Ginea
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Guinea (Repubblika tal-Ginea) (bil-Franċiż: République de Guinée), spiss imsejħa Guinea-Conakry biex tiddistingwiha minn żewġ pajjiżi Afrikani oħra, il-ġirien tagħha l-Ginea Bissawu l-Ginea Ekwatorjali, hija pajjiż fl-Afrika tal-Punent, li qabel kienet magħrufa bħala Ginea Franċiża. Tmiss mal-Ginea Bissaw u s-Senegal fit-tramuntana, mal-Mali fit-tramuntana u l-lvant, il-Kosta tal-Avorju fil-lvant, il-Liberja u s-Sierra Leone fin-nofsinhar, u l-Oċean Atlantiku lejn il-punent. Il-belt kapitali hi Conakry
Il-Ginea hija maqsuma fi tmien reġjuni u aktar suddiviża fi tlieta u tletin prefettura. Conakry hija l-kapitali, l-akbar belt u l-iktar ċentru ekonomiku importanti. Bliet importanti oħra huma Kankan, Nzérékoré, Kindia, Labé, Guéckédou, Mamou u Boke.
L-erbatax-il miljun Guinean jappartjenu għal erbgħa u għoxrin grupp etniku, li l-aktar importanti huma n-N'ko, b'40%, il-Fula, bi 30%, u s-Susu, b'20%. Il-Ginea hija pajjiż fil-biċċa l-kbira Musulman (85%), b’persentaġġ sinifikanti ta' Insara Kattoliċi, li jgħixu fil-ġungla tan-Nofsinhar tal-pajjiż.
Il-Ginea huwa pajjiż għani ħafna f'minerali, inklużi boksajt, djamanti, deheb u aluminju. L-ekonomija tagħha tiddependi fuq l-agrikoltura u l-estrazzjoni tal-minerali.13 Il-Ginea hija pajjiż sottożviluppat li għandha parti sinifikanti tal-popolazzjoni tagħha (aktar minn 60%) taħt il-linja tal-faqar. Il-Franċiż huwa l-lingwa uffiċjali tal-Ginea u hija l-lingwa l-aktar użata fl-iskejjel, fl-amministrazzjoni, fil-midja u fil-forzi tas-sigurtà. Anke hekk, kull wieħed mill-erbgħa u għoxrin tribù tal-Guinea għandu l-lingwa tiegħu.
Il-Ginea hija waħda mill-pajjiżi meqruda mill-epidemija tal-Ebola tal-2014 flimkien mal-Liberja u Sierra Leone, li fil-pajjiżi tagħhom mietu b'kollox aktar minn 4,500 persuna.
L-ogħla punt fil-Ginea huwa l-Muntanja Tamgué (1,538 m).
Total tal-fruntieri ta' Guienne: 4,046 km, pajjiżi tal-fruntiera (6): Cote d'Ivoire 816 km; Ginea-Bissaw 421 km; Liberja 590 km; Mali 1062 km; Senegal 363 km; Sierra Leone 794 km.