Leonardo Araújo
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Leonardo Nascimento de Araújo | ||
Twelid | 5 ta' Settembru 1969 Niterói | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.75m | ||
Rwol | Difensur xellugi / Midfilder jattakka | ||
Klabbs ġovanili | |||
1984–1987 | Flamengo | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1987–1990 | Flamengo | 52 | (0) |
1990–1991 | São Paulo | 44 | (1) |
1991–1993 | Valencia | 71 | (6) |
1993–1994 | São Paulo | 12 | (3) |
1994–1996 | Kashima Antlers | 49 | (30) |
1996–1997 | Paris Saint-Germain | 34 | (7) |
1997–2001 | Milan | 102 | (22) |
2001–2002 | São Paulo | 13 | (0) |
2002 | Flamengo | 0 | (0) |
2002–2003 | Milan | 1 | (0) |
Total | 378 | (69) | |
Tim nazzjonali | |||
1990–2002 | Brażil | 60 | (8) |
Timijiet ikkowċjati | |||
2009–2010 | Milan | ||
2010–2011 | Internazionale | ||
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. |
Leonardo Nascimento de Araújo, (Niterói, 5 ta' Settembru 1969) magħruf aktar bħala Leonardo, huwa eks plejer tal-futbol. Huwa kiseb iċ-ċittadinanza Taljana mill-2008. Huwa eks plejer internazzjonali Brażil, huwa serva wkoll bħala plejer u direttur tal-ġenb Taljan Milan, u suċċessivament kien kowċ tar-rivali tagħhom Internazionale. Hu rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1994, u kif ukoll kien finalist fl-1998.
Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]
Huwa twieled u trabba f'Niterói, ġewwa l-Brażil.
Huma nfired mill-ewwel minn mal-mara tiegħu u kellu tlett itfal (tifel u 2 ibniet), huwa ngaġġat mal-preżentatura ta' Sky Italia Anna Billó, ma' min hu għandu tifel.[1]
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Plejer[immodifika | immodifika s-sors]
Leonardo beda l-karriera tiegħu mal-klabb Brażiljan Flamengo fl-1987; fl-età ta' 17, kien ingħata l-opportunità li jilagħab mal-eroj tiegħu Zico flimkien ma' Leandro, Bebeto u Renato Gaúcho, u ta' parti fl-ewwel rebħa tal-kampjonat Brażiljan tiegħu. Fl-1990, Leonardo ffirma ma São Paulo FC, u fl-1991, Leonardo, Raí, u talenti żgħażagħ oħra kienu mmuntati bis-sejħa tagħhom 'esquadrão tricolor' ("Skwadra trikkulurita") taħt il-kmand tal-leġġenda Brażiljana Telê Santana, Leonardo kiseb it-tieni kampjonat Brażiljan tiegħu.
Aktar tard dik is-sena, huwa għamel bidla għall-futbol Ewropew u ffirma mal-klabb Spanjol Valencia CF. Wara żewġ staġuni ma' Valencia, hu rritorna lejn il-Brażil għal stint qasir ma São Paulo fl-1993, li matulu t-tim rebaħ diversi titoli, inkluż l-prestiġjużi l-Copa Libertadores u t-Tazza Interkontinentali.
Fl-1994, wara t-Tazza tad-Dinja, Leonardo ffirma ma Kashima Antlers fil-kampjonat ġdid iffurmat J. League. Leonardo kompla s-suċċess kontinwu tiegħu f'Kashima, fejn għal darb'oħra lagħab mal-idolu u ħabib tiegħu Zico. Fl-1996, hu rritorna lejn l-Ewropa, din id-darba ffirma mal-klabb Franċiż Paris St Germain, fejn hu reġa' kellhu suċċess, wieħed mill-gowls tiegħu elimina lil Liverpool mis-semifinali tat-Tazza tat-Tazez Ewropej.
F'dan il-punt fil-karriera tiegħu, Leonardo kien aktar waqaf jilgħab bħala difensur xellugi u bidel il-pożizzjoni għall-midfilder xellugi. Diġà fil-Ġappun, dan kien irriżulta xi gowls spettakolari[2] għal Leonardo, din ix-xejra kompliet fl-Ewropa.
Fis-sajf tal-1997 kien iffirma mat-tim Taljan AC Milan, għal 8.5 miljun ewro minn għand PSG. Ma' Milan hu kiseb parti prominenti tal-formazzjoni u kien wieħed mill-favoriti tal-partitarji. Huwa lagħab erba' staġuni sħaħ, billi skorja 22 gowls[3] u lagħab 177 logħob għal Milan, qabel ma rritorna lejn il-Brażil ma' São Paulo FC u Flamengo. Huwa aktar tard mar lura lejn Milan u spiċċa l-karriera tiegħu magħhom fl-2003.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Leonardo għamel id-debutt internazzjonali tiegħu fl-1990. Huwa kien magħżul bħala difensur xellugi għat-Tazza tad-Dinja 1994, iż-żagħżugħ Roberto Carlos baqgħa barra mit-tim. Leonardo lagħab tajjeb fl-ewwel logħbiet iżda mbagħad ġiet mogħti sospensjoni ta' erba logħbiet minħabba li ta' daqqa ta' minkeb lil midfilder Amerikan Tab Ramos, b'dik id-daqqa kkawżat ksur fl-għadma malar. Ramos kellhu jibqgħa fl-isptar għal tliet xhur u nofs. Is-sospensjoni ta' Leonardo ma ħallitux milli jipparteċipa fil-bqija tal-kompetizzjoni. Din kienet it-tieni l-itwal projbizzjoni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, wara Mauro Tassotti fejn dan ġie sospiż tmien logħbiet wara li kiser imnieħer Luis Enrique fl-istess turnew.
Fl-1997, Leonardo kien mogħti n-numru 10 għat-tim nazzjonali. Huwa kien membru importanti tat-tim meta rebaħ il-Copa América fl-1997.
Leonardo lagħab seba logħbiet fit-tieni parteċipazzjoni tat-Tazza tad-Dinja, huwa għen lil Brażil jiksbu l-medalja tal-fidda. Fit-tieni rawnd tal-ftuħ kontra Marokk, hu nnettja xutt wieħet u beda jiċċelebra, iżda kien imħassar minħabba off-side. L-aħħar għajta tiegħu għall-Brażil waslet matul il-kampanja ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja 2002 u l-karriera tiegħu spiċċat b'60 logħba u 8 gowls għall-Brażil.
Kowċ[immodifika | immodifika s-sors]
Milan[immodifika | immodifika s-sors]
Kmieni fl-2008 inħatar Direttur Tekniku tal-klabb preċedenti tiegħu AC Milan. Aktar tard fl-istess sena huwa kiseb iċ-ċittadinanza Taljana, wara tnax-il sena fl-Italja bħala resident.[4]
Wara t-tluq ta' Carlo Ancelotti minn ma' Milan biex issir kowċ ta' Chelsea FC fl-aħħar ta' Mejju 2009, Leonardo kien imsemmi kowċ ta' Milan[5][6] minkejja li kellu neqsin il-kwalifiki meħtieġa (hu kien stabbilit biex jattendi kors tal-kowċing mill-UEFA f'Ġunju 2009).[7] Madankollu, huwa kien eżentat milli jeħtieġ il-liċenzja professjonali tal-UEFA, li hija mandatorja għall-kowċis tas-Serie A , filwaqt hu kien eks rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja bħala plejer. Leonardo ma ħela ebda żmien meta ddikjara li ried lit-tim tiegħu biex jilgħab futbol attraenti, ukoll nvoka l-isem tal-parrinu qadim tiegħu, Telê Santana.[8]
Wara bidu fqir tal-istaġun, b'xokk ikkaratterizzat li kkawża telfa ta' 0-4 kontra r-rivali Internazionale, din l-ispekulazzjoni bdiet dwar tkeċċija possibbli tiegħu bħala kowċ ta' Milan, ir-riżultati bdew jitjibu għar-rossoneri taħt Leonardo, grazzi għall-applikazzjoni tat-tattika 4–2–1–3 (imlaqqma "fantasija-4-2" mill-viċi-president ta' Milan Adriano Galliani). Din it-tattika li kienet pjuttost mhux tas-soltu fil-futbol Taljan, iffokat fuq ħafna plejers kreattivi bħal Ronaldinho, Andrea Pirlo u Clarence Seedorf, din għenet lil Milan biex itejbu r-riżultati kemm fis-Serie A u kemm fil-UEFA Champions League, inkluża r-rebħa notevoli ta' 3–2 fl-Istadju Santiago Bernabéu kontra Real Madrid u rebħa ta' 3–0 kontra Juventus li ppermettiet lil Leonardo biex jintemm fit-tieni post fin-nofs tal-istaġun, b'sitt punti jitmeżmżu taħt il-mexxejja Inter b'logħba fl-idejn. However, il-passaġġ għall-finali tal-UEFA Champions League twaqqaf qabel iż-żmien fejn Milan ġew eliminati fl-ewwel fażi eliminatorja minn Manchester United f'telfa ta' 2–7 bl-aggregat (2–3, 0–4).
Fil-ġimgħat finali tal-istaġun, kien spekulat li Leonardo jista jħalli lil Milan fl-aħħar tal-istaġun. F'April 2010, Leonardo kkonferma d-diverġenzi mas-sid tal-klabb u l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, dawn iddefinixxu r-relazzjoni tagħhom bħala "diffiċli".[9] Ġie kkonfermat li Leonardo se jħalli lil Milan bi ftehim reċiproku wara l-logħba finali tal-istaġun kontra Juventus.[10] Leonardo xejjer addiju għal emozzjonali ppakkjata f'San Siro, kif hu amministra l-aħħar logħba b'rebħa ta' 3–0 kontra Juventus.
Internazionale[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-24 ta' Diċembru 2010, wara ġranet ta' spekulazzjoni, ġie kkonfermat li Leonardo se jieħu f'idejh il-kariga ta' kowċ maċ-ċampjins friski tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs Internazionale, hu ħa post Rafael Benítez fil-pass kemmxejn kontroversjali, minħabba karriera twila mar-rivali Milan bħala plejer u kowċ; huwa qabel f'kuntratt ta' 18-il xahar li jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2012.[11] Leonardo beda tajjeb ħafna, hu ġabar 30 punt minn 12-il logħba, b'medja ta' 2.5 punti għal kull logħba, aħjar mill-predeċessuri tiegħu Benítez u José Mourinho. Fis-6 ta' Marzu, 2011 Leonardo kiser rekord fis-Serie A billi ġabar 33 punt fi 13-il logħba, ir-rekord preċedenti kien 32 punt fi 13-il logħba miksur minn Fabio Capello fl-istaġun 2004–05.
Fil-15 ta' Marzu, 2011, Leonardo wassal lil Internazionale f'rebħa memorabbli ta' 3–2 kontra Bayern Munich fl-Allianz Arena fl-aħħar sittax tal-UEFA Champions League wara li tilfu l-ewwel leg f'darhom. Fit-2 ta' April 2011, Internazionale tilfu 3–0 kontra r-rivali ħarxa tagħhom Milan, ġimagħtejn wara, Internazionale tilfu 2–0 kontra l-ġellieda tar-relegazzjoni Parma, l-ambizzjonijiet tat-titoli ta' Internazionale kienu effettivament intemmu. Fis-6 ta' April 2011 Internazionale tilfu 2–5 kontra Schalke 04 fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League. Fid-29 ta' Mejju 2011, Internazionale għelbu lil Palermo 3–1 biex jagħtu l-ewwel u l-unika tazza lil Leonardo bħala kowċ ta' Internazionale, il-Coppa Italia. Huwa rriżenja minn ma' Internazionale fit-18 ta' Ġunju 2011.
Statistika tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun | Klabb | Kampjonat | Kampjonat | Tazza | Kkontinentali | Oħrajn | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | |||
1987 | Flamengo | Série A | 18 | 0 | - | - | - | - | - | - | 18 | 0 |
1988 | 18 | 0 | - | - | - | - | ? | 0 | 18+? | 0 | ||
1989 | 16 | 0 | 8 | 0 | ? | 0 | - | - | 24+? | 0 | ||
1990 | São Paulo | Série A | 22 | 0 | 4 | 3 | - | - | - | - | 26 | 3 |
1991 | 22 | 1 | - | - | - | - | - | - | 22 | 1 | ||
1991–92 | Valencia | La Liga | 37 | 3 | ? | ? | - | - | - | - | 37+? | 3+? |
1992–93 | 34 | 3 | ? | ? | - | - | - | - | 34+? | 3+? | ||
1993 | São Paulo | Série A | 12 | 3 | - | - | ? | 2 | 2 | 0 | 14+? | 5 |
1994 | - | - | - | - | - | - | 1 | 1 | 1 | 1 | ||
1994 | Kashima Antlers | J. League | 9 | 7 | 1 | 0 | - | - | - | - | 10 | 7 |
1995 | 28 | 17 | 3 | 1 | - | - | - | - | 31 | 18 | ||
1996 | 12 | 6 | 10 | 5 | - | - | - | - | 22 | 11 | ||
1996–97 | Paris Saint-Germain | Diviżjoni 1 | 32 | 7 | 2 | 0 | 9 | 3 | - | - | 43 | 10 |
1997–98 | 2 | 0 | - | - | 1 | 0 | - | - | 3 | 0 | ||
1997–98 | Milan | Serie A | 27 | 3 | 5 | 1 | - | - | - | - | 32 | 4 |
1998–99 | 27 | 12 | 2 | 0 | - | - | - | - | 29 | 12 | ||
1999–00 | 20 | 4 | 1 | 1 | 5 | 1 | - | - | 26 | 6 | ||
2000–01 | 22 | 3 | 5 | 2 | 5 | 1 | - | - | 32 | 6 | ||
2001 | São Paulo | Série A | 13 | 0 | - | - | - | - | - | - | 13 | 0 |
2002 | Flamengo | Série A | 0 | 0 | - | - | - | - | - | - | 0 | 0 |
2002–03 | Milan | Serie A | 1 | 0 | 4 | 2 | - | - | - | - | 5 | 2 |
Total tal-karriera | 372 | 69 | 45+? | 15+? | 20+? | 7 | 2+? | 1 | 439+? | 92+? |
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
![]() | ||
---|---|---|
Sena | Preż | Gowls |
1990 | 2 | 0 |
1991 | 3 | 0 |
1992 | 0 | 0 |
1993 | 2 | 0 |
1994 | 9 | 0 |
1995 | 7 | 2 |
1996 | 3 | 0 |
1997 | 17 | 4 |
1998 | 8 | 0 |
1999 | 2 | 1 |
2000 | 0 | 0 |
2001 | 2 | 0 |
Total | 55 | 7 |
Statistika maniġerjali[immodifika | immodifika s-sors]
Tim | Minn | Sa | Kompetizzjoni | Rekord | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
G | R | D | T | Rebħ % | GF | GK | DG | ||||
Milan | 1 ta' Ġunju 2009 | 16 ta' Mejju 2010 | Serie A | 38 | 20 | 10 | 8 | 52.63 | 60 | 39 | +21 |
Coppa Italia | 2 | 1 | 0 | 1 | 50.00 | 2 | 2 | 0 | |||
Ewropa | 8 | 2 | 3 | 3 | 25.00 | 10 | 14 | –4 | |||
Total | 48 | 23 | 13 | 12 | 47.92 | 72 | 55 | +17 | |||
Internazionale | 29 Diċembru 2010 | 1 ta' Lulju 2011 | Serie A | 23 | 17 | 2 | 4 | 73.91 | 49 | 18 | +31 |
Coppa Italia | 5 | 3 | 2 | 0 | 60.00 | 8 | 4 | +4 | |||
Ewropa | 4 | 1 | 0 | 3 | 25.00 | 6 | 10 | –4 | |||
Total | 32 | 21 | 4 | 7 | 65.63 | 63 | 32 | +31 | |||
Totali tal-karriera | Kampjonat | 61 | 37 | 12 | 12 | 60.66 | 109 | 57 | +52 | ||
Tazza | 7 | 4 | 2 | 1 | 57.14 | 10 | 6 | +4 | |||
Ewropa | 12 | 3 | 3 | 6 | 25.00 | 16 | 24 | –8 | |||
Total | 80 | 44 | 17 | 19 | 55.00 | 135 | 87 | +48 |
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Plejer[immodifika | immodifika s-sors]
- Flamengo
- Campeonato Brasileiro Série A (1): 1987
- Copa do Brasil (1): 1990
- São Paulo
- Tazza Interkontinentali (1): 1993
- Recopa Sudamericana (2): 1993, 1994
- Supercopa Sudamericana (1): 1993
- Campeonato Paulista (1): 1991
- Kashima Antlers
- Milan
- Serie A (1): 1998–99
- Coppa Italia (1): 2002–03
- Tim nazzjonali
- Tazza tad-Dinja (1): 1994
- Tazza tal-Konfederazzjonijiet (1): 1997
- Copa América (1): 1997
Kowċ[immodifika | immodifika s-sors]
- Internazionale
- Coppa Italia (1): 2010–11
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Yahoo Sports, ed. (15 ta' Marzu 2013). "Leonardo proposes to presenter girlfriend live on Italian television". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Leonardo Nascimento de Araújo – AMAZING GOAL YouTube
- ^ Leonardo Araujo Milan YouTube
- ^ La Gazzetta dello Sport, ed. (17 ta' Diċembru 2008). "Leonardo è cittadino italiano" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Ancelotti leaves job at AC Milan BBC Sport, 1 ta' Ġunju 2009
- ^ ARRIVEDERCI CARLETTO! A.C. Milan, 2 ta' Ġunju 2009
- ^ Settore Tecnico FIGC, ed. (9 ta' April 2009). "Ammessi Corso Seconda Cat. Uefa A 2008/2009" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Leonardo Wants Milan To Play Attacking Football goal.com, 2 ta' Ġunju 2009
- ^ BBC Sport, ed. (30 ta' April 2010). "Coach Leonardo unsure over his future with A.C. Milan". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Leonardo Confirms He Will Leave Milan – OFFICIAL goal.com, 14 ta' Mejju 2010
- ^ FC Internazionale Milano, ed. (24 ta' Diċembru 2010). "Benvenuto!: Leonardo allenatore dell'Inter" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ (EN) Leonardo Araújo fuq National-Football-Teams.com
- Nies ħajjin
- Twieldu fl-1969
- Futbolers Brażiljani
- Kowċis Brażiljani
- Plejers ta' Clube de Regatas do Flamengo
- Plejers ta' São Paulo FC
- Plejers ta' J. League
- Plejers ta' Kashima Antlers
- Plejers ta' La Liga
- Plejers ta' Valencia CF
- Plejers ta' Paris Saint-Germain FC
- Plejers tal-Ligue 1
- Plejers ta' AC Milan
- Plejers tas-Serie A
- Kowċis ta' AC Milan
- Kowċis ta' Inter
- Kowċis tas-Serie A