Aqbeż għall-kontentut

Insettivoru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mostru gila, tip ta' gremxula eżempju ta' rettilu Insettivoru

Insettivoru (mil-Latin "insectum" - insetti li tfisser insett u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla' l-ikel), huwa definit bħala annimal b'dieta li tikkonsisti primarjament jew esklużivament mill-insetti u annimali żgħar oħrajn (eżempju brimb u skorpjuni). Annimali li jieklu primarjament jew esklużivament insetti, jissejħu insettivori obbligati.

Il-kelma tirreferi ukoll għal mammiferi ta' l-ordni Insettivora (li llum il-ġurnata huwa maqsum f' bosta ordnijiet), li numru minnhom inserta jiekol l-insetti iżda mhux kollha u bħalma hemm ħafna speċi tal-ordni Carnivora li huma omnivori (u 2 minnhom il-panda ġgant u l-panda ż-żgħir jew il-panda l-aħmar huma erbivori), tant ieħor hemm membri tal-ordni Insectivora li ma jieklux insetti.

L-Insettivori bħal pixxivori huma annimali karnivori speċjalizzati u bħal ma' dawn tal-aħħar jispeċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva tal-ħut, l-insettivori jispeċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva ta' l-insetti.

Hemm ukoll kemm il-ġeneru u ftit mijiet ta' speċi ta' pjanti insettivori. Dawn ġeneralment jikbru f' ħamrija fqira min-nitroġenu u b' hekk biex ipattu għal dan in-nuqqas jikkunsmaw l-insetti. Teknikament dawn mhumiex insettivori obligati, għax jistgħu jikkunsmaw kull annimal żgħir li kapaċi jinqabbad fin-nassa tagħhom. Fl-akbar speċi ta' pjanti insettivori instabu kemm il-darba roditturi u rettili żgħar.

Eżempji ta' Annimali Karnivori

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Murphy, W.J., E. Eisirik, S.J. O'Brian, O. Madsen, M. Scally, C.J. Douady, E. Teeling, O.A. Ryder, M.J. Stanhope, W.W. de Jong, and M.S. Springer. 2001. Resolution of the early placental mammal radiation using Bayesian phylogenetics. Science 294238-2351.
  • Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Saunders College Publishing, Fort Worth. vii+576 pp.
  • Yates, T. L. 1984. Insectivores, elephant shrews, tree shrews, and dermopterans. Pp. 117-144 in Anderson, S. and J. K. Jones, Jr. (eds). Orders and Families of Recent Mammals of the World. John Wiley and Sons, N.Y. xii+686 pp.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]