Karnivoru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dawn is-snien bil-ponta ta' din it-tigra u x-xedaq qawwi huma l-karatteristi fiżiċi klassiċi li wieħed jistenna fil-mammiferi karnivori predaturi

Karnivoru (mil-Latin "carne" - karni li tfisser laħam u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal b' dieta li tikkonsisti primarjament jew esklużivament mill-laħam kemm ta' annimali ħajjin kif ukoll mejtin. Annimali li jieklu esklużivament laħam jissejħu karnivori obligati.

Il-kelma Karnivoru xi drabi tirreferi għall-mammiferi tal-ordni Carnivora, imma din tista' tkun kawża ta' konfużżjoni. Għalkemm ħafna Carnivora jaqblu sewwa ma' din id-definizzjoni għax jieklu l-laħam esklużivament, dan mhux veru ghal kollha. Pereżempju l-ors huwa ta' membru ta' l-ordni Carnivora imma mhux karnivoru fis-sens ta' dieta. Il-karnivori bħall-erbivori hemm minnhom speċjalizzati per eżempju dawk li jieklu primarjament jew esklużivament insetti, jissejħu insettivori, u dawk li jieklu primarjament jew esklużivament ħut u dawn jissejħu pixxivori.

Hemm ukoll kemm il-ġeneru ta' ftit mijiet ta' speċi ta' pjanti karnivori. Il-maġġoranza ta' dawn huma primarjament tal-ispeċjalizzazjoni ta' karnivoriżmu insettivori.

Karatteristiċi tal-Karnivori[immodifika | immodifika s-sors]

Snien ta' mammiferi Karnivori ta' l-ordni Carnivora

Fost il-karatteristiċi li soltu nassoċjaw mal-karnivori hemm l-organi li jgħinu il-qbid u l-iżlugar tal-preda (is-snin u d-dwiefer jservu għal dan l-iskop f'ħafna speċi ta' annimali vertebrati) u li huma kaċċaturi. Fil-fatt niżbaljaw jekk naħsbu hekk għax uħud mil-karnivori ma jaqbdux annimali ħajjin imma huma nekrofaġi jiġifieri jieklu annimali diġà maqtula (għalkemm il-biċċa l-kbira tal-karnivori kaċċaturi jieklu wkoll annimali mejtin jekk ikollhom iċ-ċans).

Karnivori Obligati[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Karnivori obbligati huma annimali li jikkonsmaw il-laħam biss. Jista' jkun li dawn jieklu prodotti oħra wkoll, l-iżjed prodotti li ġejjin mill-annimali bħall-ġobon u l-mudullun jew sustanzi ħelwin bħall-għasel, iżda peress li dawn mhumiex essenzjali, ma jikkunsmahomx regolarment. Il-karnivori obligati mhumiex mgħammra fiżikament, b'diġestjoni effiċjenti għall-pjanti, infatti x'uħud mill-mammiferi karnivori jieklu l-ħxejjex biss bħala emetiċi.

Materjal tal-Pjanti[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-biċċa l-kbira tal-każi, xi materjal tal-pjanti huwa essenzjali għal dieta adekwata, partikolarment għall-minerali, vitamini u fibra. Ħafna mill-karnivori salvaġġi jieħdu biżżejjed minn dawn mis-sistema tad-diġestjoni tal-annimali li jieklu. Minnbarra hekk, ħafna speċi ta' karnivori jieklu id-demel tal-annimali erbivori, preżumibbilment biex jakkwistaw nutrijenti essenzjali neqsin mid-dieta tagħhom, li ma jistgħux jakkwistaw b‘mod ieħor, peress li s-snien u s-sistema tad-diġestjoni, iddum biex tipproċessa l-pjanti.

Eżempji ta' Annimali Karnivori[immodifika | immodifika s-sors]

Ara Ukoll[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Link Esterni[immodifika | immodifika s-sors]