Omnivoru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Reja jew Nandu Rhea spp. eżempju ta' għasfur Omnivoru
Ors kannella Ursus spp. eżempju ta' mammiferu Omnivoru

Omnivoru (mill-Latin: "omne" - omni- li tfisser kollox u "vorare" - -ivoru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel) hija definita bħala speċi ta' organiżmu li huwa wikkiel ġeneralizzat, mingħajr 'l ebda speċjalizzazjoni partikolari lejn dieta karnivora jew erbivora u kapaċi jiekol kemm il-laħamprotejina ta' l-annimal kif ukoll il-ħxejjex.

Is-snien ta' l-annimali omnivori huma anqas speċjalizzati minn dawk ta' l-annimali karnivori jew erbivori. Din hija distinzjoni importanti, għaliex dawn is-snien jagħtu l-opportunità u l-kapaċità lill-annimali omnivori biex b'l-istess effiċjenza jitħnu l-ħxejjex u jċarrtu l-laħam. Dan huwa possibli b' taħlita ta' snien differenti, dawk ċatti għat-tħin tal-pjanti u dawk illimati u bil-ponta biex itaqqbu u jċarrtu l-laħam. L-istruttura tax-xedaq ta' ħalq il-bniedem huwa eżempju ċar, fejn l-inċisivi u l-kanini qegħdin biex jigdmu u jaqtgħu, waqt li d-dras qegħdin biex jitħnu u jgħaġnu.

L-annimali omnivori kollha jissejħu u jiġu definiti bħala Eterotrofi.

Eżempji ta' Annimali Omnivori[editja]

Ara Ukoll[editja]

Referenzi[editja]

  • MacArdle J. Il-bniedem huwa omnivoru. artiklu

Link Esterni[editja]