Gerard Piqué

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gerard Piqué
Informazzjoni personali
Isem sħiħGerard Piqué Bernabeu
Twelid2 ta' Frar 1987 (1987-02-02) (37 sena)
BarċellonaSpanja
Tul1.93 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliBarcelona
Numru3
Mixtliet
2001–2004Barcelona
2004–2005Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2008Manchester United
2006–2007Real Zaragoza (self)
2008–Barcelona
Tim nazzjonali
2009–2018Spanja
2004–Katalunja

Gerard Piqué Bernabeu (twieled fit-2 ta' Frar 1987) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab mal-klabb ta' FC Barcelona bħala difensur ċentrali.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Bidu tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Piqué beda l-karriera tiegħu mat-timijiet mixtla ta' FC Barcelona, imma qabel ma iffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb iddeċieda li jingħaqad ma' Manchester United. It-tim mill-Premiership ma ħallas l-ebda somma ta' flus minħabba li Piqué kien għadu wisq żgħir biex ikollu kuntratt professjonali.

Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]

Id-debutt ma' Manchester United wasal fis-26 ta' Ottubru 2004, kontra Crewe Alexandra. Id-debutt mill-ewwel minuta wasal fid-29 ta' Marzu 2006 kontra West Ham United fejn f'Old Trafford lagħab fuq il-faxxa leminija fl-assenza tal-imweġġa' Gary Neville.

Il-prestazzjoni tiegħu, speċjalment mat-tim tar-riservi, tatu kuntratt ġdid li b'hekk kien se jżomm lil Piqué ma' Manchester United sas-sajf tal-2009. Fl-4 ta' Awwissu 2006, Piqué ġie misluf lit-tim Spanjol ta' Real Zaragoza. Fost il-kundizzjonijiet tas-self kien hemm li Piqué kellu jilgħab minimu ta' 20 logħba, u fil-fatt irnexxielu jagħmel 22 dehra u fihom jiskorja darbtejn.

Fil-5 ta' Mejju 2007, ġie mħabbar li Piqué kien se jibqa' f'Old Trafford staġun ieħor. Sir Alex Ferguson kellu jattendi għal logħba li fiha Piqué kien se jilgħab biex b'hekk jiddiskuti mal-plejer dwar il-futur ma' United, imma dan ma seħħx minħabba problemi fit-titjira.[1]

Lura ma' Manchester United, hu skorja fid-debutt tiegħu fiċ-Champions League fejn skorja l-ewwel gowl minn erba' fir-rebħa ta' 4–0 li United għamlu kontra Dynamo Kiev nhar is-7 ta' Novembru 2007. B'dan il-gowl, hu sar l-450 plejer ta' Manchester United li skorja tal-anqas gowl għall-klabb.[2] Wara dan il-gowl, wasal it-tieni wieħed personali f'din il-kompetizzjoni, din id-darba fil-konfront barra minn darhom kontra Roma fit-12 ta' Diċembru.

Barcelona[immodifika | immodifika s-sors]

Piqué fl-azzjoni ma' Barcelona.

Fis-27 ta' Mejju 2008, Piqué iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' FC Barcelona. Hu rappurtat li Barcelona ħallsu mal-madwar 7 miljun għall-akwist ta' Piqué.[3]. L-ewwel gowl tiegħu ma' Barcelona wasal fir-rebħa ta' 5–2 li Barcelona għamlu kontra Sporting CP fil-UEFA Champions League nhar is-26 ta' Novembru 2008. L-ewwel gowl domestiku għall-klabb wasal xahrejn wara, fid-29 ta' Jannar 2009, fil-konfront kontra r-rivali lokali Espanyol mill-kompetizzjoni tat-Tazza tar-Re. Il-gowl tiegħu fis-57 minuta, kien il-gowl rebbieħ fir-rebħa ta' 3–2 għal Barcelona.

L-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat Spanjol għal Barcelona wasal fit-2 ta' Mejju 2009, fir-rebħa kbira ta' 6–2 li l-Katalani għamlu fuq ir-rivali eterni Real Madrid, fl-El Clásico. Nhar it-13 ta' Mejju 2009, wasal l-ewwel trofew tiegħu fil-karriera tiegħu ma' Barcelona hekk kif għen lit-tim jirbaħ 4–1 kontra Athletic Bilbao fil-finali tat-Tazza tar-Re. Tliet ijiem wara, Barcelona kisbu wkoll il-kampjonat b'żewġ ġranet għal tmiem l-istaġun.

L-istaġun pożittiv tiegħu u ta' Barcelona kompla meta fil-finali tal-UEFA Champions League kontra l-klabb preċedenti tiegħu, Manchester United, Barcelona rebħu 2–0. Hu sar it-tielet plejer li rebaħ it-Tazza taċ-Ċampjins jew il-UEFA Champions League b'mod konsekuttiv ma' żewġ klabbs differenti, flimkien ma' Marcel Desailly u Paulo Sousa. Nhar is-26 ta' Frar 2010, Piqué iffirma estensjoni tal-kuntratt li se jżommu mal-klabb ta' Barcelona sas-sajf tal-2015. Fit-28 ta' April 2010, hu skorja l-uniku gowl tat-tim fir-rebħa kontra Inter tal-Italja mit-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League, minkejja li ma kienx biżżejjed biex Barcelona jiġu eliminati bl-iskor ta' 3–2.[4]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar is-6 ta' Frar 2009, Piqué ġie msejjaħ fit-tim tal-kbar ta' Spanja għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra. Hu lagħab il-logħba kollha fir-rebħa ta' 2–0, logħba li ntlagħbet f'Sevilla.[5] F'Marzu tal-2009, Piqué skorja l-uniku gowl ta' Spanja u l-ewwel wieħed fuq livell personali kontra t-Turkija ġewwa Madrid, partita valida għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. Erbat ijiem wara, hu żamm postu mal-ewwel ħdax fir-rebħa ġewwa Istanbul ta' 2–1, partita wkoll mill-fażi tal-gruppi. Piqué ġie magħżul mal-iskwadra Spanjola li lagħbet fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2010, fejn lagħab is-seba' logħbiet tat-tornew, tornew li ntrebaħ mill-istess Spanja 1–0 fuq l-Olanda.

Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fatt li l-kunjom ta' Piqué huwa 'Bernabeu' ġabet konfużjoni minħabba l-oriġini tiegħu, hekk kif dan jixbah l-isem tal-Istadju Santiago Bernabéu, il-grawnd ta' Real Madrid. Din id-diskrepanza ħarġet mill-fatt li l-grawnd ta' Real Madrid huwa msemmi wara president tal-klabb bl-isem ta' Santiago Bernabéu. L-isem Bernabeu huwa isem komuni wkoll f'Barċellona, Piqué kellu nannuh li kien il-viċi-president ta' Barcelona (Amador Bernabeu).

Attwalment, Piqué jinsab f'relazzjoni mal-kantanta Kolombjana Shakira, li ltaqa' magħha matul is-sajf tal-2010 ġewwa l-Afrika t'Isfel fejn il-kantanta kienet qed tagħmel kunċerti tagħha fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Statistika[immodifika | immodifika s-sors]

Korretti sat-3 ta' Mejju 2011[6]
Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn[7] Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Manchester United 2004–05 0 0 1 0 1 0 1 0 0 0 3 0
2005–06 3 0 2 0 2 0 0 0 0 0 7 0
2006–07 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
Real Zaragoza (self) 2006–07 22 2 4 1 0 0 0 0 26 3
Manchester United 2007–08 9 0 0 0 1 0 3 2 0 0 13 2
Total 12 0 3 0 4 0 4 2 0 0 23 2
Barcelona 2008–09 25 1 6 1 14 1 0 0 45 3
2009–10 32 2 1 0 11 2 5 0 49 4
2010–11 29 2 7 0 11 1 1 0 48 3
2011–12 22 2 8 0 5 0 3 0 38 2
2012–13 18 2 3 1 5 0 2 0 28 3
Total 128 10 25 2 47 4 11 0 211 16
Total tal-karriera 162 12 34 3 4 0 51 6 11 0 262 21

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Ingilterra Manchester United

Spanja Barcelona

Nazzjonal[immodifika | immodifika s-sors]

Spanja Spanja

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Hibbs, Ben (2005-04-05). "Pique set for OT return" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2008-05-18.
  2. ^ "All Goalscorers In All Competitive Matches". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). pp. 5 minn 5. Miġbur 2007-11-08.
  3. ^ "Man Utd defender Pique to join Barcelona" (bl-Ingliż). AFP. 2008-05-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-29. Miġbur 2008-05-28.
  4. ^ "Barcelona 1 - 0 Internazionale" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2010-04-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-04. Miġbur 2011-05-04.
  5. ^ "Lista de convocados para el amistoso ante Inglaterra" (bl-Ispanjol). Real Federación Española de Fútbol. 2009-02-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-10. Miġbur 2009-04-05.
  6. ^ "Statistics 2008-09 - Gerard Piqué Bernabeu". FCBarcelona.cat (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-04. Miġbur 2009-03-14.
  7. ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  8. ^ "Bumper Go Figure: Season In Numbers". Football365.com (bl-Ingliż). 2008-05-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-27. Miġbur 2008-05-25.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]