Aqbeż għall-kontentut

Kelb

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Kelb
Klassifikazzjoni xjentifika
KlassiMammalia
OrdniCarnivora (mul) Carnivora
FamiljaCanidae (mul) Canidae
ĠeneruCanis (mul) Canis
SpeċiCanis lupus (mul) Canis lupus
sottospeċi Canis lupus familiaris
Linnaeus, 1758
Distribuzzjoni ġeografika
Informazzjoni ġenerali
Kwozjent tal-forza tal-gidma 117
Audible frequency range 67 hertz  45,000 hertz

II-Kelb (Canis lupus familiaris) huwa dixxendent iddomestikat tal-lupu, b’hekk imsejjaħ ukoll il-Kelb Domestiku. Il-kelb kien mgħammar sellettivament waqt żmien il-Pleistoċene Tard minn kaċċaturi-ġabbara. Il-kelb u l-lupu griż modern jaqsmu antenat komuni. Il-kelb kien l-ewwel speċi biex ġie ddomestikat 14,000 sena ilu, qabel l-iżvilupp tal-agrikultura, imma studji ġenetiċi juru li dan il-proċess ta’ domestikazzjoni setgħet bdiet 25,000 sena ilu.

Il-kelb kien mgħammar għal imġieba mixtieqa, għall-abilitajiet sensorji tiegħu, u fatturi fiżikali. Minn razza għal oħra, il-klieb jistgħu jvarjaw fid-daqs, forma, u kulur. Kollha għandhom l-istess ammont ta’ għadam (b’eċċezzjoni tad-denb), ixdqa b’saħħithom li jżommu 42 sinna, u sensi tax-xamm żviluppati. Il-klieb joffru bosta tipi ta’ għajnuna, inkluż il-kaċċa, direzzjoni tal-imrieħel, protezzjoni, kumpanija, terapija, u assistemza lil-nies disabbli, pulizija, u l-militar.