Aqbeż għall-kontentut

Patrice Evra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Evra)
Patrice Evra

Patrice Evra ma' Franza fl-Euro 2012
Informazzjoni personali
Isem sħiħPatrice Evra
Twelid15 ta' Mejju 1981 (1981-05-15) (43 sena)
Dakar, Senegal
Tul1.74 m
RwolDifensur xellugi
Mixtliet
1992–1993CO Les Ulis
1993–1997CSF Brétigny
1997–1998Paris Saint-Germain
Karriera professjonali
SninKlabb
1998–1999Marsala
1999–2000Monza
2000–2002Nice
2002–2006AS Monaco
2006–2014Manchester United
2014–2017Juventus
2017Marseille
Tim nazzjonali
2004–2016Franza

Patrice Evra (twieled fil-15 ta' Mejju 1991) huwa eks-plejer tal-futbol Franċiż.

Tifel ta' diplomat, Evra wasal fl-Ewropa fi Brussell mis-Senegal meta kellu sitt snin. Hu kien jgħix f'Les Ulis, Esonne, fi Franza fejn għex ma' familtu bejn l-1984 u l-1998 qabel ma kiseb l-ewwel opportunitajiet tal-futbol mat-tim Sqalli ta' Marsala. Hu kien jilgħab fl-ewwel snin mal-plejer famuż Thierry Henry, fejn huma jikkunsidraw lilhom infushom bħala ħbieb tat-tfulija.

Bidu tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Matul iż-żgħożija tiegħu, Evra beda l-karriera tiegħu bħala attakkant fil-mixtla ta' Paris Saint-Germain. Minkejja li qatt ma rċieva kuntratt professjonali, hu ġie fl-attenzjoni ta' tim Taljan żgħir ta' Marsala, fejn hemmhekk irċieva kuntratt mal-klabb. B'total ta' 27 apparenza mat-tim, Evra skorja 6 gowls. L-istaġun ta' wara hu sab lilu nnifsu mat-tim ta' Monza fis-Serie B, imma għamel biss 3 apparenzi.

Evra irritorna Franza ma' OGC Nice fil-Ligue 2. Fl-ewwel partiti hu lagħab bħala attakkant ċentrali. Minħabba plejers nieqsa fil-klabb, hu ntlagħab fil-pożizzjoni xellugija tad-difiża fil-logħba kontra Stade Lavallois. Il-partiti li segwew wara, il-kowċ Sandro Salvioni uża' lil Evra fid-difiża. Matul il-kumplament tal-istaġun, Salvioni baqa' jalterna lil Evra bejn iż-żewġ pożizzjonijiet. Evra ġie magħżul bħala l-aqwa difensur xellugi ta' Ligue 2.

AS Monaco kienu impressjonati bil-ħiliet difensivi ta' Evra, u b'hekk huma xtrawh minn Nice għal somma indiskussa mill-kowċ Didier Deschamps. Hu sar mal-ewwel plejer regulari fid-difiża flimkien ma' Lucas Bernardi, Gaël Givet, u Julien Rodriguez. Fl-ewwel staġun mal-klabb, Monaco laħqu l-finali tal-UEFA Champions League, però tilfu 3–0 kontra FC Porto. Il-prestazzjonijiet tiegħu tawh sejħa mat-tim nazzjonali Franċiż.

Fl-2005, Evra kien imsejjaħ biex ikun kaptan għal diversi okkażżjonijiet. Monaco batew fl-istaġun li segwa fejn kienu eliminati fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League 2005–06 u kienu viċin l-aħħar postijiet ta' Ligue 1 għall-biċċa l-kbira tal-istaġun.

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]
Patrice Evra wara partita kontra Arsenal

Evra iffirma kuntratt ta' 3 snin u nofs ma' United fl-10 ta' Jannar 2006, fejn ingħaqad għal somma ta' madwar £5.5 miljun minn AS Monaco.[1] Ftit jiem qabel kien għadu kemm iffirma mat-tim ta' Old Trafford, Nemanja Vidić. Il-wasla ta' Evra għenet lid-difiża ta' Sir Alex Ferguson li kienet sofriet wara li Gabriel Heinze kien barra mil-logħob.

Hu ddebutta għal Manchester United fl-14 ta' Jannar 2006 fit-telfa ta' 3–1 kontra Manchester City fil-Premier League. Hu għamel l-ewwel dehra f'Old Trafford kontra Liverpool fit-22 ta' Jannar 2006 f'rebħa ta' 1-0. Evra inizzjalment kellu problemi biex jadatta għal-logħba Ingliża, imma man-nofs tal-istaġun 2006–07 il-forma tiegħu tjiebet u stabbilixxa lilu nnifsu bħala plejer regulari mat-tim. Fid-29 ta' Novembru 2006, hu skorja l-ewwel gowl mal-klabb fil-partita tal-Premiership kontra Everton f'Old Trafford. Wara xi żmien barra mill-iskwadra, Evra irritorna mat-tim fl-10 ta' April 2007 fil-partita taċ-Champions League kontra AS Roma, fejn ikkontribwixxa għal rebħa kbira ta' 7–1. Minħabba l-prestazzjoni solida fl-istaġun 2006–07, hu kien magħżul fost it-Tim tas-Sena tal-PFA.

Matul l-istaġun 2007–08, Evra sar figura importanti fid-difiża ta' Manchester United. Minkejja li għamel 46 apparenza fil-kompetizzjonijiet kollha, l-akbar numru fil-karriera, hu ma rnexxielux jiskorja gowl. United kisbu t-tieni titlu konsekuttiv tal-Premier League fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat. Hu għamel 10 apparenzi għal United fiċ-Champions League, fosthom preżenza fil-finali mirbuħa minn United kontra Chelsea. Fit-12 ta' Ġunju 2008, Evra iffirma estinzjoni tal-kuntratt għal erba' snin, fejn b'hekk se jżommu f'Old Trafford sal-2012.[2]

Nhar il-5 ta' Diċembru 2008, Evra ingħata sospensjoni ta' erba' logħbiet — li kellha tibda mit-22 ta' Diċembru — flimkien ma' multa ta' £15,000 wara li nstab ħati ta' kondotta mhux xierqa mill-Football Association. Din il-multa ngħatat minħabba disgwit li qam wara l-partita kontra Chelsea ta' nhar is-26 ta' April 2008.[3]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Kampjonati Ewropej 2008 Evra ma pparteċipax fl-ewwel partita tat-tim Franċiż kontra r-Rumanija fejn akkomoda lill-plejer ta' Barcelona Eric Adibal. Fit-tieni partita kontra l-Olanda, wara pari deludanti ta' 0–0 kontra r-Rumanija, Franza tilfu bl-iskor ta' 4–1 f'konfront emozzjonanti. L-aħħar logħba tal-grupp kienet kontra l-Italja. Franza tilfu 2–0 u sfaw eliminati fil-fażi tal-gruppi.

AS Monaco
Manchester United
Juventus
  1. ^ "Evra completes Man Utd transfer" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-01-10. Miġbur 2008-05-16.
  2. ^ "Evra puts pen to paper" (bl-Ingliż). Manchester United. 2008-07-12. Miġbur 2008-07-12.
  3. ^ "Evra banned and fined by FA" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2008-12-05. Miġbur 2008-12-05.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]