Linosa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Linosa (Sqallija: Linusa) tifforma parti mill-Gżejjer Pelagie fil-Kanal ta' Sqallija tal-Baħar Mediterran. Din il-gżira hija frazzjoni zgħira tal-komun ta' Lampedusa e Linosa, parti mill-provinċja ta' Agrigento, ta' Sqallija u tal-Italja. Il-popolazzjoni ta' din il-gżira ċkejkna tammonta għal 450 abitant.

Il-lokazzjoni ta' Linosa fuq mappa
Pajsaġġ miksi b'ġebel vulkaniku

Isem[immodifika | immodifika s-sors]

L-isem Lenusa deher għall-ewwel darba matul is-seklu 16 fil-kitba letterarja ta' Tommaso Fazello hekk kif il-verżjoni moderna tmur lura għas-sena 1845, l-isem li tlissen mill-kavallier Bernardo Maria Sanvinsente, waqt il-missjoni mogħtija lilu mir-re Ferdinandu II taż-żewġ Sqallijiet (Napli u Sqallija).

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-gżira ta' Linosa kienet użata mir-Rumani fejn serviet bħala bażi matul il-Gwerer Puniċi. Il-150 tank tal-ilma li għad fadal huma l-fdalijiet ta' dan il-perjodu hekk bikri fl-istorja tal-bniedem. Din il-gżira ġiet iddominata minn bosta qawwiet barranija, fosthom kien hemm: is-Saraċeni, in-Normanni, l-Anġovini u l-Aragoniżi. Il-gżira baqgħet abbandunata mill-preżenza tal-umani sas-sena 1843, meta Ferdinand it-tieni tar-renju taż-żewġ Sqallijiet ordna lill-kavallier Bernardo Maria Sanvinsente, il-kaptan tal-frigata sabiex ifittex jikkolonizza l-gżira. L-ewwel tletin kolonjalist (artiġjani minn: Ustika, Agrigento u minn Pantellerija) maż-żieda ta' kmandant maġġuri, patri u tabib, illandjaw fil-25 ta' April tal-1845. Ftit kienu l-persuni interessati fil-gżira matul l-għaqda tar-Renju tal-Italja, u għalhekk kien fl-1970 biss fejn il-gżira bdiet tinbidel, b'innovazzjonijiet teknologiċi u l-iżvilupp fit-turiżmu. L-ewwel telefonu kien installat fl-1963, l-ewwel stazzjon tal-enerġija fl-1967 u skola ġdida flimkien ma' mixtla fl-1968.

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-gżira ta' Linosa tkopri żona ta' 5.45 kilometru kwadru, u jingħad li hija ta' oriġini vulkanika. Din il-gżira hija magħmula minn serje ta' ħofor fondi, b'Monte Vulcano, 195 metru (640 pied) 'il fuq mill-art ikun l-iktar wieħed prominenti. L-eqreb art ta' Linosa hija l-gżira ta' Lampedusa, li tinsab xi 43 kilometru lejn in-nofsinhar ta' Linosa, 119-il kilometru lejn il-punent tal-Gżira Maltija Għawdex, 121 kilometru lejn l-ilbiċ ta' Pantellerija, 163 kilometru lejn in-nofsinhar tal-gżira maġġuri ta' Sqallija u 165 kilometru lejn il-lvant ta' Cape Mahida fit-Tuneżija.

Ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]

L-ekonomija ta' din il-gżira tibbaża fuq is-sajd, l-agrikultura u t-Turiżmu.

Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 35°52′N 12°52′E / 35.867°N 12.867°E / 35.867; 12.867