Premier League Malti
Premier League Malti | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1909 |
Nru. ta' timijiet | 12 |
Reġjun | Malta |
Ċampjin attwali | Ħamrun Spartans FC (2023–24) |
L-aktar rebħiet | Sliema Wanderers (26 titlu) |
Sit elettroniku | MFA.com.mt |
Relegazzjoni għal | L-Ewwel Diviżjoni |
Il-Premier League Malti, magħruf aħjar bħala l-BOV Premier League għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni, huwa l-ogħla livell tal-futbol Malti. Dan huwa organizzat mill-Malta Football Association u ilu jintlagħab mill-1909. Fis-sistema tal-futbol Malti, relegazzjoni minn dan il-kampjonat twassal għall-Ewwel Diviżjoni.
Qabel l-1980, dan il-livell tal-futbol Malti kien magħruf bħala L-Ewwel Diviżjoni. Madanakollu, dan ġie msemmi mill-ġdid għal Premier League fejn għadu hekk sal-lum, sabiex it-titlu tal-Ewwel Diviżjoni ttieħed mil-livell subordinat (preċedentament magħruf bħala It-Tieni Diviżjoni). Skont il-koeffiċjenti tal-UEFA, dan il-kampjonat huwa kklassifikat bħala l-44 l-iktar kompetittiv fost il-membri ta' din il-konfederazzjoni.[1]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-istorja tal-futbol f'Malta tmur lura lejn in-nofs tas-seklu 19 grazzi għall-Ingliżi, minħabba li Malta kienet kolonja tagħhom. Madanakollu, il-logħob kien biss logħob ta' ħbiberija. L-ewwel kampjonat Malti ntlagħab fl-1909–10 u kien jikkonsisti bejn ħames timijiet, bir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni jkun it-tim ta' Floriana. Is-sena ta' wara ma nżamm l-ebda kampjonat, biex b'hekk it-tieni edizzjoni saret fl-istaġun 1911–12. Għal darb'oħra kien it-tim Furjaniż li kiseb it-titlu nazzjonali, tragward li reġa' rrepeta s-sena ta' wara, fejn fiż-żewġ okkażjonijiet ħalla dejjem lil warajh lit-tim tal-Ħamrun.
Kien fil-fatt it-tim Ħamruniż li temm is-sekwenza ta' tliet titli konsekuttivi tat-tim tal-Floriana meta kiseb it-titlu fl-1914. Wara serje ta' kampjonati qabel u matul l-Ewwel Gwerra Dinjija li ma rat l-ebda dominju minn xi tim partikulari, fl-istaġun 1919–20 wasal l-ewwel titlu nazzjonali għal Sliema Wanderers. Flimkien mal-Floriana, is-Sliema ffurmaw dwett imbattibbli fil-kampjonat fejn sal-1940, is-Slimiżi ħadu 11-il titlu waqt li l-Furjaniżi ġabu 9 titli.
Fi tmiem il-gwerra ħareġ avversarju ġdid fit-tiġrja għat-titlu, Valletta, li rnexxielu jwaqqaf il-predominanza taż-żewġ timijiet "kbar" ta' dak iż-żmien, fejn f'erba' snin rebaħ tliet titli. Mill-1948 reġa' ħareġ għad-dawl id-dwett ta' Sliema-Furjana b'10 titli bejniethom (4 għas-Sliema u 6 għall-Floriana).
Fis-snin sittin ra realtà ġdida fil-kamp tal-futbol Malti hekk kif it-tim minn Raħal Ġdid, Hibernians, f'dak id-deċennju kiseb tliet titli. Bejn l-1978 u l-1988, għal ħdax-il staġun, Sliema Wanderers u Floriana naqsu li jżidu trofej oħra mal-vetrina tal-unuri. Fil-fatt kienu Valletta (3 darbiet), Hibernians (3 darbiet), Ħamrun Spartans (3 darbiet), u Rabat Ajax (darbtejn) li kisbu t-titlu nazzjonali.
Fl-istaġun 2005–06 ra lil Sliema Wanderers jitilgħu fl-ewwel post għan-numru ta' tliet nazzjonali mirbuħa, wara r-rebħ tal-kampjonat. Dan poġġiehom b'titlu vantaġġ fuq il-Floriana. Il-millenju l-ġdid wassal ukoll għall-ewwel rebħiet tal-kampjonat nazzjonali lil Birkirkara u lil Marsaxlokk.
Format
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-kampjonat jikkonsisti minn sett ta' tnax-il tim, skont it-tibdliet li ġew introdotti fil-bidu tas-sena 2011,[2] u jinqasam f'żewġ fażijiet. L-istaġun, li jibda minn Awwissu u jintemm fix-xahar ta' Mejju, jingħata l-bidu tiegħu permezz tal-ewwel rawnd fejn kull tim jilgħab kontra t-timijiet l-oħra għal darbtejn. Meta kull tim ikun lagħab 18-il logħba d-diviżjoni tinqasam fi tnejn u l-punti jinqasmu bin-nofs. Dawk li jkunu spiċċaw fl-ewwel sitt postijiet fl-ewwel rawnd jidħlu fiċ-Championship Pool u l-aħħar erbgħa jilgħabu fir-Relegation Pool.
L-ewwel tliet postijiet fil-kampjonat jaffettwaw il-post li jingħata fil-kompetizzjoni tal-UEFA. Ir-rebbieħa tal-kampjonat jidħlu fl-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Champions League, waqt li dawk li jikklassifikaw fit-tieni u fit-tielet post jieħdu sehem fl-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League. L-aħħar żewġ timijiet mir-Relegation Pool jiġu relegati għall-Ewwel Diviżjoni. Barra minn hekk, klabb ieħor jikkwalifika awtomatikament għat-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Europa League bir-rebħ tal-U*BET FA Trophy.
Klabbs
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' klabbs tal-Premier League Malti.
Il-lista segwenti ta' tnax-il tim huma dawk li se jikkompetu fl-istaġun 2013–14.
Klabb | Pożizzjoni fl-2012–13 |
L-ewwel staġun fl-ogħla diviżjoni |
L-aħħar staġun fl-ogħla diviżjoni |
Numru ta' staġuni fl-ogħla diviżjoni |
Titli tal- ogħla diviżjoni |
L-aħħar titlu tal- ogħla diviżjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Balzan Youths | 9 | 2003–04 | 2012–13 | 3 | — | — |
Birkirkara | 1 | 1949–50 | 2012–13 | 49 | 4 | 2012–13 |
Floriana | 7 | 1909–10 | 2012–13 | 87 | 25 | 1992–93 |
Hibernians | 2 | 1932–33 | 2012–13 | 73 | 10 | 2008–09 |
Mosta | 6 | 1974–75 | 2012–13 | 6 | — | — |
Naxxar Lions | 2 (L-Ewwel Diviżjoni) | 1946–47 | 2001–02 | 14 | — | — |
Qormi | 8 | 1934–35 | 2012–13 | 12 | — | — |
Rabat Ajax | 10 | 1951–52 | 2012–13 | 27 | 2 | 1985–86 |
Sliema Wanderers | 4 | 1909–10 | 2012–13 | 93 | 26 | 2004–05 |
Tarxien Rainbows | 5 | 1986–87 | 2012–13 | 8 | — | — |
Valletta | 3 | 1911–12 | 2012–13 | 91 | 21 | 2011–12 |
Vittoriosa Stars | 1 (L-Ewwel Diviżjoni) | 1912–13 | 2010–11 | 11 | — | — |
Rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]Prestazzjonijiet skont il-klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Titli | Klabb |
---|---|
26 | Floriana |
26 | Sliema Wanderers |
25 | Valletta |
13 | Hibernians |
10 | Ħamrun Spartans |
4 | Birkirkara |
2 | Rabat Ajax |
1 | King's Own Malta Regiment† |
1 | Marsaxlokk |
1 | St. Georges |
† M'għadux jeżisti
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ UEFA.com, ed. (23-11-2012). "Country coefficients 2012/13" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ MaltaFootball.com, ed. (13-01-2011). "Changes to National League, FA Trophy format approved:" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-kampjonat domestiku fuq UEFA.com