivaldi. Les compositions instrumentales, Copenaghen, Engstrøm & Sødring, 1986. ISBN 87-87091-19-4
  • Federigo Stefani (kura ta'), Sei lettere di Antonio Vivaldi Venezjano maestro compositore di musica della prima metà del secolo XVIII, Venezja, Visentini, 1871 (aċċessibbli b'xejn on-line bħala ebook-gratis Google)
  • (EN) Reinhard Strohm, The operas of Antonio Vivaldi, 2 vol., Firenze, Olschki, 2008. ISBN 978-88-222-5682-9
  • Michael Talbot, Vivaldi, Londra, Dent & Sons, 1978)
  • Michael Talbot (kura ta'), Vivaldi. Fonti e letteratura critica, Firenze, Olschki, 1991. ISBN 978-88-222-3846-7

Katalgi u dokumenti

[immodifika | immodifika s-sors]
  • (DE) Wilhelm Altmann, Thematischer Katalog der gedruckten Werke Antonio Vivaldis, «Archiv für Musikwissenschaft», 1922, vol. IV, 262/279
  • Piero Damilano, Inventario delle composizioni musicali manoscritte di Antonio Vivaldi esistenti presso la Biblioteca Nazionale di Torino, «Rivista Italiana di Musicologia», 1968, vol. III, 109/179
  • Antonio Fanna, Antonio Vivaldi: Catalogo numerico-tematico delle opere strumentali, Milano, Ricordi, 1968 (seconda ed. riv. e ampl.: 1986. ISBN 88-7592-022-2)
  • Fabio Fano, Una traccia prossima alla prima origine della raccolta di musiche vivaldiane conservata alla Biblioteca Nazionale di Torino, «Medioevo e umanesimo», 1976, vol. XXVI, 83-93
  • (DE) Alois Fuchs, Thematisches Verzeichniss über die Compositionen von: I. Antonio Vivaldi, II. Arcangelo Corelli, III. Giuseppe Tartini, anno di compilazione: 1839
  • (DE) Karl Heller, Die deutsche Überlieferung der Instrumentalwerke Vivaldis, Lipsia, Deutscher Verlag für Musik, 1971
  • (EN) Arlan Stone Martin, Vivaldi violin concertos: a handbook, Metuchen (N.J.), Scarecrow Press, 1972
  • Giacomo Manzoni, Guida all'ascolto della musica sinfonica, Milano, Universale Economica Feltrinelli, 1998. ISBN 978-88-07-80539-4
  • Noriko Ohmura, A reference work concordance table of Vivaldi's instrumental works, Tokyo, Academica Music Limited, 1972
  • Livia Pancino, Le caratteristiche grafiche della mano di Vivaldi secondo il metodo grafologico, «Informazioni e Studi Vivaldiani. Bollettino dell'Istituto Italiano Antonio Vivaldi» (ISV), 1992, vol. XIII, 67-95
  • (FR) Marc Pincherle, Inventaire - Thématique, in id., Antonio Vivaldi et la musique instrumentale, op. cit., volume secondo
  • Mario Rinaldi, Catalogo numerico tematico delle composizioni di Antonio Vivaldi, Roma, Editrice Cultura moderna, 1945
  • Franca Porticelli e Susan Orlando (a cura di), Vivaldimania. Una storia torinese. Catalogo della mostra (Torino, 23 aprile-8 giugno 2008), Milano, Silvana Editoriale, 2008. ISBN 978-88-366-1118-8
  • (FR) Peter Ryom, Antonio Vivaldi: table de concordances des œuvres (RV) Copenaghen, Engstrøm & Sødring, 1973. ISBN 87-87091-00-3
  • (FR) Peter Ryom, Inventaire de la documentation manuscrite des œuvres de Vivaldi, I. Biblioteca Nazionale di Torino, Première Partie: le fonds Foà, «Vivaldi Informations», 1973, vol. II, 61-112
  • Peter Ryom, RV 749, «Informazioni e Studi Vivaldiani. Bollettino dell'Istituto Italiano Antonio Vivaldi» (ISV), 1993, vol. XIV, 5-49
  • (DE) Peter Ryom, Antonio Vivaldi Thematisch-systematisch Verzeichnis seiner Werke, Wiesbaden, Breitkopf & Härtel, 2007. ISBN 978-3-7651-0372-8
  • (DE) Reinhard Strohm, Italienische Opernarien des frühen Settecento (1720-1730) (2 voll.), Colonia, Volk, 1976. Primo volume: ISBN 3-87252-095-4; secondo volume: ISBN 3-87252-098-9

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]