Aqbeż għall-kontentut

Gerard Piqué

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Gerard Piqué Bernabeu)
Gerard Piqué
Informazzjoni personali
Isem sħiħGerard Piqué Bernabeu
Twelid2 ta' Frar 1987 (1987-02-02) (38 sena)
Barċellona, Spanja
Tul1.93 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliBarcelona
Numru3
Mixtliet
2001–2004Barcelona
2004–2005Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2008Manchester United
2006–2007Real Zaragoza (self)
2008–Barcelona
Tim nazzjonali
2009–2018Spanja
2004–Katalunja

Gerard Piqué Bernabeu (twieled fit-2 ta' Frar 1987) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab mal-klabb ta' FC Barcelona bħala difensur ċentrali.

Bidu tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Piqué beda l-karriera tiegħu mat-timijiet mixtla ta' FC Barcelona, imma qabel ma iffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb iddeċieda li jingħaqad ma' Manchester United. It-tim mill-Premiership ma ħallas l-ebda somma ta' flus minħabba li Piqué kien għadu wisq żgħir biex ikollu kuntratt professjonali.

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Id-debutt ma' Manchester United wasal fis-26 ta' Ottubru 2004, kontra Crewe Alexandra. Id-debutt mill-ewwel minuta wasal fid-29 ta' Marzu 2006 kontra West Ham United fejn f'Old Trafford lagħab fuq il-faxxa leminija fl-assenza tal-imweġġa' Gary Neville.

Il-prestazzjoni tiegħu, speċjalment mat-tim tar-riservi, tatu kuntratt ġdid li b'hekk kien se jżomm lil Piqué ma' Manchester United sas-sajf tal-2009. Fl-4 ta' Awwissu 2006, Piqué ġie misluf lit-tim Spanjol ta' Real Zaragoza. Fost il-kundizzjonijiet tas-self kien hemm li Piqué kellu jilgħab minimu ta' 20 logħba, u fil-fatt irnexxielu jagħmel 22 dehra u fihom jiskorja darbtejn.

Fil-5 ta' Mejju 2007, ġie mħabbar li Piqué kien se jibqa' f'Old Trafford staġun ieħor. Sir Alex Ferguson kellu jattendi għal logħba li fiha Piqué kien se jilgħab biex b'hekk jiddiskuti mal-plejer dwar il-futur ma' United, imma dan ma seħħx minħabba problemi fit-titjira.[1]

Lura ma' Manchester United, hu skorja fid-debutt tiegħu fiċ-Champions League fejn skorja l-ewwel gowl minn erba' fir-rebħa ta' 4–0 li United għamlu kontra Dynamo Kiev nhar is-7 ta' Novembru 2007. B'dan il-gowl, hu sar l-450 plejer ta' Manchester United li skorja tal-anqas gowl għall-klabb.[2] Wara dan il-gowl, wasal it-tieni wieħed personali f'din il-kompetizzjoni, din id-darba fil-konfront barra minn darhom kontra Roma fit-12 ta' Diċembru.

Piqué fl-azzjoni ma' Barcelona.

Fis-27 ta' Mejju 2008, Piqué iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' FC Barcelona. Hu rappurtat li Barcelona ħallsu mal-madwar 7 miljun għall-akwist ta' Piqué.[3]. L-ewwel gowl tiegħu ma' Barcelona wasal fir-rebħa ta' 5–2 li Barcelona għamlu kontra Sporting CP fil-UEFA Champions League nhar is-26 ta' Novembru 2008. L-ewwel gowl domestiku għall-klabb wasal xahrejn wara, fid-29 ta' Jannar 2009, fil-konfront kontra r-rivali lokali Espanyol mill-kompetizzjoni tat-Tazza tar-Re. Il-gowl tiegħu fis-57 minuta, kien il-gowl rebbieħ fir-rebħa ta' 3–2 għal Barcelona.

L-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat Spanjol għal Barcelona wasal fit-2 ta' Mejju 2009, fir-rebħa kbira ta' 6–2 li l-Katalani għamlu fuq ir-rivali eterni Real Madrid, fl-El Clásico. Nhar it-13 ta' Mejju 2009, wasal l-ewwel trofew tiegħu fil-karriera tiegħu ma' Barcelona hekk kif għen lit-tim jirbaħ 4–1 kontra Athletic Bilbao fil-finali tat-Tazza tar-Re. Tliet ijiem wara, Barcelona kisbu wkoll il-kampjonat b'żewġ ġranet għal tmiem l-istaġun.

L-istaġun pożittiv tiegħu u ta' Barcelona kompla meta fil-finali tal-UEFA Champions League kontra l-klabb preċedenti tiegħu, Manchester United, Barcelona rebħu 2–0. Hu sar it-tielet plejer li rebaħ it-Tazza taċ-Ċampjins jew il-UEFA Champions League b'mod konsekuttiv ma' żewġ klabbs differenti, flimkien ma' Marcel Desailly u Paulo Sousa. Nhar is-26 ta' Frar 2010, Piqué iffirma estensjoni tal-kuntratt li se jżommu mal-klabb ta' Barcelona sas-sajf tal-2015. Fit-28 ta' April 2010, hu skorja l-uniku gowl tat-tim fir-rebħa kontra Inter tal-Italja mit-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League, minkejja li ma kienx biżżejjed biex Barcelona jiġu eliminati bl-iskor ta' 3–2.[4]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar is-6 ta' Frar 2009, Piqué ġie msejjaħ fit-tim tal-kbar ta' Spanja għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra. Hu lagħab il-logħba kollha fir-rebħa ta' 2–0, logħba li ntlagħbet f'Sevilla.[5] F'Marzu tal-2009, Piqué skorja l-uniku gowl ta' Spanja u l-ewwel wieħed fuq livell personali kontra t-Turkija ġewwa Madrid, partita valida għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. Erbat ijiem wara, hu żamm postu mal-ewwel ħdax fir-rebħa ġewwa Istanbul ta' 2–1, partita wkoll mill-fażi tal-gruppi. Piqué ġie magħżul mal-iskwadra Spanjola li lagħbet fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2010, fejn lagħab is-seba' logħbiet tat-tornew, tornew li ntrebaħ mill-istess Spanja 1–0 fuq l-Olanda.

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fatt li l-kunjom ta' Piqué huwa 'Bernabeu' ġabet konfużjoni minħabba l-oriġini tiegħu, hekk kif dan jixbah l-isem tal-Istadju Santiago Bernabéu, il-grawnd ta' Real Madrid. Din id-diskrepanza ħarġet mill-fatt li l-grawnd ta' Real Madrid huwa msemmi wara president tal-klabb bl-isem ta' Santiago Bernabéu. L-isem Bernabeu huwa isem komuni wkoll f'Barċellona, Piqué kellu nannuh li kien il-viċi-president ta' Barcelona (Amador Bernabeu).

Attwalment, Piqué jinsab f'relazzjoni mal-kantanta Kolombjana Shakira, li ltaqa' magħha matul is-sajf tal-2010 ġewwa l-Afrika t'Isfel fejn il-kantanta kienet qed tagħmel kunċerti tagħha fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Korretti sat-3 ta' Mejju 2011[6]
Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn[7] Total
PreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowls
Manchester United 2004–05 001010100030
2005–06 302020000070
2006–07 000000000000
Real Zaragoza (self) 2006–07 222410000263
Manchester United 2007–08 9000103200132
Total 12030404200232
Barcelona 2008–09 2516114100453
2009–10 3221011250494
2010–11 2927011110483
2011–12 222805030382
2012–13 182315020283
Total 1281025247411021116
Total tal-karriera 162123434051611026221

Ingilterra Manchester United

Spanja Barcelona

Spanja Spanja

  1. Hibbs, Ben (2005-04-05). "Pique set for OT return" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2008-05-18.
  2. "All Goalscorers In All Competitive Matches". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). pp. 5 minn 5. Miġbur 2007-11-08.
  3. "Man Utd defender Pique to join Barcelona" (bl-Ingliż). AFP. 2008-05-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-29. Miġbur 2008-05-28.
  4. "Barcelona 1 - 0 Internazionale" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2010-04-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-04. Miġbur 2011-05-04.
  5. "Lista de convocados para el amistoso ante Inglaterra" (bl-Ispanjol). Real Federación Española de Fútbol. 2009-02-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-10. Miġbur 2009-04-05.
  6. "Statistics 2008-09 - Gerard Piqué Bernabeu". FCBarcelona.cat (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-04. Miġbur 2009-03-14.
  7. Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  8. "Bumper Go Figure: Season In Numbers". Football365.com (bl-Ingliż). 2008-05-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-27. Miġbur 2008-05-25.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]