Gremxula ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gremxula ta' Malta
Podarcis filfolensis.jpg
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiReptilia
OrdniSquamata
FamiljaLacertidae
ĠeneruPodarcis
speċi Podarcis filfolensis
Bedriaga, 1876
Distribuzzjoni ġeografika
Podarcis filfolensis distribution.png


Il-gremxula ta' Malta (Podarcis filfolensis) hija speċi ta' gremxula fil-familja ta' Lacertidae. Tinstab fl-Italja (fil-Gżejjer Pelaġiċi) u fl-arċipelagu ta' Malta. Il-ħabitats naturali tagħha huma l-veġetazzjoni Mediterranja bl-arbuxelli, iż-żoni bil-blat, ix-xtut tal-blat, ir-raba' li jinħadem, il-mergħat, u l-ġonna rurali.

P. filfolensis in Malta[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Gżejjer Maltin, hemm erba' sottospeċijiet tal-gremxula ta' Malta, li kollha huma endemiċi.

Gremxula Podarcis filfolensis ssp. maltensis maskili f'Għawdex

Podarcis filfolensis ssp. maltensis[immodifika | immodifika s-sors]

Din is-sottospeċi tinstab fuq it-tliet gżejjer prinċipali: Malta, Għawdex u Kemmuna. Normalment ikollha lewn ħadrani u xi kultant bit-tikek.[1]

Podarcis filfolensis ssp. filfolensis[immodifika | immodifika s-sors]

Din is-sottospeċi hija endemika għall-gżejra ta' Filfla. Hija l-ikbar mill-erba' sottospeċijiet u għandha lewn fl-iswed b'tikek blu.

Podarcis filfolensis ssp. kieselbachi[immodifika | immodifika s-sors]

Din is-sottospeċi kienet endemika għal Selmunett, magħrufa wkoll bħala l-Gżejjer ta' San Pawl. Il-lewn tagħha kien ivarja ferm, pereżempju kannella, griż, eċċ., b'żaqqha fl-oranġjo b'tikek suwed żgħar. Il-popolazzjoni saret estinta fl-2005.

Gremxula Podarcis filfolensis ssp. filfolensis femminili

Podarcis filfolensis ssp. generalensis[immodifika | immodifika s-sors]

Din is-sottospeċi hija endemika għall-Ġebla tal-Ġeneral (fil-kosta tal-Punent ta' Għawdex). Għandha żaqqha fl-aħmar u għandha lewn fil-blu fuq il-ġnub tagħha.[1]

Sottospeċijiet oħra[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa maħsub li teżisti l-ħames sottospeċi fuq il-gżira ta' Kemmunett[1], filwaqt li sottospeċi oħra, Podarcis filfolensis ssp. laurentimulleri, tgħix fil-gżejjer Taljani ta' Linosa u Lampione.[2]

Karatteristiċi u mġiba[immodifika | immodifika s-sors]

Gremxula Podarcis filfolensis ssp. kieselbachi maskili tal-Gżejjer ta' San Pawl

Għad-differenza tal-gremxul maskili, li għandu lwien jgħajtu, il-gremxul żgħir u femminili għandu lewn kemxejn skur (fil-kannella). Il-gremxula ta' Malta s-soltu tiekol insetti żgħar bħal nemel jew termiti.[1]

Il-gremxul maskili għandu mġiba territorjali. Meta gremxul maskili ieħor jidħol fit-territorju tal-gremxula ta' Malta maskili, dan tal-aħħar jonfoħ 'il fuq u jgħolli rasu. Ikollu mġiba simili meta jipprova jattira l-gremxul femminili. L-istaġun tat-tgħammir huwa fir-rebbiegħa. Ftit wara l-gremxul femminili jbid bajda jew tnejn, u finalment il-bajd ifaqqas bejn Ġunju u nofs Awwissu.[1]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b c d e Wildlife of the Maltese Islands, BirdLife Malta and Nature Trust, 1995.
  2. ^ Nature in Gozo, BirdLife Malta, 2007.