Festival tal-Eurovision taż-Żgħar 2008
Il-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar 2008 kien is-sitt edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar. Sar ġewwa ċ-Ċentru Atlettiku Spyros Kyprianou f'Limassol magħruf ukoll bħala 'Palais des Sports'. Ċipru rebaħ d-dritt li jospitta dan il-festival wara li rebaħ il-polza fuq il-Portugall, is-Serbja, l-Iżvezja u l-Ukrajna. Kien l-ewwel Festival tal-Eurovision taż-Żgħar li ma hadux sehem fih pajjiżi ġodda.
It-tim ta' produzzjoni għall--Eurovision taż-Żgħarl 2008 ġie magħżul mill-EBU. Kleitos Kleitou (id-direttur ta' CyBC, u kif ukoll id-direttur tal-għażla Ċiprijotta fil-Festival tal-Eurovision 2007 li sar ġewwa Ħelsinki) kien id-direttur tal-Final Nazzjonali Ċiprijott għall-għażla Ċiprijotta għall-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar 2007 li sar f'Rotterdam. Is-Sur Kleitou kien ukoll id-direttur tal-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar 2008. Despo Karpi se jkun il-producer tal-festival u s-Sur Munro Forbes, kollaboratur ta' CyBC għal sentejn, se jkun l-producer eżekutiv. Dawn in-nies ġew approvati mill-EBU li raw ix-xogħol tat-tim minn kompetizzjoijiet ta' qabel li saru f'Ċipru u qablu li jaħdmu fuq dan il-proġett.
Taw tnax il-punt bħala bonus points lil kulħadd bħala prosit tax-xogħol li għamlu filgħaxija fis-serata.I-Rebħa tà dan il-festival kienu il-Ġeorġja bil-grupp Bzikebi bid-diska Bzz... Din id-diska hija biss bi 2 ittri mil-alfabett u puntjegatura li huma l-ittra B, l-ittra Z u l-puntjegatura . .Diska ħelwa immens.Fl-ahhar post ġew il-Bulgarija li hadu tlett punti biss mil- Maċedonja