Festival tal-Eurovision tat-Tfal
Il-Festival tal-Eurovision tat-Tfal (bil-Franċiż: Concours Eurovision de la Chanson Junior), magħruf ukoll bħala l-Junior Eurovision Song Contest (JESC), huwa konkors internazzjonali tal-kanzunetti organizzat mill-European Broadcasting Union (EBU) u li hu miftuħ esklussivament għal membri ta' din konfederazzjoni. Din issir kull sena ġewwa belt Ewropea.
Din il-kompetizzjoni tgawdi minn diversi similaritajiet mal-Festival tal-Eurovision. Kull stazzjon parteċipanti jibgħat esebitur/i, li għandhom ikunu bejn 10 u 15-il sena, u kanzunetta oriġinali ta' madwar 2 minuti u 30 sekonda u 2 minuti u 45 sekonda biex jikkompetu kontra kompetituri oħra. Kull kanzunetta tirrapreżenta lil pajjiż partikulari li jiġi servit mix-xandar parteċipanti. It-telespettaturi minn dawn il-pajjiżi huma mistiedna sabiex jivvutaw għall-aqwa esebizzjonijiet permezz tat-televotazzjoni (minkejja li ġurija tista' tintuża' jekk stazzjon ma jkunx jista' jxandar il-festival b'mod dirett). Ir-rebbieħ finali tal-festival ikun dak li rċieva l-aktar punti wara li jinġabru l-voti kollha.
Barra l-pajjiżi li jieħdu sehem, il-konkors jintwera wkoll f'diversi territorji oħrajn fosthom il-Ġermanja, il-Finlandja, l-Estonja, l-Awstralja u l-Iżrael. Mill-2006 'il quddiem il-festival beda jiġi muri direttament fuq l-internet permezz tas-sit uffiċjali tal-Konkors.[1]
Oriġini u storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-oriġini tal-Festival imorru lura lejn is-sena 2000 meta Danmarks Radio kien iżomm festival tal-kanzunetti għat-tfal Daniżi, f'dik is-sena u dik segwenti.[2][3] Din l-idea ġiet estiża għal festival Skandinavu fl-2002, MGP Nordic, bid-Danimarka, in-Norveġja u l-Iżvezja bħala parteċipanti. L-EBU ħadet spunt minn dan il-festival u ddeċidiet li tiftaħ il-kompetizzjoni għal kull membru tal-EBU. Id-Danimarka ġiet mistoqsija biex tospita l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision għaż-Żgħar minħabba l-esperjenza kbira li kellha fl-ospitu tal-kompetizzjonijiet tagħhom u tal-MGP Nordic.
Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, it-tieni wieħed kellu xi problemi ta' lokazzjoni. Oriġinarjament, l-avveniment kellu jkun organizzat mix-xandar Brittaniku ITV, f'Manchester.[4]
ITV wara ħabbru li minħabba problemi finanzjarji u raġunijiet ta' skeda, il-festival ma kienx se jieħu post fir-Renju Unit.[5] Hu maħsub ukoll li fattur ieħor wara din id-deċiżjoni kien li minħabba li r-rata ta' telespettaturi għal ITV fis-sena ta' qabel kien inqas minn dak li kien mistenni.[6] L-EBU ħajru lix-xandar Kroat HRT, li kienu rebħu l-festival ta' qabel, biex jospitaw l-avveniment f'Żagreb; wara kien ħareġ illi HRT kienu 'nsew' biex jibbukjaw is-sala fejn kien se jiġi ospitat il-festival. Kien f'dan il-punt, b'ħames xhur oħra għall-festival li l-istazzjon Norveġiż NRK offra ruħu biex jospita l-edizzjoni tal-2004 f'Lillehammer.
Xandara interessati kellhom joffru l-applikazzjoni tagħhom biex b'hekk ikunu evitati l-istess problemi. Il-Belġju, b'hekk, saret l-ewwel pajjiż li l-applikazzjoni tagħha biex tospita l-edizzjoni tal-2005 kienet aċċettata.[7]
Ir-rebbieħ tal-Konkors hu deċiż permezz tat-televotazzjoni. Bejn l-2003 u l-2005, it-telespettaturi kellhom madwar 10 minuti ċans biex jivvutaw wara li l-kanzunetti kollha jkunu tkantaw. Mill-2006 il-linji telefoniċi kienu miftuħa matul il-programm[8] u l-profitti magħmula mill-votazzjoni matul l-edizzjonijiet tal-2007 u l-2008 ingħataw b'donazzjoni lill-UNICEF.[9]
Format
[immodifika | immodifika s-sors]Il-format tal-festival baqa' relattivament l-istess matul il-kors tal-istorja tiegħu fejn dan jikkonsisti f'esebizzjonijiet mużikali diretti minn artisti li jkunu daħlu fil-kompetizzjoni grazzi għax-xandara parteċipanti. L-EBU issostni li l-għan tal-programm hu li "tippromovi talenti żgħażagħ fil-kamp tal-mużika popolari, billi tinkoraġġixxi kompetizzjoni fost il-kompetituri".[10]
Il-programm jittella' ġeneralment nhar ta' Sibt filgħaxija lejn tmiem Novembru jew bidu ta' Diċembru fit-20:15 (CET) u jdum madwar sagħtejn u kwart.
Tradizzjonalment, il-festival jikkonsisti f'ċerimonja tal-ftuħ fejn il-parteċipanti jingħataw merħba għal dan l-avveniment, fejn wara jsegwi l-kant tal-kanzunetti parteċipanti, u rikapitulazzjoni qasira tal-kanzunetti biex jgħinu lill-votanti biex jiddeċiedu għal-liema kanzunetti se jivvutaw. Wara li jingħalaq il-votazzjoni jsir l-att tal-intervall, u r-riżultati jitħabbru suċċessivament minn tfal bejn l-età ta' għaxar snin u ħmistax-il sena, li tkun segwita wara bit-tħabbira tar-rebbieħ u s-smiegħ mill-ġdid tal-kanzunetta rebbieħa. F'ċerti mumenti matul is-serata, ċerti stazzjonijiet jagħżlu li jagħmlu xi waqfiet kummerċjali.
Il-festival jippreżenta dejjem żewġ preżentaturi (li fil-biċċa l-kbira tad-drabi kienu raġel wieħed u mara waħda minkejja li l-edizzjoni tal-2006 kien hemm eċċezzjoni) li regularment jidhru fuq il-palk waqt li l-kontestanti jkunu fil-green room. Il-preżentaturi huma wkoll responsabbli li jirrepetu r-riżultati tat-televotazzjoni immedjatament wara li jkun inqara kull vot partikulari, biex jiġi kkonfermat il-punti li jkunu ngħataw lil pajjiż.
Minkejja li l-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar hu mibni fuq il-format tal-Festival tal-Eurovision, hemm diversi differenzi li huma uniċi għall-festival tat-tfal. Per eżempju, waqt li l-vokali prinċipali jridu jkantaw dirett matul il-festival, il-vokali sekondarji jistgħu jkunu rikorjdati.[11] Kull għażla ta' pajjiż trid tiġi deċiża minn finali nazzjonali (sakemm ċerti ċirkustanzi jimpedixxuha milli ssir u trid tikseb il-permess mill-EBU).[12] Mill-festival tal-2005 'il quddiem kull kontestant beda jingħata awtomatikament tnax-il punt biex ma jkun hemm l-ebda mit-tfal parteċipanti li jispiċċa bil-famużi, jew misħuta "nul points".
Ir-rebbieħa ta' kull festival jirċievi trofew u ċertifikat. Il-pajjiż rebbieħ, b'differenza mill-Festival tal-Eurovision, ma jingħatax id-dritt li jospita l-edizzjoni segwenti.
Parteċipazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar.
Il-parteċipazzjoni fil-Festival tbiddlet drammatikament kull sean. Seba' pajjiżi minn sebgħa u għoxrin ġew rappreżentati kull sean. Fis-snin riċenti huma ftit il-pajjiżi mill-Punent tal-Ewropa li qed jieħdu sehem waqt li pajjiżi mil-Lvant bdew jingħaqdu f'dan il-Festival. Ix-xandara oriġinali Skandinavi ħallew il-festival fl-2006 u bdew jerġgħu jorganizzaw il-kompetizzjoni tal-MGP Nordic li kienet waqfet milli tiġi prodotta mal-bidu tal-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar.
Sal-edizzjoni tal-2024, kien hemm 41 membru tal-EBU li ħadu sehem f'dan il-festival.
Debuttanti
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Pajjiżi debuttanti |
---|---|
2003 | Bjelorussja, Belġju, Ċipru, Danimarka, Greċja, Kroazja, Latvja, Maċedonja, Malta, Norveġja, Netherlands, Polonja, Renju Unit, Rumanija, Spanja, Żvezja |
2004 | Franza, Żvizzera |
2005 | Russja, Serbja u Montenegro |
2006 | Portugall, Serbja, Ukrajna |
2007 | Armenja, Bulgarija, Ġeorġja, Litwanja |
2010 | Moldova |
2012 | Albanija, Ażerbajġan, Iżrael |
2013 | San Marino |
2014 | Italja, Montenegro, Slovenja |
2015 | Awstralja, Irlanda |
2018 | Każakistan, Wales |
2020 | Ġermanja |
2023 | Estonja |
Irtirar ta' nazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Ritorn ta' nazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Pajjiżi li jirritornaw |
---|---|
2006 | Ċipru |
2009 | Żvezja |
2010 | Latvja, Litwanja |
2011 | Bulgarija |
2013 | Maċedonja ta' Fuq, Malta |
2014 | Bulgarija, Ċipru, Kroazja, Serbja |
2015 | Albanija, Maċedonja ta' Fuq |
2016 | Ċipru, Iżrael, Polonja |
2017 | Portugall |
2018 | Ażerbajġan, Franza, Iżrael |
2019 | Spanja |
2021 | Albanija, Armenja, Ażerbajġan, Bulgarija, Irlanda, Italja, Maċedonja ta' Fuq, Portugall |
2022 | Renju Unit |
2023 | Ġermanja |
2024 | Ċipru, San Marino |
Rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Rebbieħ | Lingwa | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Punti | Data | Sala | Lokazzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
2003 | Kroazja | Kroat | Dino Jelusić | Ti Si Moja Prva Ljubav | Int L-Ewwel Imħabba Tiegħi | 134 | 15 ta' Novembru, 2003 | Forum København | Kopenħagen |
2004 | Spanja | Spanjol | María Isabel | Antes Muerta Que Sencilla | Aħjar Mejta Milli Normali | 171 | 20 ta' Novembru, 2004 | Haakons Hall | Lillehammer |
2005 | Bjelorussja | Russu | Ksenia Sitnik | My Vmeste | Aħna Flimkien | 149 | 26 ta' Novembru, 2005 | Ethias Arena | Hasselt |
2006 | Russja | Russu | Sisters Tolmachevy | Vesenniy Jazz | Jazz tar-Rebbiegħa | 154 | 2 ta' Diċembru, 2006 | Sala Polivalentă | Bukarest |
2007 | Bjelorussja | Russu | Alexey Zhigalkovich | S druzyami | Mal-Ħbieb | 137 | 8 ta' Diċembru, 2007 | Ahoy Rotterdam | Rotterdam |
2008 | Ġeorġja | Lingwa Immaġinarja | Bzikebi | "Bzz..." | – | 154 | 22 ta' Novembru, 2008 | Spyros Kyprianou Athletic Center | Limassol |
2009 | Netherlands | Dutch, English | Ralf Mackenbach | "Click Clack" | – | 121 | 21 November 2009 | Palace of Sports | Kiev [13] |
2010 | Armenia | Armenian | Vladimir Arzumanyan | "Mama" | – | 120 | 20 November 2010 | Minsk-Arena | Minsk [14] |
Futur
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ ESC Today, ed. (2006-12-01). "Junior Eurovision live on the internet" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
- ^ IMDB, ed. (2000-05-01). "IMDB: Børne1'erens melodi grand prix 2000" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
- ^ "IMDB: de unges melodi grand prix 2001" (bl-Ingliż). IMDB. 2001-05-01. Miġbur 2008-10-10.
- ^ EBU, ed. (2003-11-16). "Confirmation of Manchester as original host" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-15. Miġbur 2008-10-10.
- ^ ESC Today, ed. (2004-05-13). "Junior contest not to take place in Manchester" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
- ^ Guardian, ed. (2003-11-17). "JESC UK ratings" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
- ^ ESC Today, ed. (2004-11-20). "Junior 2005 on 26 November in Belgium" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
- ^ ESC Today, ed. (2006-10-20). "Televoting all night long" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-10-10.
- ^ UNICEF.nl, ed. (2007-12-06). "Informazzjoni tal-UNICEF" (bl-Olandiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-21. Miġbur 2008-10-10.
- ^ "Generic contest information page". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-08. Miġbur 2023-12-23.
- ^ ESC Kaz, ed. (2008). "Rules alterations for 2008 contest as well as details of traditional rules" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-11-23.
- ^ JuniorEurovision.tv (ed.). "Rules of the 2003 contest" (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2003-12-06. Miġbur 2008-11-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "'Exclusive: 13 countries to be represented at Junior 2009!'". European Broadcasting Union. 2009-06-08. Miġbur 2009-06-10.
- ^ "Exclusive: Belarus to host Junior 2010". European Broadcasting Union. 2009-06-08. Miġbur 2009-06-08.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Festival tal-Eurovision tat-Tfal |