Korfù

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Korfù (magħrufa wkoll bħala Kerkira, /korˈʧira/; bil-Grieg: Κέρκυρα o Κόρκυρα, Kérkyra; bil-Latin: Corcyra) hija gżira Griega, fil-Baħar Jonju, quddiem ix-xtajta t'Epiru, fil-konfini ta' bejn il-Greċja u l-Albanija. Hija maqtugħa mill-Greċja kontinentali permezz ta' fliegu li jvarja fil-wisa' minn 3 sa 25 kilometru. Il-gżira għandha erja ta' 613.6 kilometru², jiġifieri kważi d-doppju tal-erja ta' Malta. Il-belt ewlenija ġġib l-istess isem tal-gżira, ċjoe Korfù u n-nies tal-lokal isejjħulha Kerkira.