Johann III Bernoulli
Johann III Bernoulli | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Bażel, 4 Novembru 1744 |
Nazzjonalità | Żvizzera |
Mewt | Berlinu Köpenick (en) , 13 Lulju 1807 |
Post tad-dfin | Friedhof St. Laurentius (en) |
Familja | |
Missier | Johann II Bernoulli |
Omm | Susanna Koenig |
Konjuga/i |
Véronique Beck (en) Caroline Sophie von Tempelhoff (en) |
Aħwa | |
Familja | |
Tribù | Familja Bernoulli |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta’ Basel |
Direttur tat-teżi | Daniel Bernoulli |
Lingwi |
Franċiż Ġermaniż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
matematiku astronomu fiżiku ġurist ġeografu filosofu traduttur pubblikatur |
Post tax-xogħol | Berlin |
Impjegaturi | Akkademja tax-Xjenzi Prussjana |
Sħubija |
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu Akkademja Russa tax-Xjenzi Akkademja tax-Xjenzi Prussjana |
Johann III Bernoulli (4 ta' Novembru 1744, Basel – 13 ta' Lulju 1807, Berlin-Köpenick) kien matematiku u fiżiku Żvizzeru. Missieru kien Johann II Bernoulli u nannuh Johann Bernoulli.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Studja f'Basel u Neuchâtel. Meta kellu tlettax-il sena ħa dottorat fil-filosofija. Ta' 19-il sena nħatar astronomu rjali ta' Berlin. Xi snin war żar il-Ġermanja, Franza u l-Ingilterra u wara l-Italja, ir-Russja u l-Polonja. Meta mar lura Berlin, inħatar direttur tad-dipartiment tal-matematika tal-Akkademja.
Fl-1774 ppubblika traduzzjoni għall-Franċiż tal-Elementi tal-Aġebra ta' Leonhard Euler u fl-istess sena ġie elett membru barrani tal-Akkademja Rjali tal-Isvezja. Kiteb ukoll dwar il-grupp etniku Pollakk tal-Kaxubi.
Kien wieħed mill-aħħar membri famużi tal-familja Bernouili.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Recueil pour les astronomes. 3 volumi u 1 suppliment, Berlin 1771–1779
- Reisen durch Brandenburg, Pommern, Preussen, Curland, Russland und Pohlen in den Jahren 1777 und 1778. Bd. 1, Leipzig: C. Fritsch 1779
- Sammlung kurzer Reisebeschreibungen (Ġabra ta' deskrizzjoni tal-vjaġġi). 18-il volum, Berlin 1781–1878
- Archiv zur neueren Geschichte, Geographie, Natur- und Menschenkenntnis. 8 volumi, Leipzig 1783–1788