Aqbeż għall-kontentut

Owen Hargreaves

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Owen Hargraves)
Owen Hargreaves

Hargreaves mat-tim ta' Manchester United fl-2008
Informazzjoni personali
Isem sħiħOwen Lee Hargreaves
Twelid20 ta' Jannar 1981 (1981-01-20) (45 sena)
Calgary, Kanada
Tul1.80 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1994–1997Calgary Foothills
1997–2000Bayern Munich
Karriera professjonali
SninKlabb
1999–2001Bayern Munich II
2000–2007Bayern Munich
2007–2011Manchester United
2011–2012Manchester City
Tim nazzjonali
2001–2008Ingilterra

Owen Lee Hargreaves (twieled fl-20 ta' Jannar 1981) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż.

Hargreaves hu l-iżgħar minn tliet aħwa ta' Margaret u Colin Hargreaves li emigraw għall-Kanada fil-bidu tas-snin tmenin mir-Renju Unit. Missieru kien jilgħab il-futbol fl-akkademja ta' Bolton Wanderers u wkoll għal Calgary Kickers fil-Canadian Soccer League. Hu għandu żewġt aħwa, Darren u Neil. Ħuh il-kbir, Darren, irrapreżenta lill-Kanada fil-livell taż-żgħażagħ.

FC Bayern Munich

[immodifika | immodifika s-sors]

Hargreaves, fl-1 ta' Lulju 1997, f'età ta' sittax-il sena mexa minn Calgary Foothills għal Bayern Munich. Hargreaves lagħab mat-tim ta' taħt id-dsatax-il sena għal sentejn u nofs. Waqt li kien mat-tim ta' taħt id-dsatax-il sena, it-tim laħaq il-finali tal-kampjonat Ġermaniż fl-1998. Huma tilfu l-finali kontra Borussia Dortmund, imma dan kien biss wara l-għoti tal-penalties.

Fit-12 ta' Awwissu 2000, Hargreaves lagħab l-ewwel logħba tal-Bundesliga, fejn għamel issostitwixxa lil Carsten Jancker fit-83 minuta. L-ewwel partita mal-ewwel ħdax waslet kontra SpVgg Unterhaching fis-16 ta' Settembru 2000. L-istaġun kien wieħed trijonfanti għal Bayern hekk kif il-klabb spiċċa ċampjin tal-Bundesliga u rebħu wkoll il-UEFA Champions League. Il-prestazzjoni ta' Hargreaves fis-semifinali taċ-Champions League kontra Real Madrid tatu introduzzjoni fid-dinja internazzjonali tal-futbol hekk kif kellu s-saħħa li jaffronta lil plejers ta' esperjenza bħal Roberto Carlos u Luís Figo. Hu hu wieħed mill-uniċi żewġ plejers Ingliżi li rebħu ċ-Champions League ma' timijiet li mhumiex Ingliżi, fejn l-ieħor kien Steve McManaman (Real Madrid).

Fl-istaġun 2001–02 Hargreaves stabbilixxa ruħu bħala regulari tal-ewwel tim, fejn għamel 46 apparenza b'kollox. Minkejja li t-tim spiċċaw fit-tielet post fil-Bundesliga, apparenza fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League u telfa fit-tazza kontra Shalke, l-istaġun kien wieħed deċiżiv għal Hargreaves hekk kif hu ħareġ bħala plejer importanti tat-tim.

L-istaġun ta' wara Hargreaves iċċelebra suċċess domestiku ieħor hekk kif Bayern rebħu t-titlu tal-Bundesliga u d-DFB Cup. Fis-26 ta' Jannar 2003, Hargreaves skorja l-ewwel gowl fil-Bundesliga fil-logħba kontra Borussia Mönchengladbach. Sfortunatament, hu kien imweġġa' għal tliet darbiet matul l-istaġun. Hu rnexxielu jagħmel 25 apparenza fil-Bundesliga, erbgħa fit-Tazza u tliet fiċ-Champions League.

L-istaġun 2003–04 kien l-ewwel staġun ta' Bayern mingħajr ma rebaħ l-ebda trofew. Wara li kisbu d-Doppjetta fis-sena ta' qabel, it-tim ta' Munich spiċċa t-tieni fil-kampjonat u kienu eliminati minn Real Madrid fiċ-Champions League. Fl-istaġun ta' wara Hargreaves reġa' kiseb midalja oħra tal-kampjonat u tad-DFB Cup. Hu għamel 27 apparenza (gowl wieħed) fil-Bundesliga, lagħab fit-tliet logħbiet tat-Tazza (żewġ gowls) u tmien apparenzi fiċ-Champions League.

Fl-2005–06, hu żied titlu ieħor fil-Bundesliga u t-titlu tat-Tazza. Hargreaves skorja l-ewwel gowl fl-Allianz Arena il-ġdid, f'logħba kompetittiva kontra Borussia Mönchengladbach. F'Ottubru tal-2005, hu għamel estinzjoni tal-kuntratt mat-tim Bayern għal erba' snin. Fl-istaġun 2006-07, Hargreaves kienet sfortunat li kiser saqajh u li ħallieh barra mill-azzjoni f'parti kbira tal-kampanja tat-tim ta' Bayern. Hu rkupra fil-ħin biex jgħin lil Bayern Munich jeliminaw lil Real Madrid fiċ-Champions League wara li l-iskor aggregat kien dak ta' 4–4, però Bayern Munich ikkwalifikaw minħabba r-regolament tal-gowls barra minn darhom, minkejja t-telfa ta' 3–2 fil-Bernabéu.

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-31 ta' Mejju 2007, kien imħabbar li Hargreaves kien se jingħaqad mat-tim ta' Manchester United fl-1 ta' Lulju 2007, wara madwar sena ta' negozjati bejn Bayern Munich u United, f'somma ta' madwar £17-il miljun.[1] Hargreaves iffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb fl-1 ta' Lulju. Hu kien imħabbar lill-istampa fid-9 ta' Lulju flimkien ma' Nani. Hargreaves ingħata n-numru 4 f'Old Trafford, in-numru li qabel kien milbus minn Gabriel Heinze u Juan Sebastian Veron.

Hargreaves iddebutta mat-tim ta' Manchester United f'logħba ta' ħbiberija kontra Peterborough United fl-4 ta' Awwissu, fejn daħal bħala sostitut fir-rebħa ta' 3-1 għal United. Hu għamel l-ewwel apparenza fil-Premier League fit-tielet logħba ta' Manchester United fil-kampjonat, fit-telfa fid-derby ta' Manchester. Hu skorja l-ewwel gowl għal United kontra Fulham fl-1 ta' Marzu. It-tieni gowl wasal fit-13 ta' April, fejn skorja l-gowl tar-rebħa kontra Arsenal. L-ewwel staġun f'Manchester kien ta' suċċess hekk kif għen lill-klabb jirbaħ it-titli tal-Premiership u taċ-Champions League.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Hargreaves għamewl l-ewwel apparenza internazzjonali fil-15 ta' Awwissu 2001 kontra Olanda f'White Hart Lane, fejn tatu distinzjoni li jkun l-uniku plejer li lagħab mat-tim nazzjonali Ingliż imma li qatt ma għex l-Ingilterra. Hargreves kien l-uniku plejer li lagħab barra mill-Premier League u li kien magħżul mat-tim Ingliż għat-Tazza tad-Dinja 2002. Hargreaves kien weġġa' wara biss ħmistax-il minuta tat-tieni logħba tal-grupp kontra l-Arġentina u kellu jkun sostitwit.

Minkejja li ma tantx kien parti mill-ewwel għażla tat-tim, hu kien magħżul mal-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2004 f'Portugall u fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja minkejja kritika mill-istampa u l-pubbliku. Fl-ewwel daħla tiegħu fl-ewwel logħba tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja 2006 bħala sostitut hu kellu abbużi vokali min-numru ta' benjamini Ingliżi. Però, f'edizzjoni fejn l-Ingilterra ma tantx irnexxielha toffri spettaklu, hu kienu, lejn l-aħħar tal-parteċipazzjoni, ikkunsidrat bħala wieħed mis-suċċessi tal-iskwadra Ingliża u kien imsejjaħ "Plejer tal-Partita" fil-kwarti tal-finali kontra l-Portugall, f'partita fejn l-Ingilterra tilfu fl-għoti tal-penalties, fejn Hargreaves kien l-unika plejer Ingliż li skorja l-penalty. Fl-2006, hu rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-Ingilterra, u l-Plejer tas-Sena tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja f'sondaġġi uffiċjali tal-FA, u b'hekk sar l-ewwel wieħed li rebaħhom it-tnejn li huma fi staġun.

Hu kompla jimpresjona fejn kiseb l-unur tal-"Plejer tal-Partita" għall-Ingilterra kontra l-Greċja fir-rebħa ta' 4–0 fit-18 ta' Awwissu 2006, fejn ħa n-numru sebgħa li qabel kien milbus minn David Beckham. Fit-30 ta' Jannar 2007, hu kien ivvutat "Plejer tas-Sena tal-Ingilterra 2006", kif ivvutat mill-viżitaturi tas-sit elettroniku tal-FA.[2]

F'Ġunju tal-2007, il-FIFA ħabbret li Hargreaves u Philipp Lahm kienu se jżuru l-Afrika t'Isfel għas-sapport inizzjali għat-Tazza tad-Dinja 2010.[3]

Korretti sat-16 ta' Mejju 2012

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn[a] Total
PreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowls
Bayern Munich 2000–01 14010104000200
2001–02 290401013020490
2002–03 25151005000352
2003–04 25230106000352
2004–05 27132108000383
2005–06 16152102000243
2006–07 9010205000170
Total 1455225604302021810
Manchester United 2007–08 23230008000342
2008–09 200000100030
2009–10 100000100010
2010–11 100000100010
Total 27230009000392
Manchester City 2011–12 101021000041
Total 101021000041
Total fil-karriera 1747265815202026113
Noti
Bayern Munich
Manchester United
  • Trofew Bravo: 2001
  • Plejer tas-Sena tal-Ingilterra: 2006
  • Plejer tas-Sena tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja: 2006
  1. "Hargreaves completes Man Utd move" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-07-01. Miġbur 2007-07-01.
  2. "Owen's honour" (bl-Ingliż). The FA. 2007-01-30. Miġbur 2007-05-21.
  3. "Hargreaves and Lahm to visit South Africa" (bl-Ingliż). FIFA. 2007-06-08.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]